Legislature:
Category:
Reset
Active:

Immigranti Illegali – għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18284, jista' l-Ministru jgħid kif intefqu €13,148,659.26 li Malta rċeviet mill-Asylum, Migration and Integration Fund tal-Unjoni Ewropea bejn l-2014 u l-2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Bi tweġiba għal din il-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u lnfurzar tal-Liġi – komunikazzjonijiet bil-miktub aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħtu sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Onorevoli interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’diżabilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl. Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spiża mħallsa mill-individwu jew l-entità. Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn. Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-bażi individwali, inkluż biex tintuża l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform użat, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.

Pubblikazzjoni ‘Sigurtà’

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret dwar il-pubblikazzjoni bl-isem "sigurtà" ippubblikat f'Jannar 2021 mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet ġiet imqassma bieb bieb l-imsemmija pubblikazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pubblikazzjoni li qed jirreferi għaliha qed titqassam f’kull dar madwar Malta u Għawdex. Dan għaliex l-informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ pajjiżna u l-investiment li qed isir biex din tissaħħah hi relevanti għaċ-ċittadini kollha ġejjin mil-liema lokalità ġejjin. Fil-fatt il-pubblikazzjoni titkellem, fost oħrajn, dwar il-pulizija tal-komunità u t-taqsima speċjalizzata għall-vittmi tal-vjolenza domestika. Nifhem li l-Onorevoli Interpellant japrezza li huwa importanti li l-Maltin u l-Għawdxin kollha jkunu infurmati b’dawn is-servizzi bħalma huwa importanti li jkunu jafu kif jistgħu jagħmlu rapporti b’telefonata jew online li wkoll hi provduta f’din il-pubblikazzjoni. L-istess pubblikazzjoni tinforma dwar il-kundizzjonijiet ġodda li għandhom il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u s-Suldati u l-ftehim ma’ mid-Dlam għad-Dawl biex jingħata servizz ġdid għall-familji tal-priġunieri. Il-Ministeru ħaseb ukoll li jkun għaqli wkoll li l-Maltin u l-Għawdxin ikunu infurmati dwar kif il-forzi tal-ordni kienu protagonisti fil-ġlieda kontra t-tixrid tal-Covid-19 u dan biex tibqa’ titqajjem kuxjenza dwar is-sehem li lkoll irridu nagħtu. L-ispiża biex kienet stampata din il-pubblikazzjoni kienet ta’ €12,375 VAT eskluż.

Il-Benefiċċju tal-Parole

Question

Jista’ l-Ministru jindika xi kriterji jintużaw sabiex priġunier jingħata l-Parole? X’obbligi għandhom dawk il-priġuniera li jingħataw il-Parole?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor Interpellant li l-kriterji li fuqhom il-Bord tal-Parole jasal għad-deċizjonijiet tiegħu dwar it-talbiet li jkunu saru mill-priġunieri, huma indikati fl-Artikolu 13 tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi. Meta l-applikazzjoni għall-Parole tiġi milqugħa, jiġu mposti fuq il-priġunier diversi obbligi speċifiċi, u huwa jitpoġġa taħt il-kura ta’ Uffiċjal tal-Parole li għandu jarah regolarment u li jieħu ħsieb li dawn l-obbligi jiġu segwiti.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri riċedivi

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18117, jista’ l-Ministru jindika kemm mit-864 priġunier li hemm fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin huma riċedivi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li b’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18117, mit-864 priġunier li kien hemm fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin 221 kienu riċedivi.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin: Raġunijiet għaliex intbagħtu l-ħabs

