Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru flus mill-VAT fuq l-istabbilimenti tal-ikel fl-2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’Seduta oħra.
Operaturi ta’ proprjetajiet liċenzjati mill-MTA –taxxa miġbura għal short-term rentals
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm inġabret taxxa minn operaturi ta’ proprjetajiet liċenzjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal short-term rentals fis-snin 2023 u 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabret eco contribution fis-sena 2024 u minn Jannar sa Settembru 2025? Jista’ jiddentifika kemm mill-eco contribution inġabret minn collective accommodation u kemm inġabret minn non-collective accommodation?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-msitoqsija parlamentari 30917 u jgħid kemm kien hemm persuni barranin, kemm minn pajjiżi terzi kif ukoll mill-Unjoni Ewropea, li ħallsu l-bolla f’Malta mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-ammont miġbur?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
Sena
Numru ta’ persuni
Ammont ta’ Kontribuzzjoni mill-Persuna Impjegata
Ammont ta’ Kontribuzzjoni mill-Prinċipal
2014
23,515
21,949,954
22,110,880
2015
30,774
29,121,983
29,301,221
2016
39,691
39,349,149
39,527,274
2017
50,469
51,316,811
51,505,152
2018
64,083
68,805,212
69,121,427
2019
75,722
83,101,592
83,233,271
2020
76,132
91,383,624
91,606,378
2021
83,042
102,324,445
102,391,143
2022
104,217
122,240,894
122,205,367
2023
123,258
152,950,379
152,861,389
2024
129,238
177,560,651
177,378,252
Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 24481.
Terapija ta’ tfal b’diżabilità - Kreditu ta’ taxxa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur ibbenefika mill-kreditu tat-taxxa għal terapija ta’ tfal b’diżabilità għal kull sena minn mindu beda jingħata dan il-kreditu? Jista’ jgħid ukoll għal kemm jammonta l-valur ta’ dan il-kreditu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
Sena
Nurmu ta' Persuni
Ammont ta' Kreditu
2023
173
36,505
2024
310
144,400
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont lill-Kamra fiex wasal l-inkariku tar-Residual Balances Fund stabbilit permezz tal-Att dwar il-Fond għall-Bilanċi Residwi, Att XLVIII tas-sena 2020 fejn jidħol il-Bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll:
i. Min huma l-membri kollha tal-Kumitat tal-Fond, involuti f’dan il-proċess?
ii. Min huma l-konsulenti legali li qed jassistu lil dan il-Fond f’tali proċess?
iii. Jekk il-‘claims’ ta’ persuni versu dan il-bank humiex qed jiġu pproċessati?
iv. Jekk hemmx terminu stabbilit li fih għandu jiġi tterminat tali inkariku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi -
Il-membri tal-Kumitat tal-Fond u r-rwoli tagħhom huma skond it-tabella hawn taħt:
Persuna
Rwol
Ms. Stephanie Mifsud
Chairperson
Mr. Frans Camilleri
Membru
Dr. Michele Magro
Membru
Il-Fond bħalissa m’għandux konsulenti legali involuti direttament fil-proċess tar-rilaxx tal-fondi, iżda dalwaqt se jiġi ppubblikat proċess kompetittiv ta’ offerti (
tender
) biex tiġi ingaġġata assistenza esperta. Il-konsulenti legali ġenerali tal-Fond huma Fenech & Fenech Advocates.
Id-
deposit liability transfer instrument
ġie ippublikat mill-MFSA fit-18 ta’ Settembru 2025. Din hi id-data meta l-MFSA ordnat lil Kontrollur ta’ Sata Bank jittrasferixxi porzjon tad-depożiti lir-
Residual Balances Fund
. Il-Fond bħalissa qed iħejji l-proċess biex jinnotifika lid-depożitaturi pendenti kollha kif stabbilit mil-liġi, u qed jimplimenta l-qafas ta’
compliance
u
due diligence
dovuta kif previst mil-liġi. Huwa ċċarat ukoll li d-
deposit liability transfer instrument
assenja biss depożitanti b'ammonti ta' depożiti li jaqbżu t-€30,000 lill-Fond. Il-bqija tad-depożitanti u l-ammonti tad-depożiti li jifdal baqgħu mal-bank, u d-distribuzzjoni ta’ dawk il-flejjes qed issir mill-Kontrollur ta’ Sata Bank.
Ir-
Residual Balances Fund Act
jikkontempla li id-depo
ż
itanti iridu jissotomettu applikazjoni kompluta fejn jitolbu id-depo
ż
iti taghhom u l-fondi iridu jkunu rilaxxati fi
ż
mien tlett (3) snin mid-data ta trasferiment
ġ
ifieri mit-18 ta’ Settembru 2025. Dan wara li jkunu saru il-verifici me
ħ
tie
ġ
a ta’
compliance
u
due diligence
skond l-Att u ir-regolamenti .
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31428 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-garanziji kollha tal-gvern li huma fis-seħħ bħalissa għall-intrapriżi tal-istat, inkluża l-obbligazzjoni kontinġenti (Contingent Liability) totali tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Contingent Liabilities
2024
€
€
Government Guarantees*
Local
673,773,732
Foreign
496,093,374
1,169,867,106
Letters of Comfort*
14,422,743
1,184,289,849
* The Government Guarantees and Letters of Comfort refer to Government Debt
Din l-informazzjoni ġiet ppubblikata mid-Dipartiment tat-Teżor fil-
Financial Report
għas-sena finanzjarja 2024.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-msitoqsija parlamentari 31425 u jagħti t-total tal-ispejjeż li ntefqu fuq ir-rinnovazzjonijiet tal-uffiċċji tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana ta’ Malta (MTCA) fil-Furjana matul l-aħħar 4 snin, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-total tal-ispejjeż li ntefqu fuq ir-rinnovazzjonijiet tal-Uffiċċji tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u tad-Dwana ta’ Malta (MTCA) fil-Furjana matul l-aħħar 4 snin, maqsuma sena b’sena, huwa kif indikat hawn taħt:
Sena
Nefqa
2022:
€341,718.57
(eskluż il-VAT)
2023:
€56,709.65
(eskluż il-VAT)
2024:
€13,853.62
(eskluż il-VAT)
2025:
€24,191.48
(eskluż il-VAT)
Is-Settur Kreattiv - Persuni impjegati full time - Taxxa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31359 dwar persuni impjegati fis-settur kreattiv, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ammont ta’ full timers li jħallsu rata tat-taxxa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ma żżomx data tal-kontribwenti skont il-kategoriji tan-NACE u għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi pprovduta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31419 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid kemm hu l-għadd ta’ kuntratturi li ressqu applikazzjoni biex jiksbu għotjiet għall-akkwist ta’ tagħmir tal-kostruzzjoni li hu aktar ambjentali, u kemm minnhom ġew approvati? Jista’ wkoll jippreżenta lista bl-ismijiet ta’ dawk kollha li applikaw, inkluż dawk li bbenefikaw u kemm irċevew, kif ukoll dawk li ma ġewx approvati u r-raġuni għaliex?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm individwi li ddikjaraw dħul ta’ iktar minn €100,000 fis-sena 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2021 kien hemm 1,808 individwi li iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €100,000 (iżda anqas minn €120,000).