Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ex ħaddiema tal-Air Malta – skema ta’ irtirar kmieni u skema ta’ irtirar volontarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ impjegati u l-ammonti mogħtija lill-eks ħaddiema tal-Air Malta li applikaw għal skema ta’ rtirar kmieni u skema ta’ rtirar volontarju fl-2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 351 ħaddiem li ngħataw is-somma taħt l-Early Retirement Scheme jew il-Voluntary Redundancy Scheme u li ngħataw is-somma ta’ €60,836,332.44 komplessivament.

Ex ħaddiema tal-Air Malta li kienu ssekondati ma’ kumpaniji tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-eks ħaddiema tal-Air Malta li kienu ssekondati ma' kumpaniji tal-Gvern fl-2022 telqu bit-take home pay, li jirċievu bejn: €0 - €15,000; €15,000 - €25,000; €25,000 - €30,000; €30,000 - €40,000; €40,000 - €50,000; €50,000 - €60,000, u fejn ġew issekondati dawn il-ħaddiema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħaddiema li ġew issekondati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm impjegati ġew issekondati mill-Enemalta, l-Air Malta u t-Tarzna għas-Settur Ċivili jew entitajiet pubbliċi oħrajn? Jista' jgħid jekk dawn l-impjegati għandhomx pagi differenti minn ta' impjegati oħrajn fl-istess post tax-xogħol li jagħmlu l-istess xogħol? Jista’ l-Ministru jgħid x'se jagħmel biex jiżgura paga indaqs għal xogħol ta' valur ugwali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Eks impjegati tal-Air Malta – ftehim ta’ kuntratt mal-RSSL

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-eks impjegati tal-Air Malta li ffirmaw ftehim ta' kuntratt mal-RSSL għadhom fuq il-kotba tal-KM (kif jidher fuq Jobsplus)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol relatat mat-trasferiment tal-ħaddiema inkwistjoni ġie komplut.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order saret mid-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Żieda fil-paga medja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet iż-żieda fil-paga medja bejn: Diċembru 2013 - Diċembru 2014; Diċembru 2014 - Diċembru 2015; Diċembru 2015 - Diċembru 2016; Diċembru 2016 - Diċembru 2017; Diċembru 2017 - Diċembru 2018; Diċembru 2018 - Diċembru 2019; Diċembru 2019 - Diċembru 2020; Diċembru 2020 - Diċembru 2021; Diċembru 2021 - Diċembru 2022; u Jannar 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt. YearAverage annual basic salaryYear on Year Changes €€ 201215391 201315823432 201416078255 201516685607 201617477792 201717957480 201818773816 201919594821 202018913-681 202119755842 2022209611206 Is-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarrig dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (LFS). Is-salarju inħadem abbażi tal-basic salary annuali (average annual basic salary). L-ammonti ma jinkludux dħul minn overtime, bonuses jew allowances u tkopri persuni li għandhom impjieg prinċipali. Dan l-impjieg jista' jkun full-time jew part-time jew full-time with reduced hours. Ta’ min wieħed jinnota li t-tnaqqis fil-figuri għas-sena 2020 huwa dovut għal impatt tal-COVID-19. Din l-informazzjoni mhiex disponibbli għal persuni li jaħdmu għal rashom. Il-figuri li jkopru l-medja ta’ sena u l-informazzjoni għal Jannar 2023 għada mhix disponibbli.

Ħaddiema Third Country Nationals

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet iż-żieda tan-numru ta' ħaddiema Third Country Nationals missena 2020 u 2021 u mis-sena 2021 sas-sena 2022 u li jaqilgħu bejn: €0 - €10,000; €10,000 - €15,000 €15,000 - €20,000; €20,000 - €25,000; €25,000 - €30,000; €30,000 - €35,000; €35,000 - €40,000; €40,000 - €45,000; €45,000 - €50,000; €50,000 - €60,000; €60,000 - €70,000; €70,000 - €80,000; €80,000 - €90,000; €90,000 - €100,000; u aktar minn €100,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ż-żieda fin-numru ta’ ħaddiema mis-sena 2020 għas-sena 2021 qed tingħata fit-tabella hawn taħt. Il-figuri mis-sena 2021 għas-sena 2022 ma jistgħux jingħataw għalissa għaliex għadhom qed jinħadmu. THIRD COUNTRY NATIONALS €Żieda fin-numru ta' ħaddiema mis-sena 2020 għas-sena 2021 0-10,000-612 10,000-15,000-15 15,000-20,0002,132 20,000-25,0001,087 25,000-30,000418 30,000-35,000263 35,000-40,000124 40,000-45,00041 45,000-50,00061 50,000-60,00048 60,000-70,00017 70,000-80,00038 80,000-90,0008 90,000-100,000-3 100,000+38

