Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12973 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mediċina Lyrica

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċina Lyrica - 150mgs tinstabx mill-Ispiżeriji tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, min hu intitolat li joħodha?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9864 Sitting 169 2009-11-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tas-Sliema — Tignè Sea Front - ristorant

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Awtorità tas-Saħħa tieħu l-passi meħtieġa biex tara x’perikli għall-ġirien qed jikkostitwixxi l-istabbilment li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li jaħżen ċilindri tal-gass għall-kċina għar-ristorant tiegħu u d-dwejjaq tal-irwejjaħ insapportabbli li jikkaġuna ħsara lill-ġirien?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li saret spezzjoni fil-fond indikat fid- 9 ta’ Lulju, 2009. Minn din l-ispezzjoni rriżulta li dan l-istabiliment kellu żewġ ċilindri tal-gass installati, żewġ ċilindri tal-gass vojta u żewġ ċilindri tal-gass kbar u ieħor żgħir bħala riżerva. Waqt il-ħin tal-ispezzjoni ma’ kien hemm l-ebda riħa ta’ gass. Dwar l-allegat periklu nissuġerixxu li tali mistoqsija tiġi referuta lill-Ministru konċernat.

anzjani f'homes privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif u kemm intbagħtu anzjani ġewwa homes privati fis-snin 2005, 2006, 2007 u 2008? Jista' jagħti statistika ta' kemm intbagħtu anzjani f'kull home privata u liema kienet din il-home?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-deciżjoni dwar liema anzjani jmorru f’homes privati hija deciżjoni li tittieħed fuq livell kliniku. Din tieħu inkonsiderazzjoni l-livelli ta’ dipendenza tal-pazjent u s-servizzi offruti fid-dar privata partikolari. Informat ukoll hekk :- 2005 2006 2007 2008 Casa Arkati 14 2 4 2 Villa Messina 9 2 11 1 Casa Serena 4 1 0 10 Central Home 0 0 0 45

anzjnai f'homes privati mħallsa mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jintgħażlu l-homes privati li fihom jintbagħtu l-anzjani u li jkun qed iħallas għal-lodging tagħhom il-Gvern? Liema regoli u standards jintużaw biex isir dan? Jistgħu dawn ir-regoli jiġu ppubblikati?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' kien għamel sejħa għall-Expression of Interest. L-applikanti jrid ikollhom liċenzja ta' dar ta' l-Anzjani maħruġa mill-Health Care Services Standards u jridu jiprovdu ċertu servizzi għar-residenti.

anzjani li jgħixu f'homes privati — bord għad-deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn huma l-persuni fuq il-bord li jiddeċiedu liema anzjani jmorru ġo homes privati u f'liema home imorru? Kif jiġu maħtura dawn il-persuni fuq il-bord? B'liema kriterji u fuq liema kondizzjonijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 11908.

anzjani f'homes privati — ħlas mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-Gvern għal kull anzjan li bagħat ġo home privata? Jista' jagħti din l-informazzjoni home b'home matul is-snin 2005, 2006, 2007 u 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12376 Sitting 169 2009-11-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — skemi u inizjattivi għall-Kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħu vis-a-vis il-kunsilli lokali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12723 Sitting 169 2009-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

miżuri biex tonqos il-lista ta' stennija għall-operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'miżuri partikolari qed jittieħdu , naturalment skond l-operazzjonijiet differenti, biex il-lista ta' stennija għall-operazzjonijiet tonqos? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk is-sena d-dieħla hux se jkun hemm xi operazzjonijiet partikolari li mistennija jitnaqqsu iktar minn oħrajn?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12867 Sitting 169 2009-11-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Servizzi Soċjali — għajnuna mill-vizzju tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12526 u jgħid jekk id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali jiġix infurmat kemm–il persuna tkun talbet l-għajnuna biex teħles mill-vizzju tad-droga u li tkun marret għand xi waħda mill-aġenziji bħas-Sedqa? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti l-figuri ta’ dawk li talbu din l-għajnuna matul din is-sena? Il-Gvern ikollu l-istess informazzjoni għal dawk il-persuni li jirrikorru għand il-Caritas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12868 Sitting 169 2009-11-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Detox Centre — persuni li talbu l-għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12525 u jgħid kemm kien hemm persuni li talbu l-għajnuna mid-Detox f’Malta u Għawdex separatament kull xahar din is-sena? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Kemm minn dawn kienu barranin? Kemm kellu l-akbar u kemm kien l-iżgħar wieħed? Jista' jgħid ukoll liema droga kienu qed jieħdu meta talbu din l-għajnuna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta' tqegħied ta' karti.

Persuni li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea — benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni fl-2008 li kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, li kienu jgħixu f'Malta jew f'Għawdex u li kienu jieħdu xi tip ta' benefiċċju li jipprovdi l-Gvern u li qabel ma konna membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea dawn il-benefiċċji kienu jittieħdu biss minn Maltin residenti f'Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni fl-2008 li kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li kienu jgħixu f’Malta jew Għawdex u li kienu jieħdu xi tip ta’ benefiċċju li jipprovdi l-Gvern u li qabel ma konna membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea dawn il-benefiċċji kienu jittieħdu biss minn Maltin residenti f’Malta huwa 3.

