Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 80 sena – Statistika
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 80 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni ta ‘l fuq minn 80 sena fid-dinja tax-xogħol żdied għal 1,694 fl-2026 minn 941 fl-2021. Din l-informazzjoni hija miġbura mill-formoli ta’ bidu u tmiem ta’ impjieg u iżjed informazzjoni dettaljata tinstab fit-tabella annessa.
ĦADDIEMA LI GĦANDHOM ’IL FUQ MINN 65 SENA – STATISTIKA
80+
2021
2022
2023
2024
2025
2026
Diċembru
Diċembru
Diċembru
Diċembru
Diċembru
Jannar
Total
941
1,016
1,202
1,481
1,764
1,694
*L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Jannar 2026
Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 75 sena – Statistika
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 75 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni ‘l fuq minn 75 sena fid-dinja tax-xogħol żdied għal 4,377 fl-2026 minn 2,772 fl-2021. Din l-informazzjoni hija miġbura mill-formoli ta’ bidu u tmiem ta’ impjieg u iżjed informazzjoni dettaljata tinstab fit-tabella annessa.
ĦADDIEMA LI GĦANDHOM ’IL FUQ MINN 65 SENA – STATISTIKA
75+
2021
2022
2023
2024
2025
2026
Diċembru
Diċembru
Diċembru
Diċembru
Diċembru
Jannar
Total
2,772
3,143
3,537
3,973
4,443
4,377
*L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Jannar 2026
Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Jista' l-Ministru jelenka l-project plan relatat max-xogħlijiet li qed isiru f'diversi toroq fl-inħawi tan-Nigret fiż-Żurrieq, li jkun jinkludi d-dati tal-bidu u t-tlestija ta' kull waħda mill-fażijiet tal-proġett għal kull triq fosthom Triq il-Parit, Triq il-Veduta, Triq il-Mitħna tal-Qaret, Triq il-Barrieri, Triq id-Dejqa, Triq il-Benedittina u Triq Żondadari u oħrajn li għadu ma bediex xogħol fuqhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt sabiex tinġabar l-informazzjoni.
Iż-Żurrieq – Triq l-Arċipriet E. Mifsud – Xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitlestew kompletament ix-xogħlijiet fi Triq l-Arċipriet E. Mifsud fiż-Żurrieq, waqt li jelenka liema huma x-xogħlijiet li jonqos isiru?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq l-Arċipriet E. Mifsud, Żurrieq, mistennija jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.
Bħalissa qed isiru xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ta’ parking bays tal-konkos. Fadal isiru wkoll xogħlijiet tal-Enemalta f’parti waħda tat-triq, kif ukoll il-kostruzzjoni tal-bażi u l-asfalt tat-triq kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm water culverts fi Triq id-Dliela, f’Ħaż-Żabbar, u jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiżdiedu, peress li r-residenti qed ikollhom il-problemi kull meta tagħmel ix-xita?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed isiru pjanijiet li jinbena culvert (jew culverts) għall-ilma tax-xita. Bħalissa qed jiġu ċċekjati l-livelli tas-survey sabiex jiġi determinat jekk culvert wieħed ikunx biżżejjed u sabiex jiġi identifikat ukoll il-post addattat fejn għandu jinbena.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fil-pjazza ta’ Ħal Tarxien u kemm huwa stmat li se jiswa dan ix-xogħol? Jista’ jgħid ukoll għaliex saret inawgurazzjoni ftit ġimgħat ilu, ladarba x-xogħol ma kienx għadu lest?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li sa issa ġie inawgurat xogħol fuq il-pjazza fin-naħa ta' quddiem il-knisja, illi nfetħet għall-użu tal-pubbliku, qabel iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tar-raħal. Ix-xogħol li għaddej bħalissa minn Infrastructure Malta , huwa fuq il-pavimentar taz-zuntier, xogħlijiet ta’ servizzi taħt l-art u ffurmar tat-triq, kif ukoll xogħol ta’ pavimentar mal-ġnub tal-knisja u fil-parkeġġ żgħir fuq wara tal-knisja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħlijiet li qed isiru fi Ġnien Pawlu Boffa, f’Raħal Ġdid u jekk sarx xi xogħol b’mod temporanju, jew b’xi mod ieħor, li sussegwentement inqala’ jew se jkollu jinqala’? Jekk iva, x’inhi r-raġuni għal dan? Jista’ jgħid ukoll kemm hija l-ispiża addizzjonali tax-xogħol li kellu jew se jkollu jsir minħabba f’hekk?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.
Persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol - Skemi u inċentivi għal min iħaddem
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi skemi u inċentivi hemm għal min iħaddem, biex persuni li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol, ikollhom opportunitajiet aħjar biex jaħdmu, b’mod partikolari:
i. persuni li għandhom ’il fuq minn 50 sena;
ii. persuni li kienu qed jagħmlu programm ta’ riabilitazzjoni għad-droga;
iii. persuni li huma rreġistrati bħala homeless; u
iv. persuni li skontaw sentenza ta’ priġunerija?
Jista’ jgħid ukoll kemm huwa faċli jew diffiċli għal min iħaddem biex jirrikorri għal dawn l-iskemi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li Jobsplus għandha diversi skemi u inċentivi għal min iħaddem, biex persuni li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol, ikollhom opportunitajiet aħjar biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
L-iskema tal-Mature Workers, hija mmirata għal min iħaddem persuni li għandhom ’il fuq minn 45 sena (sa 65). Biex min iħaddem jikkwalifika għal din l-iskema, l-impjegat irid ikun ilu jirreġistra fuq l-ewwel jew it-tieni parti tar-registru għal 6 xhur konsekuttivi qabel ma dan ikun sab l-impjieg. Barra minn hekk iż-żmien ta’ meta waqaf mir-reġistrar u meta sab l-impjieg ma jridx jaqbeż 15-il ġurnata.
