Legislature:
Category:
Reset
Active:

Correctional Services Agency — Priġunieri barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri barranin, maqsuma skont il-pajjiż, fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi sad-data li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari hemm 331 priġunier barrani li ġejjin mill-Afganistan, Albanija, Alġerija, Amerika, Arġentina, Bangladex, Belġju, Bosnia, Brażil, l-Ingilterra, Bulgarija, Burkinabe, Chad, China, Kolombja, Repubblika Ċeka, Danimarka, Repubblika Domenikana, Ġermanja, Eġittu, Eritreja, Etjopja, Filippini, Franza, Gambja, Georgia, Ghana, Greċja, Guinea-Bissau, Ungerija, Indja, Iran, Irlanda, Italja, Latvija, Kosta ta’ l-Ivorju, Latvija, Libja, Litwanja, Maċedonja, Moldova, Malawi, Montenegro, Marokk, Nepal, Niġerja, Pakistan, Palestina, Panama, Peru, Polonja, Portugall, Romanija, Senegal, Serbja, Seychells, Sierra Leone, Somalja, Spanja, Sudan, Surinam, Sirja, Togo, Tunes, Turkija, Uganda, Ukraina, Uzbekistan, Venezwela, Vietnam u Zimbabwe.

Ċittadini mhux tal-UE – Permessi ta’ xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif il-permessi tax-xogħol lil ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea qed jinħarġu u jiġu vverifikati b'kollaborazzjoni mas-sett ta' ħiliet li huwa meħtieġ fid-dinja tax-xogħol u s-setturi tax-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kemm ilu jsir dan u x'inizjattivi qed isiru biex jattiraw ħaddiema tas-sengħa meħtieġa f'Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12231.

Pulizija — Għawdex –matul il-lejl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ikun hemm pulizija matul il-ħinijiet tal-lejl ġewwa Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi din il-materja ġiet spjegata fil-laqgħa tal-Kumitat Parlamentari dwar Għawdex ta' nhar is-16 ta' Ottubru 2023, u għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-traskrizzjoni tal-Parlament.

Pulizija — Għawdxin stazzjonati f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija Għawdxin stazzjonati Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi hemm mija u erbgħa u ħamsin pulizija li huma reġistrati f'indirizz fuq Għawdex li huma assenjati ma’ diversi branki tal-Korp, inkluż dawk speċjalizzati. Infurmat ukoll illi r-rata per capita tal-Pulizija fid-distrett u community police ġewwa Għawdex hija ogħla minn dik ta’ Malta.

Bord tal-Inġustizzja tal-Armata ta' Malta — Deċiżjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser joħorġu d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Inġustizzja tal-Armata ta' Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Gvern huwa kommess li jkompli jsewwi l-ħsara u l-inġustizzji ta' Gvern ta’ qabel l-2013. Wara li l-ħaddiema kollha gawdew minn ftehim kollettiv li tejjeb ħafna il-kundizzjonijiet u d-drittijiet tas-suldati wara li tħallew b'paga sub-standard u friżata għal ħafna snin minn Gvern preċedenti, fiż-żmien li ġej ikun ukoll ippubblikat ir-riżultati tal-aħħar bord tal-inġustizzji.

Passi fil-konfront tal-Eks Kummissarju tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu fil-konfront tal-Eks Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament dwar l-illegalitajiet, abbużi u mġiba ħażina li wettaq matul iż-żmien li dam iservi fil-Korp tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6144.

Passi fil-konfront tal-Eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu fil-konfront tal-Eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament dwar l-illegalitajiet, abbużi u mġiba ħażina li wettaq matul iż-żmien li dam iservi fil-Korp tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6145.

