Legislature:
Category:
Reset
Active:

MGI – rapport tal-Awditur Ġenerali

Question

Fid-dawl tar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-Malta Government Investment (MGI), li ddikjara li l-membri tal-Bord tal-MGI taw allowance u perkaċċi lilhom infushom ta’ madwar €60,000 mingħajr awtorizzazzjoni u kontra l-proċessi stabbiliti, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa jew ser jieħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sussegwentement għar-raport tal-Awdituri kien hemm diversi tibdiliet għat-tmexxija tal-kumpanija, inkluż fuq livelli ta' CEO, Chairmanship u Board. Qed naraw ukoll li fil-kumpanija jittieħdu aktar miżuri sabiex titjieb l-istruttura u l-Governanza. Qed isir ukoll eżerċizzju ma' kull entità biex nassiguraw li l-ħlasijiet ta' kull Bord huma f’konformità mal-manwal li jistabbilixxi dawn il-ħlasijiet.

TENDER FOR UPGRADING AND EMBELLISHING IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER THE EXISTING BOUNDARY WALL AREA AT TA’ DBIEGI CRAFTS VILLAGE, GOZO – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar it-tender ‘TENDER FOR UPGRADING AND EMBELLISHING IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER THE EXISTING BOUNDARY WALL AREA AT TA’ DBIEGI CRAFTS VILLAGE, GOZO’ li għalqet fit-18 ta’ Frar 2022 u jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol u meta se jitlesta x-xogħol mitlub minn din l-imsemmija sejħa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-offerti msemmija ġiet kanċellata skont it-termini tal-artikolu 18.3(a) tal-General Rules Governing Tenders.

Awtorità tal-Artijiet – soft areas u passaġġi tal-binjiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li s-soft areas u l-passaġġi madwar il-binjiet tal-Gvern huma proprjetà tal-Awtorità tal-Artijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex tingħata tweġiba fuq siti speċifiċi, l-aħjar li jingħataw aktar dettalji, bħal ‘site plans’ li jindikaw bi preċizjoni is-siti inkwistjoni.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Fondi Ewropej u l-Artijiet – Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej – ħaddiema bir-remote working

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ remote working?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working jiġu reveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Fondi Ewropej u l-Artijiet – Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej – ħaddiema bit-teleworking

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid jekk ħaddiema mas-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jistgħux ikomplu jaħdmu permezz ta’ teleworking?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara kull terminu ta’ kull kuntratt, l-arranġamenti għar-remote working jiġu riveduti skont il-ħtieġa fuq il-bażi li jkun hemm bilanċ bejn id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-uffiċjali, kif ukoll li jintlaħqu l-obbligi tad-Dipartimenti u s-servizz li jrid jingħata.

Każ pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-każ li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament u kemm ilu pendenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-fajl imsemmi (A/104/2005) jifforma parti minn numru ta’ fajls li jikkorrispondu flimkien għal żona ta' 'l fuq minn 1,058,000 metri kwadri. Preżentament l-Uffiċċju Konġunt qiegħed fil-process li jivverifika u jirreġistra l-imsemmija proprjetà f’isem il-Gvern ta’ Malta. Barra minn hekk, l-imsemmija verifikazzjoni qiegħda tiġi koordinata u finalizzata mal-Awtorità tal-Kurja ta’ Malta.

Ministeru għal Għawdex – proġetti f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4523 u jgħid liema huma l-proġetti f’Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom u jgħid liema minnhom ġew aċċettati u saru, liema ġew aċċettati u għadhom ma sarux u se jsiru matul is-snin 2022, 2023 u 2024, u liema ma ġewx aċċettati biex isiru permezz tal-'Operational Programme I - European Structural and Investment Funds 2014-2020' “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”, u kemm se jingħata flus minn dan il-fond il-Ministeru għal Għawdex għal dawn il-proġetti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-proġetti f’Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom u ġew aċċettati taħt l-'Operational Programme I - European Structural and Investment Funds 2014-2020' “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”, huma s-segwenti. Isem tal-Proġett u Numru Status ERDF.8.034The Establishment of a walking, jogging and cycling trail at Ulysses Grove & the Development of a multi-sports facility for a healthier lifestyle Ippjanat li jkun lest fil-2023 ERDF.05.029 The Rehabilitation of Xewkija Windmill Tlesta ERDF.04.70 The Upgrading and Retrofitting of the Administration Centre, Victoria, Gozo Ippjanat li jkun lest fil-2023

Żona tad-Dib – Plots tal-HOS – Każijiet pendenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4188, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu pendenti l-każ in kwistjoni fiż-żona tad-Dib fil-Mosta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għad baqa' porzjon tà art li trid tiġi akkwistata wara li sar espropju permezz ta’ GN nr.148 tas-26/02/1988. L-istess każ għadu qiegħed jinstema’ quddiem il-Land Arbitration Board għaldaqstant l-akkwist tal-art f’dik iż-żona ma jistax jiġi ffinnalizzat qabel ma jitlestew dawn il-proċeduri.

