Legislature:
Category:
Reset
Active:

Studenti b’nuqqas ta’ vista jew għomja - LSEs

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex il-Learning Support Educators (LSEs) assenjati biex jaħdmu ma’ studenti b’nuqqas ta’ vista jew għomja jiġu infurmati biss fil-bidu tas-sena skolastika, u għalhekk ma jingħatawx iċ-ċans li jiltaqgħu mal-istudent minn qabel u jippreparaw ruħhom b’mod adegwat biex isostnuhom b’mod effettiv?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-eżerċizzju tad-deployment jinħadem f’Awwissu minħabba li l-bordijiet ta’ l-istatementing jibqgħu jaraw l-istudenti ġodda anke matul ix-xhur tas-sajf.  Minħabba li l-LSEs jibdew skola f’Settembru, dawn jingħataw il-każijiet fl-ewwel ġurnata tas-sena skolastika. Il-kapijiet ta’ l-iskejjel kollha jkunu jafu liema huma dawk l-LSEs li għandhom l-esperjenza u l-kwalitajiet neċessarji biex jissaportjaw studenti b’nuqqas ta’ vista.

Disponibbiltà tal-braille lil hinn mis-snin bikrin

Question

Fid-dawl tal-evidenza xjentifika qawwija li turi kemm il-braille huwa essenzjali għal-litteriżmu, l-indipendenza u l-opportunitajiet fil-ħajja ta’ persuni b’nuqqas ta’ vista jew għomja, jista’ l-Ministru jispjega għaliex it-tagħlim tal-braille m’għadux disponibbli lil hinn mis-snin bikrin tal-edukazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Teacher of the Visually Impaired - Kwalifiki

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’inhuma l-kwalifiki tat-Teacher of the Visually Impaired, u jekk għandhomx ċertifikazzjoni jew taħriġ speċjalizzat fl-edukazzjoni tal-persuni b’nuqqas ta’ vista jew għomja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Studenti b’nuqqas ta’ vista jew għomja u l-appoġġ tal-LSE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b’nuqqas ta’ vista jew għomja li għandhom bżonn l-appoġġ ta’ Learning Support Educator (LSE) ? Jista’ jgħid kemm-il darba dawn l-istudenti jkollhom żjarat mit-Teacher of the Visually Impaired matul is-sena skolastika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-Istat hemm 30 student b’nuqqas ta’ vista jew għomja li għandhom bżonn l-appoġġ ta’ Learning Support Educator. L - għalliema tal- Visually Impaired tagħti prijorità lill-istudenti skont il-bżonnijiet individwali tagħhom u l-gravità tal-kundizzjoni kif irrappurtata fid-dokumentazzjoni medika, kif ukoll abbażi tal-feedback li tirċievi mingħand is- Senior Leadership Team tal-iskejjel rispettivi. In-numru taż-żjarat lill-istudenti, matul is-sena skolastika jsiru f’diversi modi u f’diversi kuntesti differenti, skont il-ħtiġijiet personali ta’ kull student. Isir ukoll il- Cambridge Eye Test biex ikun hemm stampa ċara tal-kapaċità viżiva tal-istudent, sabiex jiġi wkoll suġġeriti strateġiji individwali lill-edukaturi. Għaddeja wkoll kollaborazzjoni mal-IMU għall-assistenza teknika relatata ma’ riżorsi bħal monitors biex jiġu armati fl-iskejjel, u tipparteċipa f’laqgħat bħal MAPs u IEPs flimkien mal-edukaturi u l-ġenituri rispettivi.

Università ta’ Malta - Applikazzjonijiet għal Associate Professor u Professor

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29012 u jgħid x’kienet l-ispiża totali mħallsa mill-Università ta’ Malta fl-2023 u fl-2024 sabiex applikazzjonijiet għal Associate Professor u Professor jiġu mgħarbla mill-Association of Commonwealth Universities f’Londra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali s’issa kienet ta’ £148,140

MCAST – Irkupru ta’ flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan biex jiġu rkuprati l-miljuni ta’ flus li allegatament insterqu mill-MCAST wara l-każ ta’ frodi li spiċċa l-Qorti aktar kmieni din is-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-MCAST għamlet it-talbiet tagħha bi proċeduri legali.

