Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar – ftuħ ta’ berġa

Question

Billi issa għaddew bosta xhur minn meta tħabbar li kellha tinfetaħ berġa fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal dan il-proċess? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li tindika fejn se tkun din il-klinika? Jista’ jgħid x'servizzi se jkunu offruti u min se jkun jista' juża dawn is-servizzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti tas-Sejħa għall-kiri ta’ sit fil-lokal li semmiet hi ser jiġu ppubblikati fil-jiem li ġejjin.

Qawra – ċentru tas-saħħa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar pjanti għaċ-ċentru tas-saħħa li għandu jinbena fiż-żona tal-Qawra, San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid jekk il-proċess ta’ applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar inbediex? Jekk iva, jista’ jagħti n-numru tal-applikazzjoni u jgħid fiex wasal dan il-proċess? Jekk le, meta mistenni li jinbeda dan il-proċess?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qed jiġu ppreparati diversi rapporti inklużi Traffic Impact Assessment u Environmental Impact Assessment li jagħmlu parti minn dan il-proċess t’applikazzjoni.

Ministeru għas-Saħħa — vetturi mikrija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb mistoqsija parlamentari 9734 u jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru tiegħu, inkluż mill-entitajiet u mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Section Department Vehicle Finance and Administration Ambulance Garage 9 Ambulances Finance and Administration Ambulance Garage 8 Tail Lift Vans Ministry Ministry 1 vehicle Head Office Advisor 1 vehicle Public Health Environmental Health 10 vehicles Mater Dei Hospital Ambulance Garage 15 Ambulances Primary Health Care Administration 2 Vehicles Mount Carmel Hospital Administration 10 vehicles

Fornituri ta’ mediċini lokali u barranin — ħlas

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9981, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il kreditur u kemm kien il-valur li kien għadu ma tħallasx sa 30 jum, sa 60 jum u aktar minn 60 jum mid-data tal-invoice sal-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni bejn fornituri ta' mediċini, lokali u dawk barranin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt: KREDITURI FORNITURI MEDICINI LOKALI PERJODU (Ġranet) AMMONT (Eur) 0-30 12,205,321 30-60 16,138,665 60+ 3,435,795 KREDITURI FORNITURI MEDICINI BARRANIN PERJODU (Ġranet) AMMONT (Eur) 0-30 228,335 30-60 134,109

Għar Lapsi — pavimentar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill Ministeru kkonċernat.

Persuni li ntbagħtu għal trattamenti mediċi barra minn Malta

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni Maltin intbagħtu għal trattament mediku f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit fl-aħħar ħames snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-tabella t'hawn taħt hemm l-ammont ta’ persuni Maltin li ntbagħtu għal trattament mediku f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit fl-aħħar ħames snin. Numru ta’Pazjenti Renju Unit Numru ta’ Episodji Renju Unit Numru ta’ Pazjenti Pajjiżi fl-Unjoni Ewropea Numru ta’ Episodji Pajjiżi fl-Unjoni Ewropea 2018 463 743 33 45 2019 511 750 41 45 2020 281 322 19 27 2021 313 358 30 35 2022 448 594 26 39 2022 21 ** 21 ** 2023 (sa’ Mejju) 259 313 25 31 ** Pazjenti li marru Ruma ghar-Radiotherapy.

Allied health professionals — Xiri ta’ uniformijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jinxtraw l-uniformijiet tal-allied health professionals?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi nħarġet offerta ġdida ladarba dik preċedenti kellha tiġi kkanċellata peress li l-ebda offerta ma kienet konformi.

Unformijiet għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex l-ammont ta’ uniformijiet li jingħataw lill-ħaddiema fi skali differenti fis-settur tas-saħħa jvarja u qed issir diskriminazzjoni bejn professjonisti differenti abbażi tal-professjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema professjonisti qed jirreferi.

Occupational Therapists ingaġġati mal-Gvern

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn qed jaħdmu l-Occupational Therapists li ġew ingaġġati mal-Gvern dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Placement of OT's engaged in the last 10 years Gozo General Hospital 4 Primary Health Care 1 Mater Dei Hospital 34 Sir Anthony Mamo Oncology Centre 1 Mount Carmel Hospital 11 Rehab Hospital Karen Grech 6

Allied health professionals — riżenji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irriżenjaw allied health professionals mis-Settur Pubbliku kollu f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena skont il-professjoni u minn liema klinika/post tax-xogħol?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Allied Health Professionals li rriżenjaw minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Saħħa fis-snin li talab hu huma skont it-tabella t'hawn taħt: SENA RIŻENJI 2018 9 2019 23 2020 12 2021 21 2022 13

Allied health professionals full-time

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm Occupational Therapists full-time equivalents f’kull departiment?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt: OT's in the Ministry for Health Gozo General Hospital 12 Primary Health Care 1 Mater Dei Hospital 56 Sir Anthony Mamo Oncology Centre 6 Mount Carmel Hospital 24 Rehab Hospital Karen Grech 14

Allied health professionals fi skala 6

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm allied health professionals fi skala 6 sal-aħħar tal-2022 u kemm hu ppjanat li jkun hemm sal-aħħar tal-2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 23 Health Professionals fi skala 6. Il-postijiet battala jimtlew skont l-esiġenzi tas-servizz.

