Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Tarxien – Triq l-Isqajjaq – zebra crossing

Question

Jista’ l-Ministru jara li Triq l-Isqajjaq Ħal Tarxien fejn hemm zebra crossing din tkun mixgħula filgħaxija kif ukoll billi l-istess tara użu minn diversi tfal li tiġi introdotta sleeping policeman biex tikkalma t-traffiku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, Triq Annunzjata, Triq is-Sorijiet u Triq l-Isqajjaq f’Ħal Tarxien jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali u għandhom jiġu indirizzati lil Ministeru kkonċernat.

Ħal Tarxien – Triq Annunzjata u Triq is-Sorrijiet — tibdil fit-tabelli

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġu introdotti miżuri inkluż tibdil fit-tabelli sabiex jiġi mitigat is-sofferenza u l-perikolu li għaddejjin minnu r-residenti ta’ Triq Annunzjata u Sorijiet Ħal Tarxien invista tal-volum eċċessiv ta’ traffiku li qiegħed jgħaddi preżentement?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13109 tal-istess Seduta.

Trasport Pubbliku – karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm karozzi tal-linja jaħdmu fis-servizz tat-Trasport Pubbliku, mill-1989 sal-2019 sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ karrozzi tal-linja li kienu fis-servizz bejn is-snin 2000 u 2019 kien hekk kif muri fit-tabella sussegwenti: Sena Numru ta' karozzi tal-linja Sena Numru ta' karozzi tal-linja 2000 573 2010 566 2001 571 2011 324 2002 577 2012 288 2003 581 2013 238 2004 581 2014 284 2005 577 2015 408 2006 578 2016 405 2007 582 2017 416 2008 577 2018 417 2009 576 2019 425 Din l-informazzjon hija hekk kif kienet is-sitwazzjoni fl-aħħar ta’ kull sena.

Trasport Pubbliku – flus maħruġa mill-Gvern f’sussidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħareġ flus il-Gvern f'sussidji biex jiġi pprovdut is-servizz tat-Trasport Pubbliku, sena b'sena mill-1989 sal-2019?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposti li diġa’ ngħataw f'dan ir-rigward hekk kif ġej: ·Għas-snin bejn 1999 u 2009 għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari bin-numru 15537 tal-Legislatura 11 ·L-ammont imħallas għas-sena 2010 kien ta’ €8,262,761(estimi); tat-2011 kien ta' €9,789,008 (estimi) u tas- sena 2012 kien ta’ €8,224,500. ·Għas-snin bejn 2013 u 2018 għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari bin-numru 9412 ta’ din il-Legislatura ·L-ammont li tħallas is-sena li għaddiet jiġġifieri 2019 kien ta' €30,481,400

Persuni li użaw is-servizz tat-Trasport Pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn nies li użaw is-servizz tat-Trasport Pubbliku (karozzi tal-linja), sena b'sena, mill-1989 sal-2019? Kemm minn dawn huma ta' nazzjonalità Maltija u dawk ta' nazzjonalità barranija? Fil-każ ta’ dawk ta' nazzjonalità barranija, minn liema pajjiżi ġejjin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ passiġġieri bejn l-2005 u 2019 kienu skond it-tabella sussegwenti: Sena Numru ta' passiġġieri 2005 30,038,528 2006 30,601,634 2007 32,556,336 2008 32,017,316 2009 30,641,582 2010 31,690,114 2011 33,152,731 2012 34,030,681 2013 39,438,822 2014 43,687,135 2015 42,160,228 2016 43,253,238 2017 48,053,045 2018 53,467,404 2019 57,409,385 Informazzjoni mitluba tan-numru ta’ passigiera bejn 1989 u 2004 kif ukoll in-nazzjonalita` tal-passiġġiera, jien infurmat li tali nformazzjoni m’hijiex disponibbli.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Rapporti ta' serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġburha mill-Ministeru, d-dipartimenti, d-dekasteru u l-awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu matul is-snin 2017, 2018 u 2019 kien hemm 6 serqiet li ġew irrapportati lill-Pulizija.