Żieda ta’ ħaddiema Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet iż-żieda tan-numru ta' ħaddiema Maltin mis-sena 2020 sas-sena 2021 u mis-sena 2021 sas-sena 2022 li jaqilgħu bejn: €0 - €10,000; €10,000 - €15,000; €15,000 - €20,000; €20,000 - €25,000; €25,000 - €30,000; €30,000 - €35,000; €35,000 - €40,000; €40,000 - €45,000; €45,000 - €50,000; €50,000 - €60,000; €60,000 - €70,000; €70,000 - €80,000; €80,000 - €90,000; €90,000 - €100,000; u aktar minn €100,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ż-żieda fin-numru ta’ ħaddiema mis-sena 2020 għas-sena 2021 qed tingħata fit-tabella hawn taħt. Il-figuri mis-sena 2021 għas-sena 2022 ma jistgħux jingħataw għalissa għaliex għadhom qed jinħadmu. MALTESE NATIONALS €Żieda fin-numru ta' ħaddiema mis-sena 2020 għas-sena 2021 0-10,000-1,044 10,000-15,000-1,874 15,000-20,000-2,202 20,000-25,000-786 25,000-30,000375 30,000-35,000720 35,000-40,0002,350 40,000-45,0001,194 45,000-50,0001,075 50,000-60,0001,145 60,000-70,000495 70,000-80,000351 80,000-90,000253 90,000-100,000141 100,000+411

Żieda ta’ ħaddiema Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet iż-żieda tan-numru ta' ħaddiema Ewropej (esklużi ħaddiema Maltin) mis-sena 2020 sas-sena 2021 u mis-sena 2021 sas-sena 2022 li jaqilgħu bejn: €0 - €10,000; €10,000 - €15,000; €15,000 - €20,000; €20,000 - €25,000; €25,000 - €30,000; €30,000 - €35,000; €35,000 - €40,000; €40,000 - €45,000; €45,000 - €50,000; €50,000 - €60,000; €60,000 - €70,000; €70,000 - €80,000; €80,000 - €90,000; €90,000 - €100,000; u aktar minn €100,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ż-żieda fin-numru ta’ ħaddiema mis-sena 2020 għas-sena 2021 qed tingħata fit-tabella hawn taħt. Il-figuri mis-sena 2021 għas-sena 2022 ma jistgħux jingħataw għalissa għaliex għadhom qed jinħadmu. EU NATIONALS €Żieda fin-numru ta' ħaddiema mis-sena 2020 għas-sena 2021 0-10,000-185 10,000-15,000-99 15,000-20,000214 20,000-25,000285 25,000-30,000457 30,000-35,000377 35,000-40,000238 40,000-45,000166 45,000-50,000225 50,000-60,000495 60,000-70,000165 70,000-80,000119 80,000-90,000103 90,000-100,000-5 100,000+249