Persuni li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea — servizz tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li għamlu użu mis-servizz tas-saħħa matul is-sena 2008? Jista' jagħti stima ta' kemm ġew jiswew dawn l-interventi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12829 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — Taċ-Ċawla fir-Rabat - rikonoxximent

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-file li dettalji dwar qed jintbagħtu separatament, dwar ir-rikonoxximent ta' flat f'Taċ-Ċawla fir-Rabat, Għawdex għadu sal-lum mhuwiex proċessat?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-Awtorità tad-Djar ħadet deċiżjoni tagħha dwar dan il-każ.
Leg 11 PQ #12843 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kampanja lokali kontra possibilità ta' mard

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12350 u jieħu l-passi neċessarji biex f'dawk l-inħawi ta' Malta li huma l-iktar esposti għall-possibilità ta' mard li jittieħed fil-fatt ikun hemm kampanji lokali biex jiġi evitat kull tip ta' mard?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fejn ikun hemm bżonn, id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard jorganizza kampanji speċifiċi dwar prevenzjoni tal-mard infettiv. Fil-preżent ma għandi l-ebda evidenza li hemm xi mard infettiv f’xi parti tal-pajjiż aktar minn oħra.
Leg 11 PQ #12844 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fgura — Wesgħa l-Kunsill tal-Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12341 u jara li jittieħdu l-passi meħtieġa f'biċċa art li għadha mhux żviluppata u li tinsab f'Wesgħa l-Kunsill ta' l-Ewropa ġewwa l-Fgura qrib ta' supermarket minħabba li hemm problema ta' saħħa pubblika minħabba l-ammont kbir ta' ġrieden li hemm u li issa qed jiġru mal-inħawi kollha?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li uffiċjali fi ħdan id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali spezzjonaw l-area indikata fl-10 ta' Novembru, iżda ma ġie nnutat l-ebda sinjal ta' infestazzjoni ta' ġrieden. Informat ukoll li l-ħaddiema tal-Pest Control fi ħdan id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali, bl-assistenza tal-Puluzija, għamlu trattament intensiv fil-manholes fl-area indikata. Din iż-żona ser tinżamm taħt sorveljanza minn din is-sezzjoni u trattament jerġa' jsir jekk ikun il-każ.
Leg 11 PQ #12872 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Skema tal-Ispiżjar tal-Għażla tiegħek — mediċina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12384 u jikkonferma jekk bħala parti mill-Iskema l-Ispiżjar tal-Għażla tiegħek, kienx hemm mediċina ritornata lura mingħad l-ispiżjara għaliex kienet skaduta? Kemm kien l-ammont?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12874 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Vincenz de Paule — anzjana li mietet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12558, 12279 u 11829 u jgħid jekk kenitx infetħet investigazzjoni dwar rapport li kien deher f'gazzetta lokali f'Settembru 2008 dwar anzjana ta' 81 sena li mietet f'San Vincenz de Paule u li tpoġġiet fil-kamra mortwarja ta' l-istess sptar fuq mejda ta' l-injam, b'rasha sserraħ fuq landa tat-tip li jintużaw biex fihom jinżamm l-ilma jew xi tip ta' likwidu ieħor bħal diesel? Jekk infetħet din l-investigazzjoni, x'irriżulta u x'passi ttieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fil-każ konċernat kienet infetħet investigazzjoni nterna li wasslet għall-passi dixxiplinari kontra l-impjegati. Informat ukoll li l-Bord ta' Dixxiplina kien sab li l-akkużat bħala ħati ta' negliġenza gravi waqt il-qadi ta' dmiru u mġiba arroganti lejn il-pubbliku. L-impjegat kien ġie sospiż għall tliet ijiem fuq nofs paga.
Leg 11 PQ #12876 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Air Malta — persuna li ġiet ingaġġata

Question

Jista' l-Ministru jispjega u jiġġustifika kif persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġiet ingaġġata mal-Air Malta meta ma kellhiex il-kwalifiki rikjesti fil-call for applications? Jiftakar il-Ministru li l-kandidat magħżul kellu jkollu almenu sentejn prattika ta’ Avukat mentri l-persuna magħżula kien għad għandha warrant biss għal għaxar xhur? Jista' jispjega kif għad li l-persuna ndikata rriżenjat il-kariga tagħha u peress li ma sabitx impjieg fis-settur privat reġgħet ġiet ingaġġata mal-Air Malta ftit ġimgħat wara u ċioe f’nofs Ġunju tal-2008? Jaf il-Ministru li dan sar għad li kienet diġà ħarġet call for applications? Kif jiġġustifika li meta l-persuna reġgħet ġiet ingaġġata mal-Air Malta reġgħet ġiet ri-instata fil-grad li kellha bir-related benefits kollha? Jaf li b’abbuż serju saru dikjarazzjonijiet foloz mid-diriġenti tal-Air Malta fuq dokumenti tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u dan sabiex ir-rizenja effetiva tal-persuna ndikata tneħħew mir-records tal-korporazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ħaddiema involuti fit-tqassim tal-bozoz

Question

Jista' l-Ministru jagħti redikont ta' kemm kien hemm u għad hemm ħaddiema involuti biex jieħdu sehem fil-proġett ta' tqassim ta' bozoz lil kull residenza? Jista' jgħid, allura, kemm huwa kkalkulat li dan l-eżerċizzju ġie jiswa?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.