Għawdex — trasport fil-jiem tal-Karnival

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm operaturi li provdew trasport f'Għawdex għall-pubbliku matul il-jiem tal-Karnival 2020 u li mhumiex soltu jipprovdu trasport fil-gżira Għawdxija? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid min huma dawn u taħt liema awtorizzazzjoni għamlu dan?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li sa fejn jirriżulta lill-istess Awtorità, l-operaturi kollha li pprovdew servizz ta’ ġarr ta’ passiġġieri fil-jiem tal-Karnival ta’ din is-sena f’Għawdex, għamlu dan b’ħarsien tal-liċenzja tagħhom, li tawtorizzahom biex joperaw kemm f’Malta, kif ukoll f’Għawdex matul is-sena kollha. Ninsab infurmat ukoll illi skont ir-regolament 21(3) tar-Regolamenti dwar Servizzi tat-Taxi (L.S. 499.59), huma biss it-taxis (il-bojod) li għandhom liċenzja biex joperaw f’Malta u li mhumiex awtorizzati biex jipprovdu servizz ta’ taxi minn u lejn Għawdex; u mill-informazzjoni li għandha l-Awtorità ma jirriżultax illi kien hemm xi ksur ta’ dan il-provvediment waqt il-jiem tal-Karnival ta’ din is-sena f’Għawdex.

Toroq — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq arterjali u distributorji li sar xogħol ta' bini mill-ġdid ta' triq / ingħata wiċċ ġdid minn Marzu 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Għall kull triq separatament, jista’ jgħid x' tip ta' xogħol (intervent) sar, meta kellu jibda x-xogħol u meta tlesta dan ix-xogħol, kemm kienet l-istima u kemm attwalment ġie jiswa flus kull intervent f'kull triq separatament? Fejn ix-xogħol għadu mhux lest, jista’ jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol s'issa? Kemm kien l-ispeed limit ta' kull triq qabel beda x-xogħol u kemm sar wara li tlesta x-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex titwieġeb din il-mistoqsijia parlamentari jirrikejdi ħafna ħin, riżorsi u nies. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Toroq – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kilometri f'tul saru xogħlijiet ta' toroq arterjali, distributorji u residenzjali separatament sena b'sena minn Marzu 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiwieġeb din il-mistoqsija parlamentari jirrikejdi ħafna ħin, riżorsi u nies. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

CVA – numru ta’ karozzi li daħlu l-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid skont is-CVA kemm-il karozza daħlet il-Belt Valletta, ġimgħa b’ġimgħa, xahar b’xahar u sena b’sena mill-2012 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X’inhuma l-peak times filgħodu u waranofsinhar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Karozzi pparkjati fil-Belt Valletta – ħin medju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-ħin medju ta' kemm iddum karozza pparkjata li ma tkunx proprjetà ta' residenti il-Belt, ġimgħa b'ġimgħa, xahar b'xahar u sena b'sena, mill-2012 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Toroq li sar xogħol fihom — inċidenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqalgħu inċidenti f'dawk it-toroq arterjali u distributorji li sar ix-xogħol fihom xahar b'xahar u sena b'sena mill-2012 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu klassifikati bħala minuri, serji u fatali? Kemm f'dawn l-inċidenti kienu involuti pedestrians, ċiklisti u motoċiklisti? X'kienet in-natura tal-feriti li sofrew?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — nefqa fuq fuel/petrol/diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Ministeru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qedgħin fit-tabella t’hawn taħt; Dipartiment / Entita' / Agenzija: Jannar sa Diċembru 2017 nefqa globali € Jannar sa Diċembru 2018 nefqa globali € Jannar sa Diċembru 2019 nefqa globali € MTIP - Ministry only 4,835.67 6,608.35 7,860.93 MTIP - Parliamentary Secretary 1,020.59 2,020.12 1,817.99 MTIP - Permanent Secretary 7,756.64 7,593.60 7,336.93 MTIP - Departments 246,332.85 220,738.58 225,261.35 Transport Malta 265,468 386,650 376,922 Infrastructure Malta NIL NIL 87,884.06 Lands Authority 17,629.15 29,299.12 31,196.19 BICC 8893.18 4694.19 3816.77 BRO 25195.8 24933.2 23076.3 Property Malta NIL NIL NIL Joint Office NIL NIL NIL GHRC NIL NIL NIL Projects Malta 3811.7 2253.0 3914.4 Projects Plus 6985.6 5751.0 4981.0 BAAI NIL NIL NIL MATS LTD. 36243.0 37358.0 40131.0 Yachting Malta Ltd. 273.00 NIL NIL Malta Marittima 275.0 458.0 470.0 18/02/2020