Aġenzija Identità — Rapporti minn persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’dawn l-aħħar sentejn kemm saru rapporti minn persuni li qed jirċievu posta minn Aġenzija Identità fl-indirizz tagħhom iżda li tkun indirizzata lil persuni oħrajn li ma jkunux residenti hemm? F’każ illi jirriżulta li saru tali rapporti, jista’ jgħid x’passi jittieħdu wara?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li matul l-aħħar sentejn kien hemm 130 każ ta’ persuni li rċevew posta fl-indirizz tagħhom indirizzata lil persuni oħra. Infurmat li kif l-Aġenzija Identità jaslilha rapport f’dan ir-rigward, issir verifika dwar l-indirizz tal-persuna li kellu jirċievi l-istess ittra. Wara, jiġu riveduti d-dokumenti li jkun issottometta l-applikant fil-fażi tal-applikazzjoni, bid-dettalji tal-indirizz. Jekk jirriżulta li jkun sar żball, it-Taqsima tal-Compliance temenda l-iżball u tagħmel il-verifiki nterni tagħha. Jekk jirriżulta li d-dokumenti sottomessi jkunu foloz, l-Aġenzija titlob lill-persuni li jkunu rċevew l-ittra sabiex jagħmlu rapport lill-pulizija. Permezz ta’ dan ir-rapport, l-Aġenzija tkun tista’ tipproċedi mal-applikant, u titlob spjegazzjoni mingħandu. Kemm-il darba jirriżulta li d-dokument li l-applikant ikun issottometta dokumentazzjoni falza, l-Aġenzija tagħmel rapport lill-Pulizija sabiex tinvestiga.

Paceville — Zgħażagħ taħt l-età f’postijiet tad-divertiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu żgħażagħ taħt l-età ġewwa stabbilimenti, night clubs jew postijiet oħra tad-divertiment f’Paceville, minn Ġunju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu bejn Ġunju 2023 u l-15 ta’ Ottubru 2023 kien hemm għoxrin żagħżugħ/a taħt l-età li nqabdu ġewwa stabbilimenti, night clubs jew postijiet oħra ta’ divertiment f’Paceville.

Paceville — Żgħażagħ taħt l-età li nqabdu jixrobu l-alkoħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ taħt l-età legali, li nqabdu jixorbu alkoħol jew spirti ġewwa Paceville, minn Ġunju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kien hemm tnax-il każ fejn żgħażagħ taħt l-età legali nqabdu jixorbu alkoħol jew spirti ġewwa Paceville, minn Ġunju 2023 sal-15 ta’ Ottubru 2023.

Paceville u San Ġiljan – Persuni mħarrka

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nqabdu jagħmlu awrina barra t-triq jew wara l-bibien tar-residenti ġewwa Paceville u San Ġiljan, minn Ġunju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi din is-sena il-pulizija ħarġet wieħed u tletin (31) taħrikiet relatati ma persuni li nqabdu jagħmlu awrina barra, ġewwa Paceville u San Ġiljan.

Paceville u San Ġiljan – Persuni li nqabdu bi drogi illegali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nqabdu bid-droga illegali ġewwa Paceville, bejn Ġunju 2023 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll liema tip ta’ droga kienet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn Ġunju 2023 u l-15 ta’ Ottubru 2023 kien hemm ħmistax (15)-il persuna li nqabdet bi droga illegali ġewwa Paceville u San Ġiljan. F’ħames każi minnhom il-persuni li nqabdu kienu qed jittraffikaw id-droga. F’żewġ każi il-persuni maqbuda kienu fil-pusses ta’ droga bl-intenzjoni li jissupplixxu u t-tminn każijiet l-oħra kienu ta’ pussess ta’ droga.

San Pawl il-Baħar — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet, relatata mal-ambjent u l-indafa inkluż rimi ta' skart, xahar b'xahar, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal kull każ jgħid għal liema raġuni nħarġet din iċ-ċitazzjoni? Jista’ jgħid kemm minnhom irriżulta li l-persuna lil min inħarget iċ-ċitazzjoni kienet ħatja jew ma kinitx ħatja u kemm baqa' każijiet pendenti? Jista’ jgħid ukoll f'kull każ liema dipartiment/entità eċċ. ħareġ din iċ-ċitazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, minn Jannar 2021 sat-7 t’Ottubru 2023, inħarġu 648 taħrikiet mill-uffiċjali tal-komunità u mill-Pulizija, relatata mal-ambjent u l-indafa inkluż rimi ta' skart. L-informazzjoni l-oħra mitluba, minħabba l-kumplessità tagħha, mhux possibbli li tingħata.

Mellieħa — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet, relatata mal-ambjent u l-indafa inkluż rimi ta' skart, xahar b'xahar, fil-lokalità tal-Mellieħa minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal kull każ jgħid għal liema raġuni nħarġet din iċ-ċitazzjoni? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom irriżulta li l-persuna lil min inħarget iċ-ċitazzjoni kienet ħatja jew ma kinitx ħatja u kemm baqa' każijiet pendenti? Jista’ jgħid ukoll f'kull każ liema dipartiment/entità eċċ. ħareġ din iċ-ċitazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-lokalità tal-Mellieħa, minn Jannar 2021 sas-7 t’Ottubru 2023, inħarġu 437 taħrikiet mill-uffiċjali tal-komunità u mill-Pulizija, relatata mal-ambjent u l-indafa inkluż rimi ta' skart. L-informazzjoni l-oħra mitluba, minħabba l-kumplessità tagħha, mhux possibbli li tingħata.

