Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandhom il-first aiders preżenti fl-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-First Aiders preżenti fl-iskejjel huma mħarrġa fil-Basic Life Support, AED, kif tagħti n-nifs f'każ ta' emerġenza, u x'għandek tagħmel f'każ li xi ħadd ikun qed jixraq. Jingħataw taħriġ fl-għoti ta’ mediċini bażiċi bħal inhaler, Epipen, rectal suppository u glucose monitoring. Fejn ikun hemm bżonn, l-edukaturi jiġu mħarrġa fil-glucagon u mediċini oħrajn skont il-bżonn.
Kull min jagħmel kors komplut jingħata ċertifikat. Jingħataw ċertifikat QNUK Level 3 skont ir-Regoli tas-Saħħa u Sigurtà (1981).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk skola ma jkolliex first aiders jew infermiera kwalifikati, x’miżuri qed jittieħdu mill-iskejjel f’każ ta’ emerġenza medika speċjalment f’każ serju ta’ ħajja jew mewt?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li jiddependi l-każ xi jkun. Pereżempju jekk hemm nut allergy jiġi kkunsidrat li l-iskola tkun zona fejn il-lewż ma jistax jidħol. Fejn hemm każi ta’ natura simili, isiru l-isforzi kollha mill-amministrazzjoni flimkien mal-ġenituri biex tinstab soluzzjoni. Fil-fatt, jekk ma jkunx hemm First Aiders, l-iskola tagħmel minn kollox biex uffiċjal jagħti dan is-servizz u jiġi mħarreġ.
Sadanittant, is-servizz t’infermiera jinstab fiċ-Ċentri ta’ Riżorsi fejn għandna tfal/żgħażagħ b’diżabbiltà u jeħtieġu assistenza kontinwa. Ma’ dan il-MEDE għandu kuntratt fejn infermiera jżuru skejjel partikolari f’ħinijiet stipulati biex jamministraw mediċina meħtieġa minn studenti li jkunu reġistrati u li għandhom bżonn din il-mediċina kuljum.
Jista’ l-Ministru jgħid, fin-nuqqas serju ta’ ners u/jew first aiders fl-iskejjel, xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jindirizza din il-problema serja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li ħafna edukaturi u amministraturi huma mħarrġa biex jassistu fl-ewwel għajnuna għalkemm mhux bil-fors jagħżlu li jkunu First Aiders b'mod uffiċjali u dan anke minħabba li għandhom il-lezzjonijiet mal-istudenti xi jsegwu. Minbarra hekk, fl-eventwalità ta' emerġenza l-iskejjel ikunu f'komunikazzjoni kontinwa u immedjata maċ-Ċentru tas-Saħħa. Ta’ min jinnota li meta nqalgħu sitwazzjonijiet serji, għalkemm remoti/rari, dejjem ingħatat l-ewwel għajnuna meħtieġa, anke fejn kien hemm nuqqas ta’ First Aider uffiċjali fl-iskola kkonċernata.
Santa Luċija – Skola Sekondarja – sena akkademika 2019/2020 – studenti reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti reġistrati għas-sena akkademika 2019/2020 fl-Iskola Sekondarja f’Santa Luċija Malta u jekk il-complement tal-għalliema huwiex sħiħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti fl-Iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija din is-sena skolastika huwa ta’ 465.
L-iskola għandha l-full complement ta’ għalliema minbarra għal tmien (8) lezzjonijiet Accounting ta’ Head of Department li ħareġ b’long sick leave. Qed naħdmu biex kif jinstab jintbagħat għalliem għal dawn il-lezzjonijiet.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk is-servizz tal-WIFI li hemm fil-pixxina nazzjonali għadux fis-seħħ? Jekk le, huwa minnu li ilu xhur ma jaħdimx?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat minn SportMalta li s-servizz tal-WIFI b'xejn fl-area ta’ stennija u l-madwar għadu fis-seħħ u qatt ma kien hemm interruzzjoni għal xi perjodu ta’ żmien.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu t-tfal li bbenefikaw mis-servizz b’xejn ta’ child care li beda joffri l-Gvern fl-1 ta’ April 2014 u dis-sena sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? X’kienet in-nefqa fl-istess perjodu fuq din il-miżura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li fis-snin 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019 (mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Settembru), in-numru ta’ tfal li bbenefikaw mill-Free Childcare Scheme huwa kif muri f’din it-tabella:
Sena
Perjodu
Nru. ta’ tfal li bdew f’kull sena rispettiva
Nru. Totali ta’ tfal li bbenefikaw f’kull sena rispettiva
Spiża (€ miljuni)
2014
1 Apr - 31 Dec
3,856
3,856
5.2
2015
1 Jan - 31 Dec
2,843
5,852
10.0
2016
1 Jan - 31 Dec
2,767
5,335
12.6
2017
1 Jan – 31 Dec
3,025
5,939
15.6
2018
1 Jan – 31 Dec
3,343
6,737
20.47
2019
1 Jan – 30 Sett
2,485
6,402
17.3
Rigward il-figuri murija fir-raba’ kolonna, dawn in-numri jinkludu n-numru ta’ tfal li bdew f’dik is-sena, kif ukoll tfal li baqgħu jattendu mis-sena/snin ta’ qabel.
