Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser ikun jista' jibda jintuża l-parkeġġ illi nbena fil-buffer zone bejn il-Malta Freeport u r-residenzi f'Birżebbuġa? Jista' jgħid ukoll kif ser ikun immaniġjat u liema partijiet minnhom ser ikunu bi ħlas u għal min, u liema ser ikunu mingħajr ħlas u għal min?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-Car Park hu lest. Bħalissa għaddejjin l-aħħar testijiet tas-sistemi u ħruġ taċ-ċertifikat tal-Compliance mill-Planning Authority. Hu ppjanat li għal Frar jibda jintuża uffiċjalment il-basement mill-ħaddiema tal “Malta Freeport Terminals” u ż-żewġ sulari l-oħra ngħataw lill Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, li ser ikun responsabbli mit-tmexxija u manutenzjoni tagħhom filwaqt li l-“Malta Freeport Terminals” ser ikun responsabbli mill-basement. Dan kollu sar permezz ta’ ftehim bejn il-“Malta Freeport Corporation”, Il-Kunsill Lokali ta’ Birzebbuġa u l-“Malta Freeport Terminals”.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Kuntratti ta’ fiduċja
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Ministru hu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista tal-entitajiet għadha ma ħarġitx.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-vacation leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Position of Trust - Salarji
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13238, liema tweġiba ma tweġibx dak li ġie mistoqsi, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra mitluba u ċjoè kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Appendiċi li hemm fil-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista bid-dettalji tad-direct orders li ħarġu l-entitajiet jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu fil-perjodu bejn Novembru 2022 u Novembru 2023, maqsuma skont l-awtorità jew l-entità u għal kull direct order separatament jgħid meta ngħatat, kemm kien l-ammont, lil min tħallas, lil min ingħatat id-direct order u x'servizz kien ġie ingaġġat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
INDIS Malta LTD — Allokazzjoni ta' art lill-Aquaculture Resources Ltd
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14075 u jikkonferma jekk hux se tiġi allokata, jew ġietx allokata, iżjed art mill-INDIS Malta Ltd. lill-Aquaculture Resources Ltd. għall-espansjoni tal-operat tagħhom? Jekk iva, jista' jagħti rendikont tal-proċess li wassal għal dan?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk intefqux flus pubbliċi biex is-sit tal-Eks Malta Shipbuilding jiġi preparat biex jospita konferenzi u fieri? Jekk iva, jista’ jipprovdi elenku tal-ammonti kollha li ntefqu, u f'kull nefqa jispeċifika u jgħid jekk din ingħatatx b'tender, direct order, jew mod ieħor?
Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-laqgħat bejn rappreżentanti tal-Gvern u rappreżentanti tal-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll min attenda u jekk jeżistux minuti ta' dawn il-laqgħat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-laqgħat saru fil-bidu tas-sena 2018 bħala parti minn konsultazzjoni pubblika wiesgħa fuq is-settur. F’dawn il-laqgħat kienu jattendu uffiċjali mill-Awtorità għas-servizzi finanzjarji MFSA, rappreżentanti mill-Konsulenti Legali Ganado Advocates u uffiċjali oħra tat-Task Force mwaqqfa apposta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jagħtu flejjes f'taxxa lill-Gvern Malti u kemm huwa l-ammont?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jispjega fiex wasal il-proġett ta’ Ta’ Qali Crafts Village u jelenka min huwa responsabbli għat-tkomplija tal-kumplament tax-xogħlijiet li fadal xi jsiru biex ix-xogħlijiet f’dan il-villaġġ ikunu totalment kompluti? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma r-raġunijiet li bħalissa qegħdin iżommu lura t-tlestija tal-villaġġ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Huwa stmat li madwar sebgħin fil-mija tal-proġett huwa lest. INDIS ilha sa mis-sena 2019 illi lestiet ix-xogħol infrastrutturali kollu li kienet responsabbli għalih bħat-toroq, servizzi, bankini, ġardenin u anke street furniture. Is-sena l-oħra ġie wkoll inawgurat l-Incubation Centre u dis-sena jiġu wkoll inawgurati id-Dying Crafts Centre u l-Istart Up Centre.
Ix-xogħol kollu li fadal huwa ta’ sidien illi ħadu l-art b’enfitewsi u li huma obbligati jlestuha skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratt.
Ħal Qormi — Tal-Ħandaq - Triq Indri Psaila - Tiswija ta' bankina
Question
Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni minnufih fuq l-istat tal-bankina fi Triq Indri Psaila fiż-żona industrijali f'Tal-Ħandaq, f'Ħal Qormi kif muri fir-ritratt anness biex il-bankina tiġi rranġata u b'hekk ma tkunx ta' periklu kemm għall-ħaddiema kif ukoll għar-residenti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żona msemmija ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta’ INDIS.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenzi tax-xogħol u/jew timesheets relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.