Reviżjoni ta' kont tad-dawl u ilma — każ ta' persuni
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jivverifika mill-ġdid permezz ta' Water Services talba li saret lill-koppja anzjani biex iħallsu stima ta' kont tal-ilma li skont il-WaterServices din l-istima ta' aktar minn €1,000, ġiet mitluba għaliex minħabba ħsara fl-arloġġ, kien hemm konsum li qatt ma tħallas? Peress li għall-koppja anzjani li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, l-ammont li ġiet mitluba tħallas huwa għali wisq, jista' l-Ministru jitlob li jkun hemm rikonsiderazzjoni tal-ammont mitlub?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-ammont mitlub mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (dak ta’ €1,067.04) jirrispekja reviżjoni għal perijodu ta’ 1771 ġurnata li matulhom is-Sinjuri msemmija ma kienux ġew mitluba ħlas għal konsum. Għaldaqstant il-kont maħruġ huwa ġustament dovut.
Ta’ min jgħid li jeżistu mezzi kif wieħed jista’ jasal fi ftehim mal-ARMS biex jitħallsu kontijiet pendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex kuntratti ta’ kwalsiasi tip mal-Water Services Corporation jew ma’ kwalsiasi entità li hi fid-dekasteru tiegħu? Jekk iva, x’inhu l-kuntratt u l-ħlas relattiv?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entita’ fid-dekasteru tiegħi m’għandha kuntratt mal-Kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament.
Fir-rigward tal-Enemalta, l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc. Minħabba f’hekk, l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Demel ta' farms tal-majjal — twaddib fis-sistema tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-Water Services qed timponi li d-demel ta' farms tal-majjal ma jibqax jitwaddab fis-sistema tad-drenaġġ?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li r-rimi tad-demel fis-sistema tad-drenaġġ huwa projbit skont Leġislazzjoni Sussidjarja 545.08 tal-11 ta’ Ġunju 2002.
Avukati jew ditti ta’ Avukati li pprovdew xi konsulenzi jew servizzi lill-ARMS Ltd
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-avukati li pprovdew servizzi ta' konsulenza jew servizzi oħra lil ARMS Ltd wara Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza u l-ħlas rispettivament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitlub qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tal-Ippjanar – Xagħra Għawdex – applikazzjoni għal Construction of New Waste Water Discharge Point
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-iskop tal-applikazzjoni li saret mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-Construction of New Waste Water Discharge Point li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fix-Xewkija Għawdex? Jista’ jgħid fejn eżatt ser isir dan il-Waste Water Discharge Point u kemm art agrikola ser tittieħed għal dan l-iskop? Jista’ jgħid dan l-impjant kif ser jaffettwa r-residenti u l-istabbilimenti kummerċjali li hemm fl-inħawi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskop ta’ din l-applikazzjoni huwa li jiġi provdut post speċifiku fejn l-operaturi tal-bowsers reġistrati jkollhom fejn jarmu d-drenaġġ fis-sistema.
Dan l-iżvilupp ser ikompli jiffaċilita lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tinforza r-regolamenti għar-rimi tad-drenaġġ u żżid sistema ta’
traceability
fuq kull min ikun qed jagħmel użu minn din il-faċilità.
L-ebda art li bħalissa qed tintuża għal produzzjoni fl-agrikoltura mhi ser tkun qed tittieħed għal dan l-iżvilupp. Għal kuntrarju ta’ dak li qed jiġi mistqarr f’din l-interpellanza, dan l-iżvilupp ma jistax jitqies bħala mpjant iżda post fejn l-operaturi tal-
bowsers
li jġorru d-drenaġġ jista’ jbattlu dan b’mod sigur.
Ta’ min jgħid ukoll li mhux mistenni li dan il-proġett ikollu effett fuq resdienzi u/jew stabbilimenti kummerċjali.
Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – bord tat-tmexxija — laqgħat
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn mindu twaqqaf ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) kemm-il darba l-Bord tat-tmexxja fi ħdan l-istess REWS kellu laqgħat sena b’sena ? Kemm minn dawn il-laqgħat tal-Bord kienu dejjem preżenti l-membri kollha, u jekk tul il-laqgħat qattx ittieħed vot u jekk iva kemm-il darba u dwar xiex?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-Bord tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma iltaqa’ 4 darbiet fl-2015, 11-il darba fl-2016, 12-il darba fl-2017, u fl-2018 (sal-21 ta’ Marzu) iltaqa’ tlett darbiet.