Skejjel Sekondarji – studenti jistudjaw lingwa Franċiża
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel sekondarji li qegħdin jistudjaw il-lingwa Franċiża?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti fl-iskejjel sekondarji u medji tal-istat li qegħdin jistudjaw il-lingwa Franċiża huwa kif se nsemmi:
Skejjel Sekondarji - 1075 student
Skejjel Medji - 680 student
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ta’ ’l fuq minn 62 sena li kienu għadhom qed jaħdmu bħala part-time jew full-time sal-aħħar ta’ Settembru 2019? Jista’ jindika kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus in-numru ta’ persuni ’l fuq minn 62 sena li għadhom qed jaħdmu fuq bażi ta’ part-time bħala xogħol ewlieni jew full-time sal-aħħar ta’ April 2019 kien ta’ 12,820. Minn dawn 3,405 kienu nisa filwaqt 9,415 kienu rġiel.
Ħal Tarxien – Skola Primarja – sena akkademika 2019/2020 – studenti reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti reġistrati għas-sena akkademika 2019/2020 fl-Iskola Primarja f’Ħal Tarxien u jista’ jindika kemm hemm subien u kemm hemm bniet u jekk il-complement tal-għalliema huwiex sħiħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għas-sena skolastika 2019/2020 in-numru ta’ studenti fl-Iskola Primarja ta' Ħal Tarxien huwa kif ġej:
Subien - 191
Bniet - 166
Total - 357
Ngħarraf ukoll lill-Onor. interpellant li l-complement tal-għalliema f'din l-iskola huwa sħiħ.
Il-Gudja – Skola Primarja – sena akkademika 2019/2020 – studenti reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti reġistrati għas-sena akkademika 2019/2020 fl-Iskola Primarja fil-Gudja u jista’ jindika kemm hemm subien u kemm hemm bniet u jekk il-complement tal-għalliema huwiex sħiħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għas-sena skolastika 2019/2020 in-numru ta’ studenti fl-Iskola Primarja tal-Gudja huwa kif ġej:
Subien - 67
Bniet - 61
Total - 128
Ngħarraf ukoll lill-Onor. interpellant li l-complement tal-għalliema f'din l-iskola huwa sħiħ.
Santa Luċija – Skola Primarja – sena akkademika 2019/2020 – studenti reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti reġistrati għas-sena akkademika 2019/2020 fl-Iskola Primarja f’Santa Luċija Malta u jekk il-complement tal-għalliema huwiex sħiħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
B'referenza għal din il-mistoqsija, ġejt infurmat li kien hemm żball ġenwin fit-trasmissjoni tal-mistoqsija u dan peress li f'Santa Luċija skola sekondarja biss hemm. Sadanittant tlabt biex l-informazzjoni relatata tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — servizz ta' kumpanija għal microtargeting
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu użatx is-servizzi tad-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal microtargeting mill-2013 sal-lum? Jekk iva, meta u għalxiex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mill-2013 sal-lum ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma użat is-servizzi tad-ditta indikata mill-Onor. Interpellant.
Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa– xogħol ta’ privatizzazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol tal-privatizzazzjoni tal-Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li wara l-fażi inizjali ta’ dan il-proġett fejn il-parlament ta l-konċessjoni, għaddejja l-ħidma min-naħa tal-operatur b’rabta ma’ dak li huwa proċess tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Jista’ l-Ministru jikkonferma s-sit fejn ser issir it-trakka tal-karozzi u muturi li reġa’ wiegħed għal darb’oħra fid-diskors tal-baġit?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li x-xogħol miexi b’ritmu mgħaġġel sabiex fi żmien qrib, inkunu f'pożizzjoni li nħabbru żviluppi konkreti. Konvint li l-Onor. interpellant jifhem li bħalma sar fil-każ tal-korsa taż-żwiemel, il-Gvern se jasal ukoll fuq din it-trakka tal-karozzi u d-dettalji jitħabbru meta jagħlaq il-proċess.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti reġistrati għas-sena akkademika 2019/2020 fl-iskejjel primarji fil-Fgura u jista’ jindika kemm hemm subien u kemm hemm bniet u jekk il-complement tal-għalliema huwiex sħiħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għas-sena skolastika 2019/2020 in-numru ta’ studenti fl-iskejjel primarji fil-Fgura huwa kif ġej:
Primarja A
Subien - 303
Bniet - 249
Total - 552
Primarja B
Subien - 139
Bniet - 165
Total - 304
Ngħarraf ukoll lill-Onor. interpellant li l-complement tal-għalliema fiż-żewġ skejjel huwa sħiħ.
Raħal Ġdid – Skola Primarja – sena akkademika 2019/2020 – studenti reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti reġistrati għas-sena akkademika 2019/2020 fl-Iskola Primarja f’Raħal Ġdid u jista’ jindika kemm hemm subien u kemm hemm bniet u jekk il-complement tal-għalliema huwiex sħiħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li għas-sena skolastika 2019/2020 in-numru ta’ studenti fl-iskejjel primarji f'Raħal Ġdid huwa kif ġej:
Primarja A
Subien - 155
Bniet - 121
Total - 276
Primarja B
Subien - 111
Bniet - 117
Total - 228
Ngħarraf ukoll lill-Onor. interpellant li l-complement tal-għalliema fiż-żewġ skejjel huwa sħiħ.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex studenti mill-Imġarr (Malta) li għad ma għandhomx trasport għall-MCAST (Raħal Ġdid) jara li jkollhom dan it-trasport provdut?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-MCAST ma jipprovdix trasport lill-istudenti li jattendu l-Kulleġġ. Iżda jsiru arranġamenti sabiex trasport ikun provdut f’każi fejn l-istudent juża siġġu tar-roti jew f’każi ta’ mobilità severa.