Question

Jista’ l-Ministru jindika għaliex il-604 priġunier qed jiskuntaw sentenza l-ħabs?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor Interpellant li r-raġunijiet għaliex is-604 priġunier li kienu qed jiskuntaw sentenza l-ħabs, intbagħtu l-ħabs huma skont it-tabella t’hawn taħt: OFFENCE PRISONERS ACCOMPLICE IN ARSON Count 1 ACCOMPLICE IN WILFUL HOMICIDE Count 2 ACTS OF PIRACY / HIJACKING / TERRORISM Count 1 AGGRAVATED THEFT Count 151 AGGRAVATED THEFT FOLLOWED BY DEATH Count 2 ARSON Count 11 ASSAULT ON PUBLIC OFFICERS Count 5 ATTEMPTED AGGRAVATED THEFT Count 16 ATTEMPTED ESCAPE FROM PRISON CUSTODY Count 1 ATTEMPTED GBH Count 4 ATTEMPTED HOMICIDE Count 13 ATTEMPTED THEFT Count 1 BLACKMAIL Count 3 BREACH CONDITIONS OF BAIL Count 9 BREACH OF ART 412C OF CHAP 9 (PROTECTION ORDER) Count 1 BREACH OF CONDITIONAL DISCHARGE Count 2 BREACH OF PROBATION Count 13 BREACH OF PUBLIC GOOD ORDER Count 1 CONSPIRACY WITH OTHER PERSONS IN DRUG TRAFFICKING Count 30 CONTEMPT OF COURT Count 1 CONVERSION OF FINES Count 138 CULTIVATION OF DRUGS Count 3 DEFILEMENT/CORRUPTION OF MINOR Count 15 DOMESTIC VIOLENCE - ATTEMPTED HOMICIDE Count 3 DOMESTIC VIOLENCE - HARASSMENT Count 1 DOMESTIC VIOLENCE - SLIGHT INJURIES Count 2 DOMESTIC VIOLENCE - WILFUL HOMICIDE Count 6 ESCAPE FROM PLACE OF DETENTION Count 7 ESCAPE FROM POLICE CUSTODY Count 2 ESCAPE FROM PRISON CUSTODY Count 3 FAILED TO GIVE SURETY MONEY TO HIS/HER WIFE/HUSBAND Count 4 FAILING TO PRODUCE PASSPORT AND GIVING INFORMATION TO THE P.I.O. Count 28 FALSIFICATION & FRAUD Count 30 FORGERY OF PUBLIC, COMMERCIAL OR PRIVATE BANK DOCUMENTS Count 1 FRAUD Count 3 FRAUD AND MISAPPROPRIATION Count 14 GBH Count 3 GBH FOLLOWED BY DEATH Count 1 IMPORTATION OF DRUGS Count 9 LOITERING FOR PROSTITUTION Count 1 MONEY LAUNDERING Count 5 NON-CONSENSUAL ACT OF A SEXUAL NATURE Count 1 ORGANIZED CRIME Count 6 PARTICIPATING IN SEXUAL ACTIVITIES WITH MINORS Count 2 POSSESSION AND TRAFFICKING OF DRUGS Count 43 POSSESSION OF CHILD PORNOGRAPHY Count 1 POSSESSION OF DRUGS Count 12 POSSESSION OF DRUGS WITH THE INTENT TO SUPPLY Count 14 POSSESSION OF FALSE DOCUMENTS Count 135 POSSESSION OF FIREARM Count 1 POSSESSION OF INDECENT PHOTOS / FILMS OF PERSONS UNDER AGE Count 1 PUBLICLY INSTIGATED ANY OTHER PERSON TO COMMIT AN OFFENCE Count 2 RAPE Count 5 RAPE OF MINORS Count 7 RECEIVING STOLEN ARTICLES Count 1 SLIGHT INJURIES Count 2 SPOILED, DAMAGED OR CAUSED INJURY IN GENERAL Count 9 THEFT Count 7 THEFT FROM ELDERLY Count 5 THEFT OF VEHICLE Count 10 THREATENING PUBLIC OFFICER Count 7 THREATS Count 3 TRAFFIC IN PERSONS TO ENTER OR LEAVE MALTA ILLEGALLY Count 1 TRAFFIC OFFENCES Count 1 TRANSFER OF PASSPORT Count 37 VILIFICATION, THREATS OR BODILY HARM AGAINST PUBLIC OFFICERS Count 1 VIOLENCE AGAINST PUBLIC OFFICERS Count 4 VIOLENT INDECENT ASSAULT Count 1 VOLUNTARY DAMAGES Count 13 WILFUL HOMICIDE Count 21 Ir-raġuni għaliex it-total ivarja minn 604 hija minħabba li hemm priġunieri b’aktar minn offiża waħda.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tiegħu hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-binja tal-Ministeru tiegħu hemm 2 restrooms aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali.

