Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Marsa - Rapporti ta’ reati kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Marsa fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni bil-kategorija ta’ kull reat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali rreġistrati mal-Pulizija, li seħħew fil-lokalità tal-Marsa fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u sa Awwissu 2025 maqsuma sena b’sena, jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.  It-tabella tinkludi dettalji ta’ kull reat maqsum skond il-kategorija rispettiva.

Santa Venera - Rapporti ta’ reati kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fil-lokalità ta’ Santa Venera fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni bil-kategorija ta’ kull reat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali rreġistrati mal-Pulizija, li seħħew fil-lokalità ta’ Santa Venera fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u sa Awwissu 2025 maqsuma sena b’sena, jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.  It-tabella tinkludi dettalji ta’ kull reat maqsum skond il-kategorija rispettiva.

Il-Furjana - Rapporti ta’ reati kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Furjana fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni bil-kategorija ta’ kull reat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali rreġistrati mal-Pulizija, li seħħew fil-lokalità tal-Furjana fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u sa Awwissu 2025 maqsuma sena b’sena, jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.  It-tabella tinkludi dettalji ta kull reat maqsum skond il-kategorija rispettiva.

Il-Belt Valletta - Rapporti ta’ reati kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fil-Belt Valletta fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?  Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni bil-kategorija ta’ kull reat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali rreġistrati mal-Pulizija, li seħħew fil-lokalità tal-belt Valletta fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u sa Awwissu 2025 maqsuma sena b’sena, jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.  It-tabella tinkludi dettalji ta’ kull reat maqsum skond il-kategorija rispettiva.

Il-Ħamrun - Rapporti ta’ reati kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ reati kriminali li seħħew fil-lokalità tal-Ħamrun fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024, u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni bil-kategorija ta’ kull reat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

No response available.

Ħal Tarxien - Għassa tal-Pulizija - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29750, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fuq l-Għassa ta’ Ħal Tarxien, sarux? Jekk iva, kemm ġew jiswew?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li sar il-proċess ta’ procurement u x-xogħol għandu jkun lest sa Novembru.

Vjolenza domestika — Taħriġ lill-Membri tal-Ġudikatura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk isirx taħriġ dwar il-vjolenza domestika lill-Membri tal-Ġudikatura? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx sar u jekk sar, meta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tressaq din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Is-Swieqi - Noise Pollution - Ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru lmenti/rapporti mir-residenti tas-Swieqi dwar storbju li kien ġej minn barranin li qed joqgħodu ġewwa proprjetajiet ‘short let’? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu f’dan ir-rigward?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u it-22 ta’ Settembru 2025, il-Pulizija ta’ San Ġiljan irreġistrat dsatax (19) ir-rapport mir-residenti tas-Swieqi dwar storbju kaġunat minn mużika għolja jew argumenti, minn barranin li kienu qed joqgħodu ġewwa proprjetajiet li jinkludu ‘short let’ , kemm waqt li dawn kienu ġewwa l-istess proprjetajiet, jew waqt li dawn ikunu barra fi triqthom/deħlin għal l-istess proprjetajiet. F’kull każ meta l-Pulizija setgħet tivverifika dan l-istorbju, il-persuni konċernati ġew imwissija biex jieqfu u kien hemm każ fejn anke inħarrġu akkużi.

Użu tal-kannabis fil-pubbliku - Persuni mħarrka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew imħarrka għax inqabdu jagħmlu użu mill-kannabis fil-pubbliku bejn Mejju 2025 u l-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kien hemm ħamsa u ħamsin persuna li ġew imħarrka għax inqabdu jagħmlu użu mill-kannabis fil-pubbliku bejn Mejju 2025 u 23 ta’ Settembru 2025.

San Ġiljan - Bejgħ ta’ droga - Persuni arrestati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew arrestati barranin fuq bejgħ ta’ droga fi Spinola Gardens f’San Ġiljan bejn Mejju 2025 u l-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar  2025 u 28 ta’ Settembru 2025 kien hemm wieħed u erbgħin persuna li gew arrestati San Giljan fuq bejgħ ta’ droga. Min dawn sitta kienu Maltin u ħamsa u tletin kienu barranin.  Dan f'diversi postijiet li ma jinkludix ġewwa Spinola Gardens.

Vjolenza domestika — Taħriġ lill-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ taħriġ fuq il-vjolenza domestika jirċievu l-Pulizija? Jista’ jgħid ukoll jekk dan it-taħriġ jingħatax darba biss jew b’mod regolari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi taħriġ hu parti mill-kurrikulu u taħriġ vast tar-reklutaġġ li huwa wkoll akkreditat. Wara r-reklutaġġ dan it-tip ta’ taħriġ jingħata wkoll f’dak imsejjaħ ’In service Training’ , li hu programm intiż għal dawk l-uffiċċjali li jkunu diġà membri tal-korp, li però jingħataw taħriġ kontinwu dwar l-operat tal-Pulizija. Uffiċċjali li jkunu ser javvanzaw fil-karriera tagħhom u ċioe’ għal promozzjoni għal surġenti jew Spetturi, wkoll jingħatalhom taħriġ dwar is-suġġett. Tali taħriġ jingħata kemm lill-uffiċċjali tal-Pulizija li jservu f’għases distrettwali, kif ukoll lill-dawk fit-taqsimiet kollha operattivi tal-korp. Uffiċjali li jservu fit-taqsima dwar Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika, jingħataw taħriġ mill-Kummissjoni ta’ Vjolenza Domestika, u minn entitajiet barranin, u dan minbarra minn taħriġ akkreditat li jingħata mill-Università ta’ Malta lill-istess uffiċċjali, li jkunu għadhom kemm ingħaqdu ma’ din l–iskwadra f’kull rank. Kif ingħad fi tweġibiet oħra, dan it-taħriġ jwassal biex kull uffiċjal ikun konxju tal-ħtiġijiet tal-vittmi ta’ reati ta’ vjolenza domestika, biex b’hekk jittrattaw dawn il-każijiet bl-aħjar mod, u jingħataw tagħrif dwar fejn u x’ħin l-assistenza  ta’ aġenziji professjonali għandha tintalab, fost proċessi oħra.

