Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trasport Pubbliku – multi lill-operatur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm weħel multi għal nuqqasijiet l-operatur tat-Trasport Pubbliku xahar b'xahar separatament fis-snin 2016, 2017 u 2018? Kemm minn dawn il-multi tħallsu u kemm għadhom pendenti?

Response (BORG, IAN)

Skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, nibda billi nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari li saret fit-12-il Legizlatura bin-numru 29165 għar-rigward il-multi li nħarġu għas-sena 2016 u għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 4189 għal dak li jirrigwarda multi li nħarġu għas-sena 2017. L-ammonti dovuti għar-rigward ta' dawn il-multi ġew imħallsa mill-Operatur tat-Trasport Pubbliku. Fl-2018 inħarġu b’kollox total ta’ € 168,215 f’multi. Min dawn hemm numru ta’ non-conformities li għadhom qegħdin jiġu diskussi mal-Operatur tat-Trasport Pubbliku. L-ammont tal-multi msemmija f' PQ 29165, PQ 4189 u f'din il-PQ rispettivament, ikopru l-multi kollha li ħarġu lill-Operatur tat-Trasport Publiku għar-rigward tan-nuqqasijiet li ġew innotati vis-à-vis il-kuntratt.

Transport Malta / Infrastructure Malta – talbiet għall-esproprjazzjoni ta’ żvilupp eżisteni privat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9414 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta / Infrastructure Malta qattx għamlet talba f’isem partijiet terzi biex isir esproprjazzjoni ta’ żvilupp eżistenti privat, biex jingħata aċċess għal parti minn triq, minn April 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid liema kienu dawn it-talbiet u f’liema stadju waslu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li fiż-żmien indikat saru sitt talbiet minn Transport Malta/Infrastructure Malta f’isem partijiet terzi biex issir esproprijazzjoni ta’ żvilupp eżistenti privat. Id-dettalji dwarhom jinsabu fil-lista li qed nippreżenta mat-tweġiba. Transport Malta/IM bagħtet it-talbiet għall-esproprijazzjoni tal-artijiet bi spejjeż ta’ terzi lill-Awtorità tal-Artijiet. L-entità ma tibqax issegwi l-proċess f’dan l-istadju. Il-klijent ikun f’komunikazzjoni mal-Awtorità tal-Artijiet biex jiġi finalizzat il-proċess. DESCRIPTION LOCALITY Expropriation of land at the expense of third parties at Sqaq Santa Venera Msida Expropriation of land at the expense of third parties at Triq l-Isqof Gargallo Mosta Expropriation of land at expense of third parties at Triq il-Qawra San Pawl il-Baħar Expropriation of land at the expense of third parties at Triq Ta' Fjuri San Pawl il-Baħar Expropriation of land at the expense of third parties at Triq il-Maqdes c/w Triq l-Iskorba Mġarr Expropriation of land at the expense of third parties at Triq l-4 ta' Settembru 1918 Santa Venera

Birkirkara — Triq Dun Karm - tibjid ta' subway

Question

Jista' l-Ministru jara li s-subway lu hemm f’Triq Dun Karm f'Birkirkara viċin l-Oratorju terġa' titbajjad?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-interventi meħtieġa fis-subway indikata se jsiru fil-jiem li ġejjin. Dan bħala parti mix-xogħlijiet li Infrastructure Malta tagħmel kontinwament f’dik li hija manutenzjoni tal-infrastruttura tat-toroq li jinkludu wkoll tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt. Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.

Ħal Qormi — Kamra tan-Nar - perikolu imminenti

Question

Peress li preżentament, hemm periklu imminenti minħabba ħsarat estensivi fuq il-pont li jinsab taħt it-telgħa li tagħti għall-kamra tan-nar ta’ San Sebastjan (Wied il-Kbir, Għar Ħanżira), jista’ l-Ministru jagħti direzzjoni sabiex isiru x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni neċessarji mill-aktar fis?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Infrastructure Malta wettqet it-tiswijiet u l-manutenzjoni meħtieġa fil-post indikat fil-ġimgħat li għaddew.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġett Kapitali — Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8318 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba diġà mogħtija mill-OPM għall-mistoqsija parlamentari 8890 f’Seduta 203. Nixtieq nżid ukoll li skont l-informazzjoni miġbura mill-entitajiet t-tagħrif mitlub qed jiġi anness fit-tabella t’hawn taħt; Entità Każi mressqa ( submissions ) Każi milqugħa ( Upheld ) Ammont tal-kumpens Membri tal-bord Ħlas lill-membri tal-bord Dr. Silvio Debono Ċermen TM 159 38 € 270,359.60 Dr. Aron Mifsud Bonnici Membru Mr. Joshua Zammit Membru € 30,367.30 *Eur 30367.3 - dan l-ammont ġie mħallas lil kumpanija IDEA u mhux lil membri tal-Bord individwali.