Għassa ta’ Ħal Tarxien – rapporti ta’ delitti u reati ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm delitti ġew rappurtati fl-Għassa ta’ Ħal Tarxien tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm reati ta’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li seħħew fil-Ħal Tarxien tul is-sena 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità. Mhux ir-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat. Rapporti ta’ delitti - Tarxien 2020 Ammont Hruq 5 Attentat ta’ Offizi 16 Offizi fuq il-persuna 3 Uzu hazin ta’ Computer 6 Delitti kontra l-amministrazzjoni tal-Gustizzja 1 Hsarat 39 Vjolenza Domestika 30 Drogi 1 Frodi 10 Pornografija 1 Pretended rights 6 Offizi sesswali 2 Serq 65 Theddid u vjolenza 3 Vjolenza kontra ufficcjal Pubbliku 1 Total 189

Għassa ta’ Santa Luċija – rapporti ta’ delitti u reati ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm delitti ġew rappurtati fl-Għassa ta’ Santa Luċija tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm reati ta’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li seħħew f’ Santa Luċija tul is-sena 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità. Mhux ir-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat. Rapporti ta’ Delitti - St. Lucija Ammont Attentat ta’ offizi 1 Offizi fuq il-persuna 1 Hsarat 6 Vjolenza domestika 16 Frodi 2 Omicidju 1 Offizi sesswali 2 Serq 13 Theddid u vjolenza 1 Total 43

Għassa ta’ Ħal Għaxaq – rapporti ta’ delitti u reati ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm delitti ġew rappurtati fl-Għassa ta’ Ħal Għaxaq tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm reati ta’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li seħħew f’Ħal Għaxaq tul is-sena 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità. Mhux ir-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat. Rapporti ta’ delitti- Ghaxaq 2020 Ammont Attentat ta’ offizi 1 Offizi fuq il-persuna 3 Hsarat 24 Vjolenza domestika 14 Frodi 6 Omicidju 1 Hasil ta’ flus 2 Pornografija 1 Offizi sesswali 1 Serq 19 Theddid u vjolenza 5 Vjolenza kontra ufficcjal pubbliku 1 Grand Total 78

Għassa ta’ Wied il-Għajn– rapporti ta’ delitti u reati ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm delitti ġew rappurtati fl-Għassa ta’ Wied il-Għajn tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm reati ta’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li seħħew f’Wied il-Għajn tul is-sena 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità. Mhux ir-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat. Rapporti ta’ delitti - Marsaskala 2020 Ammont Hruq 2 Attentat ta’ offizi 10 Offizi fuq il-persuna 18 Uzu hazin tal- computer 12 Hsarat 92 Vjolenza domestika 76 Drogi 9 Falsifikazzjoni 1 Frodi 22 Offizi relatati ma immigrazzjoni 1 Pretended rights 7 Offizi sesswali 2 Serq 119 Theddid u vjolenza 11 Vjolenza kontra ufficjal pubbliku 8 Grand Total 390

Għassa taż-Żejtun – rapporti ta’ delitti u reati ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm delitti ġew rappurtati fl-Għassa taż-Żejtun tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm reati ta’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li seħħew fiż-Żejtun tul is-sena 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità. Mhux ir-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat. Rapporti ta’ delitti - Żejtun 2020 Ammont Hruq 3 Attentat ta’ Offizi 4 Offizi fuq il-persuna 11 Uzu hazin tal- computer 6 Reat kontra l-amministrazzjoni tal-Gustizzja 1 Hsarat 69 Vjolenza domestika 46 Drogi 1 Frodi 20 Offizi sesswali 2 Serq 55 Theddid u vjolenza 8 Vjolenza kontra ufficcjal pubbliku 2 Total 228