Jekk il-persuna li se jħaddem ikollha l-kriterji meħtiega, min iħaddem jibbenifika minn tnaqqis ta’ taxxa ta’ €11,600 fuq perjodu ta’ sentejn, li jfisser tnaqqis ta’ €5,800 kull sena. Barra minn hekk, jekk min iħaddem joffri taħriġ lill-impjegat u jkun “outsourced ” jista jibbenifika ukoll minn tnaqqis ta’ taxxa addizzjonali. Dan it-tnaqqis huwa ta’ 50% ta’ kemm jiġi jiswa t-taħriġ u jista’ jieħu sa massimu ta’ €400 għal kull impjegat.
Jobsplus toffri wkoll l-iskema tal-Bridging the Gap lill-persuni b’diżabilità u vulnerabbli fosthom individwi:
• Li kienu qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni għad-droga;
• Li huma rreġistrati bħala homeless;
• Li skontaw sentenza ta’ priġunerija,
• Li jattendu d-DETOX
• Li għandhom is-sapport ta’ social worker, probation officers,
• Persuni b’diżabilita,
• Oħrajn li għandhom diffikultajiet ta’ saħħa mentali, u
• Każijiet soċjali oħra.
Din l-iskema tiffaċilità t-transizzjoni għall-impjieg għal min qiegħed ifittex xogħol billi tiġi provduta esperjenza u taħriġ prattiku fuq post tax-xogħol skont il-bżonn. Dan it-taħriġ jgħin biex l-individwi jiksbu tagħrif, kapaċitajiet u kompetenzi li huma bżonnjużi biex jinstab u jinżamm l-impjieg.
Fil-perjodu mifthiem ma’ Jobsplus, min iħaddem ikollu l-opportunita li jevalwa l-ħiliet u l-progress tal-persuna fuq il-post tax-xogħol, b’sapport kontinwu min-naħa ta’ Jobsplus u Lino Spiteri Foundation. L-għan aħħari huwa li persuni vulnerabbli msemmija hawn fuq jiġu impjegati wara l-parteċipazzjoni tagħhom f’din l-iskema. Matul il-perjodu miftiehem, il-persuni jingħataw għotja fil-ġimgħa minn Jobsplus, ekwivalenti għal 80% tal-paga minima nazzjonali.
L-iskema tal-Work Exposure tassisti lill-persuni li huma bla xogħol biex jakkwistaw il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għal xogħol partikolari permezz ta’ taħriġ prattiku fuq il-post tax-xogħol. Matul il-perjodu tal-iskema, l-individwi jirċievu għotja ta’ taħriġ li tvarja bejn il-paga minima u €7.50 fis-siegħa skont it-titlu ta’ xogħol li wieħed jagħżel. Biex persuna tikseb ċertifikat fl-aħħar tal-iskema trid tkun minn tal-inqas attendiet 70% tas-siegħat. Is-siegħat li wieħed irid jattendi jvarjaw bejn 200 u 280-il siegħa skont ix-xogħol li wieħed jagħżel biex jitħarreġ fuqu. Min iħaddem ikollu l-opportunita li jevalwa l-ħiliet u l-progress tal-persuna fuq il-post tax-xogħol. Din l-iskema hija kofinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew Plus (ESF+). Din l-iskema tikkumplimenta l-skemi u inizzjattivi msemmija hawn fuq li huma speċifikament mmirati għall-gruppi vulnerabbli.
Jobsplus tassisti wkoll lil min iħaddem permezz ta’ sapport u gwida fil-mili tal-applikazzjonijiet ta’ dawn l-iskemi. Dawn l-applikazzjonijiet jinstabu fuq is-sit elettroniku ta’ Jobsplus, u għaldaqstant mhux diffiċli għal min iħaddem biex jirrikorri għalihom. Sapport ieħor jingħata lil min iħaddem mis-sezzjoni ġewwa Jobsplus li tassisti lil dawn il-gruppi vulnerabbli biex tiffaċilità kemm jista’ jkun il-proċessi t’impjieg.
Dawn il-miżuri kollha jikkontribwixxu biex in-numru f’impjieg ta’ persuni vulnerabbli jkompli jiżdied.
Persuni vulnerabbli li qegħdin jirreġistraw - Xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni vulnerabbli
i. li għandhom ’il fuq minn 50 sena;
ii. li kienu qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni għad-droga;
iii. li huma rreġistrati bħala homeless; u
iv. li skontaw sentenza ta’ priġunerija,
li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol u sabu xogħol matul l-2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f' seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni:
i. li għandhom ’il fuq minn 50 sena;
ii. li kienu qed jagħmlu programm ta’ riabilitazzjoni għad-droga;
iii. li huma rreġistrati bħala homeless; u
iv. li skontaw sentenza ta’ priġunerija,
li ma sabux xogħol matul 2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, minkejja li kienu qegħdin jirreġistraw?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f' seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Health and Safety Officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tiegħu u jekk le, għaliex?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi nfurmat li Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.
Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Defibrillators
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi hemm 16 -il defibrillator fil-binjiet tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol.
Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – First Aiders iċċertifikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 233 first aiders ċċertifikati fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol.
Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-2024 kien irrapurtati każ 1 ta' fastidju sesswali fl-entitajiet taħt il-Ministeru. F' dan il-każ ittieħdu l-proċeduri/passi amministrattivi relattivi.