Naxxar — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet, relatata mal-ambjent u l-indafa inkluż rimi ta' skart, xahar b'xahar, fil-lokalità tan-Naxxar minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal kull każ jgħid għal liema raġuni nħarġet din iċ-ċitazzjoni? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom irriżulta li l-persuna lil min inħarget iċ-ċitazzjoni kienet ħatja jew ma kinitx ħatja u kemm baqa' każijiet pendenti? Jista’ jgħid ukoll f'kull każ liema dipartiment/entità eċċ. ħareġ din iċ-ċitazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-lokalità tan-Naxxar, minn Jannar 2021 sas-7 t’Ottubru 2023, inħarġu 546 taħrikiet mill-uffiċjali tal-komunità u mill-Pulizija, relatata mal-ambjent u l-indafa inkluż rimi ta' skart. L-informazzjoni l-oħra mitluba, minħabba l-kumplessità tagħha, mhux possibbli li tingħata.

Pulizija — Rapporti ta’ suwiċidji u attentati ta’ suwiċidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta’ attentati ta’ suwiċidji u kemm daħlu rapporti ta’ suwiċidji lill-Pulizija bejn l-2019 u l-2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ rapporti ta’ attentati ta’ suwiċidji u rapporti ta’ suwiċidji li daħlu lill-Pulizija bejn is-sena 2019 u d-9 ta’ Ottubru 2023, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt: Sena Rapporti ta’ attentati ta’ suwiċidji Rapporti ta’ suwiċidji 2019 94 21 2020 127 22 2021 102 34 2022 111 24 2023 (sa 09-10-23) 99 24 Total 533 125