National Employment Policy 2021-2030

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema rakkomandazzjonijiet tan-National Employment Policy 2021-2030 ġew implimentati? Jista' jagħti d-dati ta' meta dawn ġew implimentati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi min-National Employment Policy ġew implimentati dawn ir-rakkomandazzjonijiet: · Iċ-Ċensiment tal-Ħiliet tal-Ħaddiema : din il-miżura ġiet mħabbra fil-Budget 2022 u ġiet implimentata fl-2022 · Jiġi imġedded il-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet : din il-miżura ġiet implimentata fl-2023 · Inrawmu il-parteċipazzjoni fl-apprentistat u t-‘traineeship’: tħabbar investiment f’dan il-qasam f’Budget 2022 · Ninkoraġixxu l-pensjonanti jibqgħu attivi u jkomplu jaħdmu wara li jilħqu l-età tal-irtirar: F’temp ta’ 5 snin, id-dħul mill-pensjoni mhux ser jibqa’ jiġi kkalkulat bħala dħul għal fini tat-taxxa. Din il-mizura ġiet imħabbra f’Budget 2022 u bdiet tiġi mplimentata fl-2022 · Il-Gvern jibda konsultazzjonijiet tiġi mibnija politika nazzjonali għal ekonomija migratorja: Mħabbra f’Budget 2023 u ma’ dan il-pass, din is-sena ser jibda x-xogħol fuq irrakkomadazzjonijiet numru 38, 39 u 40 fejn fihom ser naraw li pajjizna jkollu l-vizibiltà u l-għarfien meħtieġ biex jintroduċi policies sensibbli fil-qasam tal-ħaddiema minn pajjizi terzi. · Ninkoraġġixxu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol permezz ta' tagħlim u kura bikrija ta' kwalità għolja: din ir-rakkomandazzjoni ġiet indirizata f’Budget 2022 b’mizuri bħall-estenzzjoni tas-servizz taċ-childcare b’xejn għal dawk il-ħaddiema li jaħdmu dawn il-ħinijiet u l – ‘In-Work Benefit’ għal ħaddiema b’ħinijiet atipiċi. · Tnaqqis fit-taxxa tad-dhul fuq overtime u part-time: mizuri f’dan il-qasam tħabbru f’Budget 2022

Amministrazzjoni Pubblika – ħaddiema fl-iskali 10 sa 14

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema fl-‘Amministrazzjoni Pubblika’ ġewwa Malta u Għawdex fl-iskali 10 sa 14, esklużi l-pulizija, l-għalliema, it-tobba, l-infermiera u l-qwiebel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

FIAU – sejħa pubblika għall-kariga ta’ Direttur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se ssir sejħa pubblika għall-kariga ta’ Direttur tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-artikolu 23(1) tal-Att kontra Money Laundering, id-Direttur tal-Korp għandu jinħatar mill-Bord tal-Korp wara sejħa pubblika għal applikazzjonijiet.

Dwana – investiment permezz ta’ fondi Ewropej fis-sena 2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment ġdid sar fid-Dwana permezz ta’ fondi Ewropej matul l-2022? Kemm jiswa dan l-investiment?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar ebda investiment ġdid fid-Dwana matul l-2022 b’fondi Ewropej. Minkejja dan, fl-istess sena d-Dwana ntgħażlet għal proġett issapportjat mill-Customs Programme fejn ingħatat is-somma ta’ € 52,213.86 bil-għan li tidentifika u tiżviluppa metodi ġodda għal kollaborazzjonijiet fuq IT u proġetti futuri.

Proprjetajiet abitabbli battala

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu proprjetajiet possibbilment abitabbli, battala, eskluż dawk ta' villeġġatura, fl-aħħar ċensiment u kemm dawn kienu bħala persentaġġ mill-istock sħiħ ta' proprjetajiet possibbilment abitabbli? Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’lista, lokalità b’lokalità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni u karatteristiċi oħra tad-djar li nġabru fl-aħħar Ċensiment għadhom jiġu vverifikati ma’ numru ta’ reġistri amministrattivi li jeżistu fil-pajjiż. Dan minħabba li fl-assenza ta’ numru amministrattiv li huwa komuni u mogħti lil kull dar f’Malta, il-proċess tal-verifika ma jistax isir b’mod kompletament awtomizzat. Dan jinvolvi skrutinju f’livell granulari ħafna li jirrikjedi ammont sostanzjali ta’ xogħol manwali. Dan il-proċess huwa mistenni li jkun komplut madwar xahrejn oħra.