Matul dawn il-laqgħat qatt ma ttieħed vot u l-membri tal-bord kienu kollha preżenti għal 11-il laqgħa.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilm — Safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Enemalta – ħaddiema li ġew trasferiti f’Dipartimenti tal-Gvern
Question
Jista’ l- Ministru jgħid kemm kienu l-ħaddiema tal-Enemalta jew xi sussidjarja tagħha li ġew trasferiti f'dipartimenti jew entitajiet oħra tal-Gvern? Jista’ jgħid ukoll għal kull wieħed minn dawn, xi grad kellu mal-Enemalta u x’tip ta’ xogħol kien jagħmel mal-Enemalta u issa xi grad għandu mal-Gvern jew entità fejn intbagħat jaħdem u x’tip ta’ xogħol qed jagħmel mal-Gvern jew mal-entità li qed magħha? Kemm minn dawn il-ħaddiema li kienu mal-Enemalta u issa marru ma’ dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern huma persuni residenti f'Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-Għawdxin li kienu jaħdmu l-Enemalta, issa qed jaħdmu Għawdex u xi grad kellhom mal-Enemalta u issa xi grad għandhom fid-Dipartiment jew entità li qed jaħdmu magħha f'Għawdex illum?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Engineering Resources Ltd għamlet trasferiment ta’ 482 impjegat għad-Dipartimenti jew Entitajiet tal-Gvern skont l-eżiġenzi tas-servizz u l-ħiliet tal-ħaddiema.
In-numru ta’ ħaddiema Għawdxin tal-Enemalta jew xi sussidjarja tagħha li ġew trasferiti f’Dipartimenti jew Entitajiet oħra tal-Gvern jammontaw għal 11 (dawn il-ħdax jagħmlu parti mill-482 imsemmija diġa) u dawn kollha jaħdmu Għawdex.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — spiża fuq IT
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-devices kollha li nxtraw mill-Ministeru huma mniżżlin u identifikati kollha taħt l-inventarju tal-Ministeru. Dawn id-devices jaqgħu bħala inventarju komuni u mhux bilfors ikun l-każ li nxtraw speċifikament għall-impjegati tas-Segretarjat. Il-prassi komuni tkun li meta x’impjegat ma jibqax jiffurma parti minn sezzjoni, is-Segretarjat inkluż, tali devices jerġgħu jiġu ritornati lura u assenjati lil xi ħadd ieħor fil-Ministeru, dan bla forma ta’ preġudizzju izda skont il-bżonn.
Madanakollu u b’referenza għall-Mistoqsija kkonċernata, l-impjegati tas-Segretarjat qegħdin jagħmlu użu minn 10
laptops
ġodda, mixtrija bejn l-2016 u l-2017, 4 assenjati b’ trasferiment li kienu mixtrija bejn l-2014 u l-2016, u 4
Tablets
li nxtraw fl-2017.
L-Ispiża inizjali ta’ dawn
id-devices
kienet ta’ €9,689.89 (VAT eskluża), filwaqt li l-ispiża għall-manteniment ta’ dawn hija dik ta’ €314.00 (VAT eskluża) għal-
Software
u
Hardware
Support
li
jiġi
provdut
mingħand il-MITA b’mod annwali.
Fil-każ tal-
mobiles
, l-ispiża rikorrenti hija dik ta’ €355.89 (VAT eskluża) kull xahar għal erba servizzi tal-
mobiles
li huma koperti skont kuntratti separati u kundizjonijiet hekk kif inhuma mifthiema ma’ min jipprovdi s-servizz.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha? Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 1079 magħmula mill-istess Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħaddi informazzjoni fuq kemm fl-aħħar għaxar snin (2007-2017) ġew imwaħħlin meters għal servizzi ġodda ta’ dawl (jiġifieri mhux li nbidlu għal raġuni ta' ħsara jew meta saret il-bidla għal SMART meters), kull sena? L-informazzjoni mitluba għandha tiġi maqsuma f'meters għal servizzi ġodda installati għal dawk residenzjali u kummerċjali f'kull sena tul l-istess perjodu mitlub.