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Programmi ta’ riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’attivitajiet ġew implimentati f’dawn l-aħħar tliet snin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex il-priġunieri jiġu riabilitati qabel ma joħorġu mill-ħabs?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Fl-aħħar snin sar investiment kbir sabiex ikun hemm aktar focus fuq ir-rijabilitazzjoni ta' min qed jiskonta sentenza ta' priġunerija. Fil-fatt fl-aħħar tliet snin ġew varati numru ta’ programmi riabilitattivi fi ħdan it-Taqsima ta’ Kura, Reintegrazzjoni u Edukazzjoni (CREU) ġewwa l-ASK, fosthom il-programm magħruf bħala Thinking Skills, l-Anger Management, il-Life Skills Programme, is-Sex Offender Treatment Programme, it-Terapija tal-Familja u s-Psychoeducational Groups: Motivation to Desist from Addiction kontra t-teħid tad-droga. It-Thinking Skills Programme ġie mfassal sabiex jindirizza problemi fejn jidħlu l-kundizzjonijiet tal-priġunieri, fejn wieħed jinnota bosta drabi li jkollhom ħsibijiet proto-kriminali li jridu jiġu kkonfrontati u indirizzati sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ kontinwità fil-karriera kriminali li wieħed ikun qabad. Is-Psychoeducational Groups ġie żviluppat u maħdum permezz ta’ sħubija mal-Aġenzija Sedqa. L-għan ta’ dan il-programm huwa li jgħin lill-priġunier iħaddan sens ta’ motivazzjoni sabiex ma jagħmilx aktar użu minn sustanzi illeċiti. Il-Life Skills Programme huwa wkoll imfassal apposta sabiex ikun jista’ jiġi implimentat fuq bażi individwali kif ukoll fi gruppi. L-għan ta’ dan il-programm huwa li jindirizza ħtiġijiet partikolari li jaf ikollhom il-priġunieri fejn jidħol il-qasam tal-aspett soċjali tagħhom u kif dawn jintegraw fil-ħajja soċjali tagħhom kemm fil-ħabs kif ukoll fil-komunità. Kemm l-Individual Managing Anger Programme (I-MAP) u s-Sex Offender Treatment Programme qed jiġu implimentati fuq bażi individwali u huma mmexxija minn professjonisti tal-CREU li għandhom taħriġ speċjalizzat fl-oqsma li jinvolvu reati sesswali u problemi ta’ rabja eċċessiva. CREU qiegħed ukoll fil-proċess li jimplimenta għall-ewwel darba l-iSTOP Programme. Dan b’riżultat ta’ ħidma sfiqa mal-Appoġġ. L-iskop ta’ dan il-programm huwa li jiġu indirizzati numru ta’ kundizzjonijiet li jsostnu l-abbuż domestiku. Dan il-programm għandu jolqot dawk ir-residenti rġiel li jirrikorru għal xi forma ta’ vjolenza jew abbuż fir-relazzjonijiet tagħhom. Ma’ dawn il-programmi manwalizzati li joffri l-CREU, kien hemm programmi oħra speċjaliżżati li ġew offruti flimkien ma’ msieħba soċjali oħra lill-priġunieri. Fl-Incredible Years Programme ġew indirizzati l-ħiliet tar-residenti nisa bħala ġenituri u sar b’kollaborazzjoni mal-Home Based Therapuetic Service (HBTS) tas-Servizzi fil-Komunità taħt l-FSWS. Programm ieħor li jindirizza l-ħtiġijiet tal-priġunieri nisa ġie implimentat b’kollaborazzjoni bejn il-CREU u l-entità ta’ Dar Hosea, magħruf bħala Sexual Health and Positive Relationships. Fejn indikat, il-priġunieri jingħataw ukoll servizzi ta’ terapija fuq bażi individwali sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw il-problemi ta’ saħħa mentali u problemi konjittivi assoċjati ma’ attitudnijiet jew ħsibijiet kriminali. Qed jingħata wkoll servizz ta’ Terapija tal-Familja b’kollaborazzjoni bejn il-CREU, Mid-Dlam għad-Dawl u l-Institute of Family Therapy. Dawn is-sessjonijiet isiru fuq bażi regolari u għandhom l-għan li jindirizzaw diffikultajiet li jaf ikunu preżenti fil-familja. Servizz ieħor li qed jingħata u huwa riżultat ta’ din l-istess kooperazzjoni fejn priġunieri qed ikollhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ tfal minuri f’dar apposta ġewwa l-Marsa. Din id-dar hija mgħammra sabiex tkun aktar addattata għat-tfal. Ta’ min jgħid li apparti dawn il-programmi kollha l-priġuniera jingħataw ukoll servizz individwali fejn ħaddiema soċjali jgħinu lill-priġunier jindirizza problemi ta’natura soċjali. B’kollaborazzjoni ma’ entitajiet u servizzi esterni bħal FSWS, International Protection Agency (IPA); Identità; Sigurta’ Soċjali; ARMS; LESA; Transport Malta u l-Awtorita’ tad-Djar, il-pjan ta’ kura ta’ kull priġunier qiegħed jiġi mfassal b’mod aktar ħolistiku u kull parti mill-ħajja tal-priġunier u l-familja tiegħu/tagħha qiegħed jiġi indirizzat