Tal-Linja Card — refund

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar is-sistema preżenti tal-Linja Card u r-refund system għal persuni anzjani?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema li ġiet addottata fil-mizura tal-Budget fejn persuni ta’ 75 sena u aktar jivjaġġaw b’xejn fuq is-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda huwa l-istess bħal dak li kien ġie addottat f’dawn l’aħħar snin fuq mizuri li raw persuni f’diversi faxex tal-eta` differenti jivjaġġaw b’xejn fuq l-istess mezz tat-trasport. Is-sistema hija hekk kif ġej; Kull darba li persuna titla’ fuq karozza tal-linja għandha tibqa’ tmiss il- Card tagħha mal-magna tal-biljetti li hemm fuq kull karrozza tal-linja. F’dak il-punt il-valur tal-biljett jinqatgħa mill-kreditu tal-passiġġier. Fil-bidu tax-xahar ta’ wara jinġabar l-ammont li jkun intefaq fuq l-ivvjaġġar fix-xahar preċedenti. Dan l-ammont jerġa’ jiġi miżjud mal-kreditu fuq il- card tal-passiġġier fil-bidu tax-xahar ta’ wara. Biex ngħati eżempju, persuna fil-bidu ta’ Jannar kellu €15 kreditu fuq il- Card . Matul ix-xahar ta’ Jannar ikun nefaq €8.00 fi vjaġġar fuq il-karozzi tal-linja. Ghaldaqstant il-bilanċ fl-aħħar tax-xahar kien ta’ €7.00. Fil-bidu ta’ Frar jerġa’ jiżdiet l-ammont ta’ flus li jkun intefaq f’Jannar, jiġifieri f’dan il-każ it-€8.00 jiżdiedu mal-kreditu ta’ €7.00 li jkun baqa’ fil- card .

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont l-informazzjoni miġbura mill-entitajiet, hija kif murija fit-tabella segwenti; Dipartiment / Entita' / Agenzija: kemm-il direct order ingħata kull sena matul l-2017 - NUMRU Totali Jannar sa Diċembru 2017 ċifra globali € kemm-il direct order ingħata kull sena matul l-2018 - NUMRU Totali Jannar sa Diċembru 2018 ċifra globali € kemm-il direct order ingħata kull sena matul l-2019 - NUMRU Totali Jannar sa Diċembru 2019 ċifra globali € MTIP 38 1115974.35 43 1980192.31 41 1793647.96 Transport Malta 73 3912137.23 129 10645397.1 148 6286691.37 Infrastructure Malta 0 0 24 1922795.418 124 18680867.87 Lands Authority 10 165059.82 20 737752.23 24 989861.77 BICC 0 0.00 1 20404.00 2 48860.00 BRO NIL NIL NIL NIL NIL NIL Property Malta 1 41420.0 1 152,837 1 138,890.00 Joint Office NIL NIL NIL NIL NIL NIL GHRC 19 657,939.22 6 183,000.00 4 688,344.80 Projects Malta 21 1094717.7 9 596404.2 6 1108500.0 Projects Plus 0.0 0.0 2 566380.00 0 0.00 BAAI 0 0.0 0 0.0 0 0.0 MATS LTD. 13 1087610.1 13 454886.1 11 421763.5 Yachting Malta Ltd. 0 0.00 0 0.00 1 €12,500 Malta Marittima 0 0.00 0 0.00 0 0.00 11/02/2020 (Korrezzjoni: Ara d-dokument PL 4499 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa 26 ta' Frar 2020 f'Seduta 302)

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru, inkluż is-Segretarju Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali (inkluż is-Segretarjat Parlamentari) ma kien hemm l-ebda persuni f’position of trust u b’servizzi ta’ konsulenza li issa m’għadhomx.

San Ġwann – Triq il-Mensija – xogħlijiet — bankini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bankini fi Triq il-Mensija, San Ġwann li fuqhom kien qed isir ix-xogħol riċentement, sarux skont il-linji gwida Access For All?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin biex tibni mill-ġdid it-toroq residenzjali. It-triq indikata hija waħda mit-toroq residenzjali li qegħdin isiru bħalissa bħala parti minn dan l-investiment u l-bankini ġodda fiha kollha saru skont il-linji gwida Access For All. L-aġenzija għaddejja b’diskussjonijiet mas-sidien ta’ banka tal-lottu li hemm f’din it-triq bil-għan li din l-istruttura titneħħa minn fejn hi biex l-aċċess ikun aktar sigur.