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija hekk kif ġej:
Sena
Servizzi ġodda (Residenzjali/Kummerċjali)
Meters Kompluti
2017
Residenzjali
8,365
2017
Kummerċjali
1,331
2016
Residenzjali
7,314
2016
Kummerċjali
1,240
2015
Residenzjali
8,111
2015
Kummerċjali
1,558
2014
Residenzjali
9,693
2014
Kummerċjali
1,818
2013
Residenzjali
7,363
2013
Kummerċjali
1,505
2012
Residenzjali
6,403
2012
Kummerċjali
1,524
2011
Residenzjali
3,830
2011
Kummerċjali
1,253
2010
Residenzjali
4,708
2010
Kummerċjali
1,101
L-informazzjoni għas-snin 2007 sal-2009 għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħmel kuntatt mal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, minħabba li qed jirċievu kontijiet tad-dawl ħafna għola minn meta kienu jgħixu aktar membri fl-istess dar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilment imressaq ġie mistħarreġ u ġie nnotat diskrepanza fin-numru ta’ persuni kif imniżżla fuq il-kont.
F’dan ir-rigward, ARMS Ltd ħadet il-provvedimenti kollha meħtieġa sabiex tirranġa din l-anomalija u jinħareġ kont rivedut.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha, mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ssegwenti.
MOBC - kotba promozzjonali permezz ta’
direct order
.
Data
Ħlas (VAT eskluża)
1 ta’ Frar 2001
€11,647
24 ta’ Ġunju 2002
€699
25 ta’ Novembru 2002
€1,601
1 ta’ Mejju 2004
€6,988
Enemalta – xiri ta’ kotba u
stationery
permezz ta’
direct order
.
Data
Ħlas (VAT eskluża)
27 ta’ Marzu 2012
€533.40
4 t’April 2012
€476.25
19 ta’ Lulju 2013
€122.95
30 t’Ottubru 2013
€76.19
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — position of trust
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 146, jista' l-Ministru issa jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-positions of trust li hemm fid-dekasteru tal-Ministeru tiegħi huma dawk tas-segretarjat.
Regolatur tas-Servizzi tal-Enerġija u tal-Ilma – Direttiva bil-miktub fuq l-Artikolu 7 tal-Kap. 545 tal-Liġijiet ta’ Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministru responsabbli qattx ta xi direttiva bil-miktub lill-imsemmi Regolatur a tenur tal-Artikolu 7 tal-Kap. 545 tal-Liġijiet ta’ Malta, mid-data tat-twaqqif tar-Regolatur tas-Servizzi tal-Energija u tal-Ilma (REWS) sal-lum? Jekk iva meta ta din id-direttiva u fir-rigward ta’ xiex ingħatat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li qatt ma ngħatat direttiva bil-miktub lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma a tenur tal-Artikolu 7 tal-Kap. 545 tal-Liġijiet ta’ Malta, mid-data tat-twaqqif tal-istess Regolatur sal-lum il-ġurnata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm importaw petrol l-aġenti lokali tal-kumpaniji barranin taż-żejt għas-suq lokali f’dawn l-aħħar 5 snin, sena b’sena? Jista’ jgħid min kienu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma joħroġ awtorizzazzjonijiet lill-importaturi li jirrilaxxaw l-karburanti għall-konsum fis-suq intern tal-karburanti liema awtorizzazzjonijiet jinħarġu taħt ir-Regolamenti dwar il-Petroleum fis-Suq tal-Karburanti bl-Ingrossa fuq l-Art, l-Ibbottiljar tal-LPG u l-Faċilitajiet tal-Ħżin Primarji.
L-Aġenti lokali tal-kumpaniji barranin taż-żejt ma humiex regolamentati mir-Regolatur sakemm dawn ma jimpurtawx karburant fis-suq intern.
