Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Ħaddiema part-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi part-time fil-Ministeru tiegħu u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-impjegati għandhom impjieg full-time x'imkien ieħor?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20959.

WRO — Diskrepanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex hemm diskrepanza fl-implimentazzjoni tal-Wage Regulation Orders (WRO) bejn setturi varji tal-impjieg b’mod li hawn min għandu għaxart ijiem sick leave bil-paga sħiħa u hawn min għandu 30 ġurnata sick leave bil-paga sħiħa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna kienet irreġistrata li kellha diżabilità fl-aħħar ta' Diċembru 2024 skont ir-records li għandu l-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu u jaqsam din l-informazzjoni skont is-sess (irġiel, nisa, eċċ.)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Persuni b'diżabilità - Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati direttament mal-Ministeru tiegħu? Jekk iva, kemm hu n-numru ta' persuni u x'tip ta' xogħol iwettqu? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?

Response (FALZON, MICHAEL)

Filwaqt li nirreferi lil-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ingħatat lill-kollega tagħha għall-mistoqsija parlamentari 24614, ġejt infurmat illi l-informazzjoni kif mitluba ma tkunx tista’ tinġabar minħabba n-natura sensittiva u privata tagħha. Intenni illi l-Gvern jibqa’ kommess li jappika policies u mizuri inklussivi fuq il-post tax-xogħol biex jissaħaħ l-istatus ta’ persuni b’diżabilità impjegati kif spjegajt fl-interpellenza su referita

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Persuni b'diżabilità - Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati ma' xi entità/dipartiment/awtorità, eċċ. li jaqgħu taħtu? Jekk iva, ma' liema entità/dipartiment/awtorità u kemm hu n-numru ta' persuni għal kull entità/dipartiment/awtorità u x'tip ta' xogħol twettaq kull persuna? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari W347.

Ċertifikati ta' koabitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn persuna li għandha ċertifikat ta' koabitazzjoni mhix inkluża fil-lista tal-artiklu 4(1)(g) tal-Kapitlu 217 tal-Liġijiet ta' Malta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Għawdxin — Għajnuna fil-kontijiet tal-elettriku u tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25746 u jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni/familji f’Għawdex li: i. qed jirċievu għajnuna biex iħallsu parti mill-kont tal-konsum tal-elettriku u tal-ilma; ii. qed jingħataw għajnuna biex iħallsu parti mill-kirja tas servizz tad-dawl u tal-ilma; jew iii. qed jingħataw għajnuna miż-żewġ skemi flimkien? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni raħal b'raħal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher hawn taħt: i. l-ammonti li qed jirċievu għajnuna biex iħallsu parti mill-kont tal-konsum tal-elettriku u tal-ilma huwa ta’ 1,036 ii. l-ammonti li qed jingħataw għajnuna biex iħallsu parti mill-kirja tas servizz tad-dawl u tal-ilma huwa ta’ 762 iii. l-ammonti li qed jingħataw għajnuna miż-żewġ skemi flimkien huwa ta’ 762

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22682, 24063 u 25727 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Sponsorships u donazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22718, 24229 u 25769 u jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis — Kannabis li qed tiġi pprovduta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25828 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jagħti dettalji u jgħid minn fejn qed tiġi l-Kannabis li qed tiġi pprovduta mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis — Ittestjar tal-kannabis

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25829 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u jgħid hux qed isir ittestjar tal-kannabis? Jekk iva, jista’ jgħid min qed jagħmel l-eżaminazzjoni tas-sustanza u xi proċedura qed tintuża biex dawk li qed jagħmlu użu jkollhom sustanza li hija eżaminata u ċċertifikata?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Bejgħ ta’ Reżina tal-Kannabis

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25830 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u ċjoè: Fid-dawl li l-assoċjazzjonijiet jibdew ibiegħu r-reżina tal-kannabis, jista’ l-Ministru jgħid min ser jipprovdi din is-sustanza u x’tip ta’ verifikar ser isir?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Child-to-Parent Violence

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal referuti għaċ-Child-to-Parent Violence fl-2023 u x’kienet l-età f’figuri u persentaġġi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li fil-perjodu msemmi (is-sena 2023) kien hemm 20 kas ta’ Child-to-Parent Violence. Minn dawn 11 (jiġifieri 55%) kienu bejn il-11 u l-15-il sena waqt li 9 (jiġifieri 45%) kienu bejn 16 u 17-il sena.

Pensjoni volontarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ser tkun qed taħdem eżattament il-pensjoni volontarja mħabbra fil-baġit? Jista’ jgħid ukoll jekk il-flus li jinġabru hux ser jintefgħu f’fond apposta u jiġu investiti jew jekk hux ser jintużaw mill-Gvern għal spejjeż rikorrenti? Jekk hu l-każ tal-aħħar, il-Gvern kif ser jassigura li s-sistema ser tkun sostenibbli?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Infiq fuq hospitality

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus bħala hospitality mill-Ministeru tiegħu, xahar b’xahar minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża f'hospitality, id-data ta' meta ntefqu dawn il-flus u minn liema membru tal-Ministeru ntefqu dawn il-flus f'hospitality?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill Onor. Interpellant għal-line item ta' hospitality fl-estimi finanzjarji tal-estimi tal-budget li kopja tagħhom diġa' tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Professjoni tal-hypnotherapy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-professjoni tal-hypnotherapy hijiex regolata f’Malta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex le, u xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jirregola din il-professjoni li titratta persuni vulnerabbli fi stat ta’ terapija fejn ikunu vulnerabbli ħafna?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Malta Eurovision Song Festival — Reklami

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reklami waqt il-Malta Eurovision Song Festival li jaqgħu taħt il-Ministeru u d-dekasteru tiegħu u kemm ġiet tiswa din l-ispiża?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 25486.