Kawżi ta’ mwiet f’Malta

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8610 u 9293 u ċjoè: B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 6173 u 6776, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess informazzjoni għas-sena 2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din id-data għadha qed tinħadem u ma tkunx disponibbli qabel l-aħħar tas-sena.

Każi ta’ suwiċidji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm suwiċidji fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena kien hemm 12 il-suwiċidju.

Sptar Sir Anthony Mamo – pazjenti djanjostikati b’kanċer tal-pulmun

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il pazjent fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo ġie djanjostikat b’kanċer fil-pulmun mill-2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X’età kellhom dawn il-pazjenti u f’liema reġjun jgħixu?

Response (FEARNE, CHRIS)

: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabelli hawn taħt mehmu¿a. Sena Nisa Rġiel 2017 67 159 2018 55 163 2019 83 138 2020 34 115 Faxxa t’Eta` Nisa Rġiel <45 6 8 45-49 8 2 50-54 9 18 55-59 16 33 60-64 39 57 65-69 42 105 70-74 50 133 75-79 28 105 80-84 21 68 85+ 20 46

VGH – kuntratt

Question

B’referenza għall-kuntratt tal-Vitals Global HealthCare (VGH) imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa fid-9 ta’ Ottubru 2016, u minħabba li ħafna mill-informazzjoni tal-kuntratt kienet moħbija u ħafna paġni kienu vojta, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx jaf x’fih il-kuntratt? Jekk iva, meta sar jaf u se jġorr ir-responsabbiltà tal-kontenut ta’ dan id-dokument? Jekk le, hu se jkun qed iġorr ir-responsabbiltà ta’ dokument li qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bla ma kien jaf x’fih?

Response (FEARNE, CHRIS)

Il-Kuntratti tal-Vitals Global HealthCare (VGH) ingħataw b' mod komplut, flimkien ma' dokumenti oħra marbuta mal-istess proġett, lill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, li fil-konklużjonijiet pubbliċi tiegħu jinnota "it-twarrib tal-Ministru tas-Saħħa minn kull involviment sinifikanti fuq l-andament ta' din il-konċessjoni relatata direttament mas-saħħa pubblika".

Sptar Mater Dei – Għeluq tal-Psychiatric Ward

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ngħalqet il-Psychiatric Ward fl-Isptar Mater Dei? Kemm ilha magħluqa? Meta se terġa’ tinfetaħ? Jista’ jgħid ukoll il-pazjenti li għandhom bżonn servizz li kien qed jingħata fil-Psychiatric Ward fl-Isptar Mater Dei, issa fejn qed imorru biex jieħdu l-kura meħtieġa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi pazjenti li jkollhom bzonn kura psikjatrika, apparti s-servizzi li jingħataw mill-isptar Monte Carmeli jistgħu jirċievu servizzi minn : ● Community Mental Health Multidisciplinary services to deliver care, treatment, and therapy within the home environment. 6 community mental health clinics (Qormi, Floriana, Paola, Cospicua, Mtarfa, Qawra) ● Community Rehabilitation Centres 5 CMHRCs (Cospicua, Floriana, Paola, Qormi, Zejtun) ● Hostels and Community Homes Projects in collaboration with Richmond Foundation, and Fondazzjoni Suret il-Bniedem. These homes encourage independent living within the community. ● Outreach teams Consists of nurses and care workers, in collaboration with social workers, occupational therapists, community agencies, psychologists and psychiatrists. ● Crisis Resolution Home Treatment (CRHT) A specialist mental health team. ● Emergency Psychiatric Service National Helpline 1579 operates 24/7 and provides free emotional support, advice, and practical guidance to those in need. Established and professional units operating within educational facilities such as the University of Malta and MCAST provide professional support to enhance the wellness of UM staff and students. For emergency cases, an emergency psychiatric Service operates at the Emergency Department at Mater Dei Hospital on a 24/7 basis, and the Crisis Resolution Home Treatment team provides timely psychiatric care, collaborates with caregivers, and offers follow-up Services in the community. Speciality Services ● University Mental health services ● Addiction Service ● Eating Disorders Service ● Electro-convulsive Therapy ● Geriatric Mental Health Services ● Neuropsychiatry Services ● Perinatal Mental Health Services ● Psychiatry Liaison Service ● Transcranial Magnetic Stimulation (TMS) Service

Każijiet ta’ mard sesswali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, sena b’sena mill-2012 sal-2022, kemm kien hemm każijiet ta’ dan il-mard trażmess sesswalment f’pajjiżna: a. Chlamydia; b. Gonorrhea; ċ. Syphilis; d. HPV; e. Hepatitis; f. HIV/Aids; g. Monkeypox; h. Public Lice; i. Scabies; u j. Genital Herpes?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Partial Knee Replacement – lista ta’ stennija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika magħrufa bħala 'partial knee replacement'?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika partial knee replacement ta’ ¿mien aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter hija ta’ 80 persuna.