jew offrut l-għajnuna meħtieġa b’koperazzjoni ma’ servizzi esterni. Dan sabiex il-pjan ta’ kura li jkun beda mill-ASK jitkompla fil-komunità. It-Taqsima tal-CREU qiegħda taħdem ukoll ma’ Organizzazzjonijiet mhux Governattivi bħalma huma Dar Hosea, l-Ordni Sovrana ta’ Malta, YMCA u Suret il-Bniedem fost oħrajn. Jitfasslu wkoll programmi edukattivi b’riżultat ta’ kollaborazzjoni tal-CREU ma’ entitajiet esterni, fosthom il-Lifelong Learning fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, il-JobsPlus, l-FSWS, l-MCAST u l-Università ta’ Malta. Dawn il-korsijiet jikkonsistu minn suġġetti vokazzjonali bħal: food handling course; carpentry; hairdressing; barbering; electrical skills, tile laying u crafts. Apparti dawn is-suġġetti ġew varati korsijiet ta’ natura akkademika jew inkella korsijiet li jtejbu ħiliet oħra, fosthom hemm Beginners English Course; Beginners Maltese Course; ICT skills; Spanish; Art; Basic Budgeting and Functional Numeracy; Basic Literacy and Numeracy; Self-management; Taking initiative; Personal Empowerment; Maths u Maltese as a Foreign Language, Art u Customer Care. Ma’ dawn wieħed iżid ukoll programmi sportivi u attività fiżika oħra li ssir ġewwa l-Faċilità għal priġunieri kemm nisa kif ukoll irġiel. Dawn jinkludu sport bħal Futbol, Volleyball, Tennis, Yoga u sessjonijiet ta’ weight management. Dawn isiru kemm fil-piċċ ġewwa l-Faċilità, kif ukoll fid-diviżjoni stess. Ta’ min isemmi li riċentament ġie implimentat proġett flimkien mal-Università ta’ Malta li l-bażi tiegħu hija l-edukazzjoni. Dan huwa l-proġett ESF.02.064, imsejjaħ Participation for Employment at CCF: Social Inclusion through Education and Training u permezz tiegħu ġew imħarrġa diversi priġunieri, kif ukoll kien hemm fih element ta’ Train the Trainer. Dawn il-programmi ġew varati kollha in-house u huma meqjusa bħala parti integrali mill-pjan ta’ kura li jibda jiġi mfassal malli persuna tidħol il-ħabs. Minbarra dan kollu, hemm ukoll programmi esterni fejn priġunieri jkunu jistgħu jattendu għalihom permezz tal-prison leave. Dawn huma programmi kemm edukattivi kif ukoll programmi li jindirizzaw l-addictions u programmi ta’ integrazzjoni soċjali. Ix-xogħol ġewwa l-faċilità korrettiva, huwa wieħed mill-pilastri tar-riabilitazzjoni, hekk kif huwa parti kruċjali mill-mixja tal-priġunier fejn jingħata d-dinjità mistħoqqa u jħossu utli jagħti s-sehem tiegħu. Il-proċess sabiex priġunier jingħata xogħol huwa wieħed konformi mat-terapija li jkun qiegħed jingħata minn persuni professjonali. Il-kapaċitajiet tal-individwu jiġu identifikata u ikkunsidrata għat-tip ta’ xogħol li wieħed jingħata. Dan sabiex inkunu ċerti li l-persuna ma jitqigħedx f’periklu la għalih u lanqas għal ta’ madwaru. Għalhekk parti mill-proċess ukoll huwa wieħed edukattiv, sabiex l-individwu jingħata ċ-ċans ukoll li jesperjenza tipi ta’ xogħolijiet differenti. Dawn it-tnejn jaħdmu f’sinerġija flimkien sabiex l-iskop aħħari jintlaħaq b’mod sħiħ – dak li persuna joħroġ mill-vizzju kriminali, f’konformità mal-liġi, lura f’soċjetà li tilqgħu. Matul dawn l-aħħar snin, l-industrija tax-xogħol ġewwa l-ħabs qiegħda dejjem tikber u tikkonforma ruħha mal-progress tal-ħajja soċjali. Fost ix-xogħolijiet tas-sengħa li jaħdmu fihom il-priġunieri insibu: electrician, fitter, mastrudaxxa, bennej, xogħol ieħor ta’ manutenzjoni, ħjata, kċina, bakery, laundry, hairdressing. Ix-xogħol fil-ħabs, kif ukoll fuq livell soċjali huwa kruċjali għal persuna sabiex jkompli jimxi fit-triq 'il quddiem lejn ir-riabilitazzjoni u għalhekk bħala ħabs nagħtu valur b’saħħtu lil dan is-settur sabiex aħna wkoll inkunu katalisti fil-progress tagħhom. Fl-aħħar snin ukoll sar investiment massiċ fic-centru mediku li nbena u sar kollu ġdid, fejn mhux biss ġie mtejjeb l-ambjent tal-istess sezzjoni iżda sar investiment bla preċedent fin-numru ta’ professjonisti li jaħdmu hemm. Dawn il-professjonisti kuljum jaħdmu wkoll għar-rijabilitazzjoni tal-priġunieri. Apparti l-kollaborazzjoni diġà msemmija aktar 'il fuq mal-fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl, hemm kollaborazzjonijiet ukoll ma’ organizzazzjonijiet oħra bħar-RisE fejn qed jiġi offrut servizz ta’ after-care wara li priġunieri jkunu skontaw is-sentenza tagħhom u anke mal-Caritas fejn priġunieri jmorru għall-programmi ta’ riabilitazzjoni mid-droga.