Jobsplus – ħaddiema barranin li jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Jobsplus għandhiex informazzjoni dwar fejn joqogħdu l-ħaddiema barranin li qed jaħdmu f'Malta għal dak li jikkonċerna l-lokalità? Jekk iva, jista' jgħid fejn huma rreġistrati li joqogħdu l-istess ħaddiema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella t'hawn taħt. Is-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarrig dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (LFS). Fl-2022, il-ħaddiema barranin li qed jaħdmu f’Malta kienu joqogħdu f’dawn id-distretti: No. Southern Harbour 8,324 Northern Harbour 37,230 South Eastern 9,243 Western 6,203 Northern 20,071 Gozo and Comino 2,785u Total 83,856 u – under-represented, between 20 and 49 sample counts. Id-distretti jiġu aggregati kif imsemmi hawn: A. Southern Harbour : Valletta, Vittoriosa, Senglea, Cospicua,Ħaż-Żabbar, Fgura, Floriana, Kalkara, Ħal Luqa, Marsa, Paola, Santa Luċija, Tarxien, Xgħajra. B. Northern Harbour :Ħal Qormi, Birkirkara, G¿ira, Ħamrun, Msida, Pembroke, Tal-Pietà, St Julian’s,San Ġwann, Santa Venera, Tas-Sliema, Swieqi, Ta’ Xbiex. C. South Eastern :Żejtun, Birżebbuġa, Gudja, Ħal Għaxaq, Ħal Kirkop, Marsaskala, Marsaxlokk, Imqabba,Qrendi, Ħal Safi, Żurrieq. D. Western :Imdina, Ħaż-Żebbuġ, Siġġiewi, Ħ'Attard, Ħal Balzan, Ħad-Dingli, Iklin, Ħal Lija, Rabat, Imtarfa. E. Northern : Ħal Għargħur, Mellieħa, Imġarr, Mosta, Naxxar, St Paul’s Bay. F. Gozo and Comino : Victoria, Fontana, Għajnsielem, Għarb, Għasri, Ta’ Kerċem, Munxar, Nadur, Qala,San Lawrenz, Ta’ Sannat, Xagħra, Xewkija, Żebbuġ.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’din il-Leġiżlatura jekk u meta sar xi safar barra mill-pajjiż u jipprovdi l-informazzjoni dwar kemm sar użu minn roaming u kemm kien il-ħlas rispettiv għal tali użu, kemm għall-Ministru kif ukoll għall-istaff tiegħu b'mod rispettiv għal kull persuna u kull safra?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’din il-Leġiżlatura, meta sar xi safar barra mill-pajjiż kien hemm l-ispiża ta’ €311.79 għall-Ministru, u ta’ €17.97 għall-istaff tiegħu.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — persuni rreġistrati bħala self-employed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni rreġistrati bħala self-employed mal-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ma jkunux irreġistrati persuni self-employed. Meta jkun hemm contracts for service dawn jingħataw skont regolamenti tax-xiri pubbliku (public procurement).

Paga medja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-paga medja f'Malta f'għeluq is-sena 2021 u 2022 rispettivament u kemm kienet il-paga medja għal dawk li jaħdmu f'Għawdex f'għeluq is-sena 2021 u 2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: 2021 2022 Malta 19,861 20,945 Gozo 18,258 21,226 Total 19,755 20,961 Dawn il-figuri jinkludu kemm impjegati li jaħdmu full-time u anke part-time jew full-time with reduced hours. Din l-informazzjoni mhix disponibbli għal persuni li jaħdmu għal rashom. Is-salarju nħadem abbażi tas-salarju bażiku annwali medju (average annual basic salary) tal-impjieg prinċipali. L-ammonti ma jinkludux dħul minn overtime, bonuses jew allowances. Is-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarriġ dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (LFS).

Persuni b’diżabilità mniżżla fir-reġistru tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b'diżabilità li qegħdin imniżżla fir-reġistru tax-xogħol u allura li kienu eliġibbli biex jaħdmu għal kull xahar bejn Jannar 2021 u l-ġurnata li qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? X'inhi l-età tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 7621.

Palazz ta’ Selmun – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li kmieni din is-sena ħarġu l-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar, qed jiġu finalizzati t-tenders sabiex isir ix-xogħol ta' restawr meħtieġ.