Spezzjonijiet fuq imwejjed u siġġijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi jsiru spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Artijiet fuq imwejjed u siġġijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li spezzjonijiet isiru fuq bażi regolari, u għall-arrieda, f’kull post li jinħass li jkun hemm bżonn, u jsiru wkoll fuq rapporti mill-pubbliku jew entitajiet pubbliċi oħra li għandhom doveri fuq dan it-tip ta’ Żvilupp, speċjalment: · meta jitpoġġew imwejjed u siġġijiet mingħajr ma tkun ingħatat konċessjoni mingħand L-Awtorita’ ta’ l-Artijiet; · meta s-sid tal-istabbiliment għandu konċessjoni ta’ mwejjed u siġġijiet, u qiegħed jabbuza billi jitpoġġew imwejjed u siġġijiet il-barra mill-marki stabbiliti u konformi mal-permess; · meta jitpoġġew imwejjed u siġġijiet li jkunu ta’ detriment (Periklu) għall-Publiku in ġenerali; · meta l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar toħrog Avviż ta’ Infurzar (Enforcement Notice) u tinforma lill-Awtorita’ ta’ l-Artijiet

San Ġiljan – Palazzo Spinola – encroachment

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4124 dwar Palazzo Spinola, fejn il-Ministru wieġeb li “ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra”, jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux opportun fid-dawl li hemm proprjetà pubblika fin-nofs?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’għandi xejn aktar x’inżid mat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 4124.

MDIA — deċiżjonijiet dwar każijiet li ġew ikkontestati quddiem il-Qrati jew Tribunali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi każijiet fejn ġew ikkontestati quddiem il-Qrati jew Tribunali deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA)? Jekk hemm, jista’ jagħti lista tagħhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li MDIA għandha każ wieħed li fil-preżent li qiegħed quddiem it-Tribunal Industrijali.

Kumpaniji mhux imniżżla fuq il-Malta Business Registry

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hawnx kumpaniji reġistrati hawn Malta li dwarhom ma teżisti ebda informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-Malta Business Registry?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull kumpanija reġistrata hawn Malta hija mdaħħla fuq il-portal online tal MBR. Il pubbliku jista jaċċessa l informazzjoni billi jirreġistra fuq is-sit jew mill-uffiċċji tal MBR.

American University of Malta – soċjetà li tmexxi din l-Università

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/ftehim/dikjarazzjoni illi bih is-soċjetà, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tmexxi l-American University of Malta (AUM) irrinunzjat għal porzjoni art f’Bormla magħrufa bħala Pjazza San Pawl, kif ukoll kopja tal-konċessjoni u ftehim viġenti bil-pjanti annessi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

L-Onorevoli interpellant għandu jkun mgħarraf li d-dokument, li qed jirreferi għalih, hu diġà fil-pussess tal-Kamra tad-Deputati fejn tpoġġa fis-seduta 24 li saret nhar l-4 ta’ Lulju 2022.

Siġġiewi – xogħol ta’ restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4168, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi li tħabbar f’Ġunju tas-sena 2021?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Siġġiewi – xogħol ta’ restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali – allokazzjoni ta’ fondi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4169, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm fondi allokati għall-proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

MDIA — Ekonomisti, Accountants, IT Officers u avukati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ekonomisti, accountants, IT officers u avukati fi ħdan l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA)?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi ħdan l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA) hemm impjegati: Ekonomisti - 0 Accountants - 1 IT officers / Technologists - 3 Avukati – 1

Għawdex – Għoti ta’ fondi għal diversi programmi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4382 u jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' fondi miksubin minn Għawdex taħt dawn il-programmi: - Programm ta' Koeżjoni; - ERDF; - ESF; - Agrikoltura; u - Sajd? Jista' jelenka dawn il-proġetti taħt il-programm rispettiv?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni li qed tiġi mitluba tinsab fit-tabella, hawn taħt. Għawdex- Għoti tà Fondi għal Diversi Programmi Isem tal-Fond Fondi Kommessi/ Imħallsa Persentaġġ tà Fondi miksuba minn Għawdex Cohesion Fund €23,140,063.58 9.60% ERDF €46,836,291.73 7.09% ESF( excluding the Wage Subsidy Scheme) €18,257,071.07 11.49% EAFRD €35,667,957.0 18.19% EMFAF €4,948,269.85 21.87%

MCA — ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4160, dwar professjonisti fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA), jista’ l-Ministru jagħti s-segwenti tagħrif u ċjoè n-numru ta’: a. ekonomisti; b. accountants; c. avukati; d. inġiniera; e. periti; f. jekk hemm professjonisti oħra x’inhi l-professjoni tagħhom u kemm huma u f’kull każ jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom jaħdmu mal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA)?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-profesjonisti tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) huma kif indikati fit-tabella t'hawn taħt: Professjoni Numru Qasam regolatorju Inġiniera 10 Qasam tas-servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi Avukati 3 Oqsma kollha li jaqgħu taħt il-mandat regolatorju tal-Awtorità Accountant 1 Oqsma kollha li jaqgħu taħt il-mandat regolatorju tal-Awtorità Accountants 2 Oqsma amministrattivi u finanzjarji ġenerali

MGA — ħaddiema

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4159 dwar professjonisti fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA), jista’ l-Ministru jagħti s-segwenti tagħrif u ċjoè n-numru ta’: a. ekonomisti; b. accountants; c. avukati; d. inġiniera; e. periti; f. jekk hemm professjonisti oħra x’inhi l-professjoni tagħhom u kemm inhuma u f’kull każ jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom jaħdmu mal-MGA?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-profesjonisti tal- Awtorità ta' Malta għal-Logħob (MGA) huma kif indikati hawn taħt: Profesjoni Numru Qasam Regolatorju Avukati 1 Kap Eżekuttiv 1 Head Affarijiet Legali u Regolatorji 1 Head Affarijiet Legali u Infurzar 4 Dipartiment ta' Policy u relazzjonijiet Internazzjonali 3 Dipartiment Legal u Infurzar 2 Ricerka ta' Due Diligence 1 Logħob Responsabbli u Sapport tal-Ġukatur Inġieniera 2 Informazzjoni u Mmaniġġjar tad-Data 4 Dipartiment tal-Eċċellenza fl-Operat u Trasformazzjoni tal-Business