Identità — Rebranding

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi bżonn kien hemm ta’ rebranding ġewwa Identità? Jista’ jgħid ukoll fil-konkret dan ir-rebranding kif għen biex Identità ttejjeb is-servizzi tagħha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li r-rebranding tal-Aġenzija Identità timmarka fażi oħra mill-proċess ta’ tiġdid li imbarkat fuqu l-Aġenzija, sa minn meta twaqqfet. Matul is-snin l-aġenzija evolviet u kibret, investiet fl-aktar apparat teknoloġiku avvanzat, sabiex fost oħrajn tiddiġitalizza s-servizzi tagħha, fejn huwa possibbli, u tipprovdi dokumenti konformi mal-ogħla standards internazzjonali. F’għeluq l-għaxar sena mit-twaqqif tal-Aġenzija, tnediet dehra ġdida li hija xhieda tal-identità tal-istess aġenzija, filwaqt li tenfasizza r-rwol essenzjali tagħha biex taqdi l-ħtiġijiet taċ-ċittadini u r-residenti kollha. Il-missjoni tal-aġenzija tibqa’ li tipprovdi servizzi u dokumenti relatati mal-identità, u fost il-prinċipji fundamentali tagħha hemm il-protezzjoni tas-sigurtà tal-identità, u dan huwa rifless fil-logo l-ġdid varat. L-Aġenzija Identità hija kommessa, li bl-aktar mod effiċjenti u effettiv taqdi l-funzjonijiet tagħha lejn iċ-ċittadini kollha Maltin u l-barranin residenti u ħaddiema f’pajjiżna. F’dan ir-rigward l-aġenzija ssostni l-impenn tagħha li tkun ta’ spalla għall-employers ġenwini f’setturi kruċjali li jeħtieġu jħaddmu magħhom ħaddiema barranin, iżda iebes ma’ min jipprova jisfrutta jew jagħmel gwadann minn fuq dawn il-ħaddiema.

Pulizija rtirati – Intitolament għaż-żieda fil-pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawk il-pulizija li jkunu rtiraw mill-Korp wara li jkunu għalqu l-25 sena servizz iżda, li wara li jkunu rtiraw, jagħżlu li jerġgħu jidħlu fil-Korp, humiex intitolati għaż-żieda ta’ 23% fil-pensjoni reċentement imħabbra? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-kundizzjonijiet biex dawn il-persuni jkunu ntitolati għal tali żieda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Fl-aħħar jiem daħlet fis-seħħ miżura tal-Manifest elettorali, b’żidiet storiċi fil-pensjoni tas-servizzi għall-ħaddiema fl-erba’ korpi dixxiplinati ta’ pajjiżna. Ħaddiem f’Korp Dixxiplinat li għalaq il-25 sena servizz u jiddeċiedi li jibqa’ jservi, jekk jaħdem sa 29 sena servizz se jkun intitolat għal żieda ta’ 23% fil-pensjoni tas-servizz. Min illum għandu 29 sena servizz jew aktar huwa immedjatament intitolat. Ħaddiem li hu intitolat għal żieda ta’ 23% fil-pensjoni, ser ikun intitolat ukoll għall-inċentiv mhux taxxabbli ta’ sitt xhur paga bażika għal kull sena iżjed li jaħdem sa massimu ta’ 4 snin. Ukoll, ħaddiem li sal-lum baqa’ jservi u qabeż id-29 sena servizz se jkun intitolat b’mod awtomatiku għal żieda ta’ 23% fil-pensjoni tas-servizz jekk jiddeċiedi li jirtira, u l-possibiltà li jekk jibqa’ jservi jkun intitolat għall-inċentiv finanzjarju mhux taxxabbli. Fl-eventwalità li membru ta’ korp dixxiplinat ikun irtira wara l-għeluq tal-25 sena servizz, u jkun re-instated, ikun intitolat għal żieda fil-pensjoni ta’ 23% wara li jservi 4 snin oħra.

Korp tal-Pulizija – Ftehim kollettiv — Diskussjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu d-diskussjonijiet fuq il-ftehim kollettiv mal-Korp tal-Pulizija u meta huwa antiċipat li jiġu konklużi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Hemm impenn ċar li kontinwament ikun hemm investiment fil-ħaddiema tal-Korpi Dixxiplinati, inkluż tal-Korp tal-Pulizija. Dan jixhduh l-4 ftehimiet kollettivi li saru ma’ dawn il-ħaddiema fl-aħħar ftit snin, li permezz tagħhom ġew siġillati kundizzjonijiet bla preċedent. Ninsab infurmat illi d-diskussjonijiet fuq il-ftehim kollettiv mal-Korp huma fi stadju avvanzat mal-Unions li jirrappreżentaw lil dawn il-ħaddiema.