Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Lulju 2024?
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct Orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2023
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Novembru 2023?
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct Orders ta' inqas minn €5,000 - Ġunju 2023
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw matul Ġunju 2023, mill-Ministeru tagħha, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Awwissu 2024?
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - Talbiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru mmexxi minnha u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn nhar is-26 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti u tgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid jekk persuni li għandhom il-Colitis u s-Slip Disc humiex eleġibbli għal Blue Sticker?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-Blue Badge huma regolati mill-Artiklu 13 tal-Att 560 ta’ 2017 – Att biex jipprovdi għal Konċessjonijiet ta’ Parkeġġjar għal Persuni b’Diżabilità. Għaldaqstant, l-eligibbiltà tal-applikanti tal-Blue Badge tiġi evalwata skont iċ-ċertifikat mediku provdut mill-applikanti mal-applikazzjoni li jissottomettu flimkien mal-assessjar mediku li jsir lill-applikanti. Dan isir skont il-lista ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà tal-Att imsemmi, li ma jelenkawx kundizzjonijiet mediċi partikolari per se. Kif hemm indikat anke fuq il-formola ta’ applikazzjoni, jekk waqt l-evalwazzjoni jirriżulta li ma jkunx hemm biżżejjed informazzjoni medika fuq il-bżonnijiet jew in-nuqqasijiet li għandu l-individwu, jista’ wkoll jiġi mitlub li jippreżenta iktar informazzjoni medika.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni f'Malta u f’Għawdex li bħalissa huma eleġibbli biex jużaw il-Blue Badge personalizzata li titpoġġa fil-vetturi tagħhom biex ikunu jistgħu jipparkjaw f’parkeġġi riservati għalihom?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-data ta’ kumpilazzjoni ta’ din it-tweġiba, 14,186 persuna f’Malta u f’Għawdex huma detenituri ta’ dokument tal-Blue Badge. Dan id-dokument joħroġ biss fuq il-persuna li tkun eliġibbli għaliha u għalhekk dejjem hu dokument personalizzat. Dawk li għandhom dokument tal-Blue Badge validu jistgħu jipparkjaw f’parkeġġi komunali riservati għal persuni b’diżabilità.
Tista' l-Ministru tgħid fuq liema kriterja jew kundizzjoni ta' mard jew sitwazzjoni/ċirkostanza oħra, persuni jibbenefikaw minn blue badge minħabba l-kundizzjoni tagħhom?
Tista' l-Ministru tgħid minn min hu ffurmat il-bord li jeżamina min hu intitolat għall-Blue Badge u min mhuwiex?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-eżamijiet mediċi lill-applikanti tal-Blue Badge jsiru minn tobba ingaġġati f’dan ir-rwol wara sejħa għal Espressjoni ta’ Interess għal dan is-servizz.
Tista' l-Ministru tgħid liema deċiżjonijiet ġodda ttieħdu jew inbidlu matul dawn l-aħħar 15-il xahar dwar id-dritt ta' Blue Badge li titpoġġa fuq il-vettura?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Blue Badge hija regolati mill-Artiklu 13 tal-Att 560 ta’ 2017 – Att biex jipprovdi għal Konċessjonijiet ta’ Parkeġġjar għal Persuni b’Diżabilità. F’dawn l-aħħar xhur, ma kienx hemm aġġornamenti fuq din il-liġi, u għaldaqstant, ma ttieħdu jew inbidlu ebda deċiżjonijiet dwar id-drittijiet relatati mal-Blue Badge.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20499 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u tgħid kemm tammonta l-obbligazzjoni finanzjarja tal-Gvern lejn l-organizzazzjoni volontarja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika meta qed jirreferi għall-"obbligazzjoni finanzjarja tal-Gvern lejn l-organizzazzjoni volontarja".
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat - Events
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru events organizzati mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ tista’ tgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa kull event;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20112 u tgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament ma għandhomx jew ma kellhomx xi forma ta’ ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta’ entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat kif inhu kompost fil-preżent.
Persuni b’diżabilità — Benefiċċju tal-assistenza personali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna b’diżabilità qed tirċievi l-benefiċċju tal-assistenza personali? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dawk li applikaw qed jistennew biex jibdew jirċievu dan il-benefiċċju u x’inhu ż-żmien stipulat ta' stennija għal tweġiba lil dawk li jkunu applikaw biex jirċievu dan il-benefiċċju?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa hemm 391 persuna b’diżabilità li qed tibbenefika mis-servizz tal-Independent Community Living. Dan is-servizz huwa l-istess servizz li qed issir riforma nazzjonali dwaru u għalhekk l-informazzjoni li qed tingħata f’din it-tweġiba ma tirriflettix dak pjanat fl-implimentazzjoni tar-riforma, li ser tibda tiġi implimentata fil-ġimgħat li ġejjin. L-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tar-riforma ser tkun ikkomunikata mal-benefiċjarji u mal-pubbliku fiż-żmien li ġej.
Bħalissa Aġenzija Sapport għandha madwar 120 każ li qiegħdin fil-proċess li jiġu assessjati.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll tipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport tħallas għal pakketti li jinkludu slots edukattivi (intervisti) fuq stazzjonijiet televiżivi kif ukoll riklamar bħala parti mill-istess pakkett. Parti minn din l-informazzjoni ġiet imwieġba fil-mistoqsija parlamentari 16466.
Dawn il-pakketti jitħallsu kif ġej:
Programm
Stazzjon
Prezz
Dak li Jgħodd
One TV
€2,730 + VAT (għal 5 podcasts and 78 pop-up banners bejn Ottubru 2023 – Ġunju 2024)
Ġimgħa b’Ġimgħa
Net TV
€2,500 + VAT (għal 20 slot edukattiv u 20 riklam ta’ 30-sec bejn Ottubru 2023 – Ġunju 2024)
Niskata
TVM
€3,000 + VAT (għal 19 slot edukattiv u 117 riklam ta’ 15-sec bejn Ottubru 2023 – Ġunju 2024)
Ninfurmah ukoll li ma kienx hemm infieq ta’ flus f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet l-oħra li jaqgħu taħt l-istess Ministeru.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat - Press conferences
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru press conferences mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, tista’ tgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Diċembru 2023?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19954.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Pannelli Solari
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pannelli solari fuq il-bejt tal-Ministeru? Jekk le, tista’ tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq il-bejt tal-Ministeru m’hemmx pannelli solari. S'issa m’hemmx il-ħsieb li jsiru u dan peress li l-binja li fiha tokkupa l-uffiċini tal-Ministru u s-segretarjat tal-Ministru huma b’kirja f’binjiet privati.