Faċilitajiet għall-ħażna tal-petrol għas-suq lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn faċilitajiet għall-ħażna tal-petrol għas-suq lokali li jistgħu jagħmlu użu minnhom l-aġenti lokali tal-kumpaniji barranin taż-żejt? Kemm jesgħu kull waħda minn dawn il-faċilitajiet, u fejn qegħdin? Liema aġenti lokali tal-kumpaniji barranin taż-żejt għamlu użu minn dawn il-faċilitajiet għas-suq lokali f’dawn l-aħħar 5 snin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suq huwa kompletament liberalizzat u m’hemm xejn xi jżomm lil aġenti jew kumpaniji kemm lokali kif ukoll barranin milli jagħmlu l-investimenti neċessarji biex ikollhom il-ħażna tal-petrol u l-bejgħ bħal ma jiġri f’kull investiment ieħor. L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li biex wieħed ikollu ħażna tal-petrol, l-uniku pre-rekwiżit/investiment neċessarju, għad-diffrerenza tal-ħażna tad-diesel, huwa li jrid ikollok ‘’Vapour Recovery Unit’’ addattat għal-volum ta’ ħażna ta’ petrol li wieħed ikollu.
Għaldaqstant, kull min bħalissa qed jaħżen id-
diesel
jista’ faċilment jaqleb is-sistema sabiex isir il-ħażna il-
petrol
wara li jkun sar l-investiment neċesseraju.
Ta’ min jgħid ukoll li l-pompi tal-
petrol
kollha għandhom dan it-tip ta’ apparat, fejn għaldaqstant joħroġ ċar li jekk wieħed irid jinvesti fil-ħażna tal-
petrol
, kull ma jrid jagħmel huwa nvestiment fil-bini ta’ tankijiet u l-
Vapour Recovery Unit
.
Ninsab infurmat li lokalment bħalissa hawn żewg kumpaniji fejn attwalment tista’ ssir il-ħażna tal-
petrol
. Madankollu u kif diġa spjegajt, il-ħażniet kollha li hawn f’Malta għad-diesel, jistgħu jiżdiedu faċilment minħabba l-fatt li dawn jistgħu jiġu konvertiti għal-ħażna tal-
petrol
.
B’hekk, jekk xi ħadd huwa nteressat li jibda jimporta l-petrol, kull ma jrid jagħmel huwa li jinvesti fl-apparat u l-makkinarju neċessarju sabiex dan ikun jista’ jsir.
Impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ – ilma msoffi mid-drenaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il metru kubu ta’ ilma msoffi mid-drenaġġ qed jiġi prodott mill-impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ ta’ Malta u ta’ Għawdex? Jista’ jgħid kemm minn dan l-ilma qed jitqassam lill-bdiewa, min huma l-bdiewa li qed jibbenefikaw, u x’inhuma l-kriterji li fuqhom titfassal l-għażla ta’ liema bidwi jieħu l-ilma, kemm jieħu u meta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta ġie varat l-impjant taċ-Ċumnija f’Mejju tas-sena l-oħra, ġew prodotti 164,234 metru kubu ta’ New Water li minnhom ġew ikkunsmati 154,016 metru kubu. Il-bdiewa kollha li għandhom l-egħlieqi tagħhom irreġistrati mal-ARPA jistgħu jibbenefikaw minn dan l-ilma. Bħalissa hemm 234 bidwi li applikaw u rċivew il-card li biha jistgħu jaċċessaw dan l-ilma. Il-volum u kemm minn dan l-ilma jista’ jittieħed mingħajr ħlas huwa regulat b’avviż legali 210/17.
Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – Chairman
Question
Jista' l-Ministru jgħid mit-twaqqif tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) sal-lum, kemm-il Chairman ġew maħtura u għal kemm żmien kienet il-ħatra, jekk kienx hemm re-appointment, u jekk il-ħatra kenitx fuq bażi part-time jew full-time?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3003 magħmula mill-istess Interpellant, ninfurmah li din il-ħatra kienet fuq bażi part-time.
Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – Chief Executive Officer
Question
Jista' l-Ministru jgħid mit-twaqqif tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) sal-lum, kemm il-Chief Executive Officer ġew maħtura u f’kull każ għal kemm żmien kienet il-ħatra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-twaqqif tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma inħatar Chief Executive Officer wieħed biss, bil-ħatra tkun għal ħames snin.