Panic Buttons — numru ta' drabi li ntużaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ntużaw il-panic buttons mill-vittmi li ngħataw dan l-apparat, minn Lulju 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi minn meta il- Panic buttons ġew provduti f’Awwissu 2025 sal-24 ta’ Settembru 2025, kien hemm wieħed u għoxrin (21) istanza fejn dawn ntużaw mill-vittmi li ngħatalhom dan l-apparat.

Sistema ta’ alarm jew panic button — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed taħdem is-sistema tal-alarm jew panic button?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-proċess jibda minn meta l-vittma tagħmel rapport mal-Pulizija dwar każ ta’ vjolenza domestika u wara jsir l-Assessjar tar-Riskju (risk assessment) mill-assessuri stazzjonati fid-DV Hub. Jekk l-Assessjar tar-Riskju jindika Periklu Estrem / Extreme Danger, jiġifieri marka ta’ 18+ fid- ‘Danger Assessment Tool’ , jew marka ta’ 7+ fl- ‘ODARA’ , il-vittma tiġi nfurmata bl- apparat magħruf bħala ‘DV Panic Alarm’ , u jekk taċċetta, tkun riferuta lill-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità. Jista’ jagħti l-każ ukoll li l-uffiċjal nkarigat mill-investigazzjoni josserva periklu ripetittiv minħabba li jkun jaf il-każ u jagħmel talba ġustifikata bil-miktub lil VSA sabiex il-vittma tingħata l-apparat. Dan l-apparat jingħata fi żmien 24 siegħa, minn uffiċjali mħarrġa mill-Aġenzija. Isir kuntatt mal-vittma u jkun spjegat b’mod dettaljat dwar l-użu u l-funzjonijiet ta’ l- apparat, kif ukoll jingħata taħriġ kif persuna għandha taġixxi f’mumenti kritiċi.  Wara li jingħata l-apparat, l-Aġenzija żżomm kuntatt regolari ma’  min ikun ingħata s-servizz, u fejn hemm bżonn  jingħataw aktar servizzi ta’ appoġġ, li jinkludu sapport emozzjonali, informazzjoni u saħansitra pariri legali. L-Apparat elettroniku hu wieħed diskrett ħafna u jiġi attivat permezz ta’ għafsa ta’ buttuna li tibgħat talba ta’ għajnuna fil- ‘Control Room’ tal-Pulizija. Meta tingħafas ma tagħmel l-ebda ħoss iżda toħloq vibrazzjoni żgħira sabiex tindika li s-sejħa telqet. L-apparat huwa konness ma’ pjattaforma diġitali li turi l-post ta’ fejn tkun il-vittma u żżomm rendikont ta’ kull ċaqliq li jista’ jkun hemm waqt li tiskatta l-operazzjoni. L-Aġenzija, permezz tal-uffiċjal inkarigat, żżomm kuntatt regolari mal-vittmi u mal-Ispettur responsabbli għall-każ, sabiex tibqa’ aġġornata dwar l-iżviluppi relatati mal-każ. Il-vittma jerġa jkollha appuntament mal-uffiċjal ta’ l-Aġenzija, sitt xhur wara li tingħata il- panic alarm u jsir valutazzjonijiet meħtieġa skont kull każ. Finalment, l-apparat jittieħed lura f’każijiet fejn: il-vittma twaqqaf il-każ u taħfer lill-aggressur, il-każ jiġi konkluż fil-Qorti u l-aggressur jintbagħat il-ħabs, d-device qed tintuża ħafna drabi b’negliġenza u mhux skont il-linji gwida

Allegat Każijiet ta' Vjolenza Domestika — investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta jidħol każ ta’ allegat vjolenza domestika, il-Pulizija tinvestiga, jew tressaq lill-persuni mingħajr ma ssir investigazzjoni u tħalli kollox f’idejn il-Qorti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi qabel ma tipproċedi bil-Qorti f’każijiet relatati ma' kull rapport ta' vjolenza domestika, il-Pulizija dejjem tibda billi twettaq investigazzjoni ħolistika. Dan jinkludi li kull vittma tiġi mitkellma, flimkien ma' xhieda oħra li setgħu kienu preżenti waqt l-allegat każ, u fl-istess ħin tinġabar kull evidenza materjali rilevanti. Matul tali investigazzjoni, jiġi evalwat ukoll il-valutazzjoni ta’ riskji li jsir fuq il-vittma, u jiġi interrogat l-allegat aggressur. F’każijiet serji, l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jiġi ikkonsultat, speċjalment minħabba li f’ċerti reati, il-prosekuzzjoni titmexxa minn avukat mill-istess uffiċċju. Abbażi ta’ dan kollu, jittieħdu passi l-Qorti. Fl-isfond ta’ dan kollu, nirrimarka wkoll li matul dan il-proċess, il-vittma llum tingħata s-sapport kollu meħtieġ hekk kif illum qiegħed jintuża dak li jissejjaħ multi-disciplinary approach mill-ewwel Gender-Based and Domestic Violence Hub li fetaħ il-bibien tiegħu taħt din l-amministrazzjoni, l-istess bħal ma waqqafna l-Victim Support Agency li qegħda tagħmel differenza fil-ħajja tal-vittmi mhux biss tal-vjolenza domestika imma anke ta’ kriminalità oħra.