Pjazza Raħal Ġdid u Ġnien Duminku Mintoff – bike racks

Question

B’referenza għall-pjazza ta’ Raħal Ġdid u Ġnien Duminku Mintoff Paola, fejn tpoġġew bike racks tal-concrete, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li min ħa ħsieb il-proġett ma użax l-iskema approvata tal-gvern biex ikun hemm bike racks li huma Sheffield type li wara kollox huma approvati wkoll mill-Bicycle Advocacy Group?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Trasport, Transport Malta kienet qed tikkonsulta mal-perit inkarigat mill-proġett u rrakomanda li jsir disinn mill-ġdid għal bicycle racks, dan sabiex ikunu konformi mal-livell li huwa diġà stabbilit.

Transport Malta / Infrastructure Malta – proġetti tat-toroq – safety audits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux isiru safety audits tal-proġetti ta' toroq ġodda li saru minn Transport Malta / Infrastructure Malta? Għal liema toroq saru dawn l-audits? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-audits? Jista’ jpoġġi dawn is-Safety Audits fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat, l-Awtorità tal-Trasport, tagħmel road safety audits skont il-parametri tal-liġi. Transport Malta għamlet road safety audits tal-proġetti skont il-lista annessa. Fil-każ ta’ road safety audits ma jkunx hemm riżultat iżda rakkomandazzjonijiet. Item Locality Street Proposal 1 Luqa Council of Europe & Garibaldi Avenue Reconstruction of Council of Europe Road and Garibaldi Avenue 2 Marsa Xatt l-Għassara tal-Għeneb Reconstruction of Xatt l-Għassara tal-Għeneb 3 Pembroke St. Andrew's Road Re-Design of junction at St. Andrew's Road c/w Triq Prekursur 4 Gozo - Rabat & Xewkija Mġarr Road Re-construction of Mgarr Road, Victoria Gozo 5 Mellieha Marfa Road Re-construction of Marfa Road Mellieħa 6 Mellieha Dawret il-Mellieħa Re-Design & Re-Construction of Mellieha bypass 7 Marsa Diċembru 13 + Underpass Construction of underpass from Dicembru 13 Road to Menqa 8 Qormi Mrieħel Bypass Proposed Pedestrian Bridge 9 Naxxar Coast Road Reconstruction of Coast Road 10 Naxxar Vjal il-Labour j/w Triq Frangisku Pisani Proposed roundabout 11 Marsa Marsa/Ħamrun bypass Widening of Road 12 Luqa Vjal l-Avjazzjoni Widening of northbound carriageway from 2 to 3 lanes 13 Marsa/Paola Addolorata junction Proposed grade separated junction 14 Mellieha Triq Louis Wettinger Redesign of Triq Louis Wettinger (Bypass) 15 San Gwann Kappara Junction Re-construction of grade-separated junction 16 Santa Lucija Vjal Santa Luċija Proposed roundabout + underpass at Santa Lucija 17 Santa Lucija Triq Ħal Luqa Widening of Luqa Road 18 Luqa Triq Ħal Qormi, Triq San Tumas Proposed widening of road and upgrade of junctions between Dinitrol R'about and Express Trailers R'about 19 Rabat Triq Buqana Widening of Triq Buqana from Mtarfa r'about up to Qliegha r'about

Transport Malta Act – road safety ranking u road safety audit

Question

Peress li skont l-artikolu 8(e) tat-Transport Malta Act, suppost isir ir-road safety ranking kif ukoll li kull 5 snin suppost isir road safety audit fuq it-toroq arterjali u distributorji, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn is-Safety Audits sarux? Minn min qed isiru dawn is-Safety Audits? Ġew identifikati accident spots minn dawn is-Safety Audits?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Trasport, li forsi l-istess Onor. qed jirreferi għall-artiklu 10 ta’ LN 291 of 2018 li jgħid li għandu jsir road safey ranking minn tal-inqas kull tliet snin. Dan ir-road safety ranking qed isir skont kif jitlob dan l-artiklu. Minn din il-liġi ma jirriżultax li għandu jsir road safety audit kull ħames snin fuq toroq arterji u distributorji.

Birżebbuġa – karozzi pparkjati quddiem il-bus shelter Ġorġ

Question

Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu dawk il-passi neċessarji biex ma jibqgħux jiġu pparkjati karozzi quddiem il-bus shelter f’Triq San Ġorġ f'Birżebbugia peress li qed joħloq inkonvenjent lill-anzjani li jagħmlu użu minn dan il-bus shelter?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat l-Awtorità tat-Trasport, se tkun qed tinvestiga dan l-inkonvenjent hekk kif deskritt mill-Onor. Interpellant kif ukoll se tieħu l’passi meħtiega sabiex fejn ikun possibbli, jitneħħa kwalunkwè inkonvenjent lejn il-passiġġiera.

Birkirkara – Triq il-Madonna ta’ Pompej – xogħol fuq bankina

Question

Jista’ l-Ministru jara li titkompla l-bankina fi Triq il-Madonna ta' Pompej, Birkirkara, peress li din tlestiet fejn ma hemmx residenti, u tħalliet fi stat ħażin fejn hemm ir-residenti u ċjoè bejn Triq San Pawl u d-Dar Tal-Kleru Cristus Sacerdos?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat ix-xogħol indikat ma sarx minn Infrastructure Malta. Madankollu, din l-aġenzija qed tippjana li x-xogħol meħtieġ sabiex din it-triq ikollha infrastruttura aħjar isir bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern li beda din is-sena, sabiex nagħmlu qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna. Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.