MCAST – Każ ta’ frodi – Passi dixxiplinarji

Question

Fid-dawl tal-allegat każ ta’ frodi fl-MCAST li spiċċa quddiem il-Qorti aktar kmieni din is-sena, jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi ta’ dixxiplina fil-konfront ta’ xi impjegati fl-MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-MCAST għamlet it-talbiet tagħha bi proċeduri legali.

Ħal Far - Korsa għat-tlielaq tal-karozzi - Pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’pagamenti saru mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, lill-Aġenzija għal Infrastruttura Malta in konnessjoni ma’ xogħol li qiegħed isir fuq il-korsa għat-tlielaq tal-karozzi f’Ħal Far matul din il-leġiżlatura u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-pagamenti huma regolati b’tender u kemm minnhom saru permezz ta’ direct order?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31354.

Skejjel tal-Istat - Għalliema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30664 u jgħid kemm daħlu jaħdmu għalliema ġodda fl-iskejjel tal-Istat fis-sena skolastika 2025-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal din is-sena skolastika, fl-iskejjel tal-Istat, daħlu 182 għalliema ġodda.

Klabb Naħla - Intervention Literacy Programme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Intervention Literacy Programme tal-Klabb Naħla hux ser ikun qed jingħata f’dan l-ewwel term skolastiku? Jekk le, jista’ jgħid għaliex u x’inhu l-pjan għat-tieni u t-tielet term?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ewwel term ta’ din is-sena skolastika se jkun qed isir ristrutturar tal-programm Klabb Naħla u taħriġ tal-edukaturi. Il-programm jerġa’ jibda jiġi offrut minn Jannar 2026 ’il quddiem.  Dan ir-ristrutturar huwa meħtieġ biex l-istess programm jitjieb, jissaħħaħ u jkun aktar effettiv.

Ħal Far - Korsa għat-tlielaq tal-karozzi - Pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’pagamenti saru mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, matul din il-leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, lill-Aġenzija Infrastruttura Malta inkonnessjoni ma’ xogħol li qiegħed isir fuq il-korsa għat-tlielaq tal-karozzi f’Ħal Far? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-pagamenti huma regolati b’tender u kemm minnhom saru permezz ta’ direct order?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31354.

Innovazzjoni u riċerka - Investiment

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 27263, jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-oqsma tar-riċerka għas-snin 2022, 2023, 2024 (bħal saħħa, soċjali, teknoloġija, eċċ)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST — Kors tas-social work

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li ser jibdew il-kors tas-social work fl-MCAST għas-sena akkademika 2025-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-kors imsemmi hemm 19-il student fl-ewwel sena u 15-il student fit-tieni sena.

Social work — Żieda fl-istipendju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda fl-istipendju kinetx miżura effettiva biex tattira iktar studenti jagħżlu l-kors tas-social work? Jekk le, x’miżuri ġodda ser jittieħdu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Università ta’ Malta — Kors tas-social work

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li ser jibdew il-kors tas-social work fl-Università ta’ Malta għas-sena akkademika 2025-2026?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għal din is-sena skolastika s’issa ser ikun hemm 20 student għall-kors imsemmi.

Sena skolastika 2025-2026 – Tfal bil-kundizzjoni tal-Awtiżmu u l-ADHD

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal bil-kundizzjoni tal-Awtiżmu kif ukoll bl-ADHD, fil-bidu tas-sena skolastika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

AIMS - Sejħa għall-pożizzjoni ta’ CEO - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28969 u 31084 u jgħid kemm kien hemm applikanti li tefgħu n-nomina tagħhom għall-kariga ta’ CEO fl-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport f’Malta (AIMS) wara li ħarġet sejħa interna? Jista’ jgħid ukoll il-ġeneru u l-età tagħhom? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa esterna, kemm applikaw u x’kien ir-riżultat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-AIMS irċiviet applikazzjoni waħda għas-sejħa msemmija.

Skejjel għat-tfal bi bżonnijiet speċjali - Liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’liċenzji għandhom l-iskejjel għat-tfal bi bżonnijiet speċjali, kemm dawk governattivi kif ukoll dawk privati? Jista’ wkoll jipprovdi kopji tal-liċenzji ta’ dawn l-iskejjel flimkien mad-dati meta nħarġu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.