Għassa ta’ Marsaxlokk – rapporti ta’ delitti u reati ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm delitti ġew rappurtati fl-Għassa ta’ Marsaxlokk tul is-sena li għaddiet u kemm kien hemm reati ta’ serq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ rapporti ta’ delitti li seħħew f’Marsaxlokk tul is-sena 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li tinkludi wkoll l-ammont ta’ rapport ta’serq fl-istess lokalità. Mhux ir-rapporti kollha jkunu ġew irrapportati fl-għassa tal-lokal hekk kif illum hemm diversi modi kif wieħed jista’ jagħmel ir-rapport tiegħu, inkluż online jew bit-telephone. Wieħed jista’ jmur ukoll f’għassa ta’ lokalità oħra, partikolarment l-għases ewlenin, iżda eventwalment ir-rapporti dejjem ikunu rreġistrati fuq il-lokal fejn seħħ ir-reat. Delittti rrapurtati - Marsaxlokk 2020 Ammont Attentat ta’ offizi 2 Offizi fuq il-persuna 4 Uzu hazin tal- computer 3 Hsarat 15 Vjolenza domestika 19 Frodi 5 Hasil ta’ flus 1 Offizi sesswal 1 Serq 55 Theddid u vjolenza 2 Access f’post bla permess 1 Grand Total 108

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – tender/direct orders lil kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – restraint chair

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-protocol li jintuża meta priġunier jitpoġġa fuq ’l hekk imsejjaħ Restraint Chair fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Min jiddeċiedi meta u ma' min jintuża dan is-siġġu? Jista' jassigura lill-Kamra li ebda priġunier qatt ma tħalla għarwien fuq dan is-siġġu jew kellu investa mdaħħla ġo rasu waqt li kien marbut miegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’referenza għall-aħħar parti tad-domanda tiegħu ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi diġa caħdet kategorikament dak li qed jallega. Nirreferih wkoll għat-tweġiba 17653.

Third Country Nationals li daħlu illegalment f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li mhux Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn Third Country Nationals fil-pajjiż li oriġinarjament kienu daħlu illegalment fl-Unjoni Ewropea f'xi pajjiż ieħor membru tal-Unjoni u mhux f'Malta? Jista' jagħti l-figuri ta' kemm kien hemm Third Country Nationals li ġew ritornati lejn il-pajjiżi membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea fejn kienu daħlu oriġinarjament skont ir-regolamenti ta' Dublin mill-2010 'l hawn, sena b'sena? U kemm ġew ritornati lejn Malta skont l-istess regolamenti fl-istess perjodu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Immigranti Illegali f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm waslu immigranti illegali f'pajjiżna, sena b'sena mill-2010 'l hawn? Kemm minnhom ġew ripatrijati lejn il-pajjiż tal-oriġini u kemm minnhom ġew rilokati f'pajjiżi oħra sena b'sena fl-istess perjodu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Batching plants f’Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm hawn batching plants f'Malta u Għawdex u fejn jinsabu? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx minnhom li m'għandhomx il-permessi skont il-liġi biex ikunu jistgħu joperaw?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat

Rapporti ta’ cybercrime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ cybercrime u kemm ġew solvuti mill-2017 sal-lum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2017 u s-sena 2020 it-Taqsima tas-Cybercrime tal-Pulizija li hija responsabbli li tagħti assistenza teknika f’kull investigazzjoni marbuta ma’ kriminalita, kienet involuta f’erba t’elef, ħames mija u tmien (4508) investigazzjoni ta’ diversi reati kriminali li fost oħrajn jinkludu, u¿u mhux dovut tal-kompjuter (computer misuse), frodi, insulti, theddid u vjolenza privata, reati relatati ma pornografija u reati sesswali.