Birżebbuġa – Triq il-Port Ħieles – traffic calming measures

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk Transport Malta għamlitx xi studju biex isiru traffic calming measures fi Triq il-Port Ħieles f’Birżebbuġa b’mod partikolari viċin il-ground tal-football? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’inhuma l-passi li se jkunu qegħdin jittieħdu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li fil-każ ta’ Triq il-Port Ħieles Birzebbuġa, Transport Malta approvat Traffic Calming measures hekk kif ġej: - Road Hump fil-parti ta’ bejn Triq it-Tħabrik u Triq il-Kostituzzjoni - Raised zebra crossing flok il- crossing li hemm bħalissa mal-ġenb tal- ground Dawn qegħdin għall-implimentazzjoni.

Santa Venera – Triq Brighella – xogħol

Question

Peress li fil-preżent qed isiru xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid ta’ bankini u għoti ta’ tarmak fi Triq Brighella Santa Venera, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsiru xogħlijiet simili wkoll fit-toroq tal-madwar? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid liema huma dawn it-toroq u meta hu ppjanat li jibda dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni miksuba, il-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera qiegħed jagħmel ix-xogħlijiet tal-bankini fi Triq Brighella Santa Venera. Ix-Xogħol tal-asfaltar għandu jsir aktar tard matul is-sena minn Infrastructure Malta.

Kumitati Amministrattivi ta’ Malta u Għawdex – laqgħat

Question

B’referenza għall-Kumitati Amministrattivi ta’ Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa nżammet, kemm-il Laqgħa Ġenerali Annwali nżammet, u kemm attendew residenti għal dawn il-laqgħat annwali? Jekk jogħġbu l-Ministru, jista’ jagħti d-dettalji sena b’sena minn meta twaqqfu sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.

Mellieħa — Bini ta’ lukanda

Question

Jista’ l-Ministru jindika fiex tikkonsisti preċiżament l-applikazzjoni (PA 3488/19) għall-bini ta’ lukanda oħra fil-Mellieħa u jgħid jekk l-awtoritajiet hux iħarsu favorevolment favur din l-applikazzjoni anke għall-fatt li s-sit inkwistjoni jinsab f’żona klassifikata bħala żona barra mill-iżvilupp (ODZ) fil-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Awtorità dwar it-Trasport – vetturi kklampjati b’reġistrazzjoni barranija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bin-numru ta’ vetturi b’reġistrazzjoni barranija li ġew ikklampjati mill-Awtorità dwar it-Trasport minħabba li kienu f’pajjiżna mingħajr permess fl-2017, l-2018 u s’issa fl-2019?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella annessa: Numru ta’ Vetturi Mill-aħħar kwart ta sena ta’ 2017 315 2018 1,014 Sal-aħħar ta’ Marzu 2019 139

Awtorità dwar it-Trasport – tneħħija ta’ vetturi b’reġistrazzjoni barranija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma qed tagħmel l-Awtorità dwar it-Trasport biex tara li vetturi b’reġistrazzjoni barranija li jkunu f’pajjiżna mingħajr permess jinstabu u jitneħħew mit-toroq ta’ pajjiżna?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Trasport, li fil-preżent Transport Malta tħaddem team tal-Clamping 24/7. Dan it-team li hu fornut b’vann Toyota Hilux jduru kontinwament fit-toroq Maltin sabiex jinnotaw u jieħdu azzjoni fuq vetturi bi pjanċi barranin li jkunu qed jiksru l-liġi kif imtennija f’Kaptiltu 65 u bis-saħħa mogħtija lill-Awtorita` permess tal-Liġi sussidjarja 65.13 Fejn jinstabu dawn il-każijiet, il-vettura tiġi kklempjata għal 24 siegħa. Dan jagħti żmien lil sid il-vettura sabiex jitlob li titneħħa l-clamp u jirregolarizza ruħu kontra ħlas ta’ €180. F’każ li sid il-vettura ma jagħmilx kuntatt ma’ Transport Malta sabiex jirregolarrizza ruħu, il-vettura tiġi ttowjata għall-compounds ta’ Transport Malta. Fl-eventwalità li sid il-vettura ma jitlobx rilaxx tal-vettura permezz ta’ regolarizzazzjoni tal-vettura, din il-vettura tiġi mtella` għall-irkant hekk kif deriġit fil-Liġi Sussidjarja 65.13

Sidien ta’ vetturi b’reġistrazzjoni barranija – kontravenzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-lista ta’ kontravenzjonijiet li twettqu minn sidien ta’ vetturi b’reġistrazzjoni barranija li kienu f’pajjiżna fl-2017 u fl-2018, maqsumin skont ir-reat u skont il-pajjiż li fih kienet reġistrata l-vettura rispettiva?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministru kkonċernat.

Planning Authority – ħruġ ta’ permessi fil-Floriana -

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġet permessi l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) fil-Floriana fl-aħħar tliet snin li ma kenux konformi mal-Policy GF15?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.