Legislature:
Category:
Reset
Active:

Art agrikola meħuda biex isiru toroq ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14752 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jgħid kemm-il medda ta' art ittieħdet li kellha użu agrikolu biex minnha jsiru toroq ġodda?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Teħid ta' Art agrikola biex isir żvilupp ta' kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14753 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jgħid kemm matul dawn l-aħħar sentejn, xahar b'xahar minn Diċembru 2021 sal-lum, ittieħdet art agrikola biex fiha sar jew se jsir żvilupp ta' kostruzzjoni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Reġistru tal-Artijiet — Proprjetajiet trasferiti mill-Knisja għall-Istat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-proprjetajiet trasferiti mill-Knisja għall-Istat permezz tal-ftehim tal-1991 ġew reġistrati fir-Reġistru tal-Artijiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt, sa Diċembru 2023, irreġistra madwar 60% tal-propjetà li għaliha qegħda ssir riferenza.

Home Ownership Scheme — Każijiet mhux solvuti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13853 u 14526, u jgħid kemm fadal każijiet tal-Home Ownership Scheme li għadhom ma ġewx solvuti mill-Awtorità tal-Artijiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet qegħda tittratta u ssegwi 10 każijiet ta’ artijiet li kienu inkisbu għall-Home Ownership Scheme.

Awtorità tal-Artijiet — Kirjiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14573, jista' l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm daħħlet flus f’kirjiet, l-Awtorità tal-Artijiet minn fuq proprjetajiet immobbli u ċjoè fortijiet u batteriji kostali ta’ wirt nazzjonali li jaqgħu taħt fortifikazzjonijiet għal dawn l-aħħar ħames snin, fosthom Forti San Luċjan, Forti Sant’Anġlu, Forti Ricasoli, Forti Madliena fost oħrajn? Jista’ jgħid ukoll jekk inkrewx ukoll minn terzi persuni jew kumpaniji, jagħti rendikont b'kemm inkrew u jipprovdi lista ta’ rendikonti separati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Il-Belt Valletta – Rapport dwar il-Views and Vistas

Question

B’referenza għal rapport dwar il-views and vistas tal-Belt Valletta li sar fuq il-Belt mill-World Heritage Committee, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan ir-rapport li diġà ntbagħat lill-UNESCO?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tal-Artijiet — Kirjiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm daħlet flus f’kirjiet, l-Awtorità tal-Artijiet minn fuq proprjetajiet immobbli ta’ wirt nazzjonali li jaqgħu taħt fortifikazzjonijiet għal dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll jekk inkrewx ukoll minn terzi persuni jew kumpaniji u jagħti rendikont b'kemm inkrew u jipprovdi lista ta’ rendikonti separati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm mijiet ta’ propjetajiet li jistgħu jaqgħu f’din il-kategorija li jinkrew lil diversi entitajiet pubbliċi jew lil privat. Dawn il-propjetajiet jistgħu jkunu suġġetti għal konċessjonijiet enfitewtiċi taħt kundizzjonijiet varji u mhuwiex fattibbli li l-Awtorità tal-Artijiet tagħti rendikont wieħed għal dawn kollha. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant tindika siti partikolari li dwarhom trid din l-informazzjoni.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Nefqa fuq rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi fond mill-baġit ministerjali jew minn xi entità li taqa’ taħtu li minnhom jixtri rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li m’hemmx fond speċifiku li jismu rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra.

Raħal Ġdid – Pace Grasso Ground — Żbir ta’ siġra

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11554, 11555, 11556, 13929, 14146 u 14147, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u lill-Prim Ministru, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jsir iż-żbir tas-siġra kif indikata fl-istess mistoqsijiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tal-Artijiet — Avukati Interni - Sejħiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12571, 13873, 14102 u 14222 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12158, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet kollha li nħarġu sabiex kienu impjegati l-avukati li jaħdmu internament fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet u li għamel referenza għalihom fit-tweġiba tiegħu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qiegħed jinġabar.

Il-Belt Valletta – kuntratt ta’ fond

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14103 u 14223 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12645, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li skada fl-2017?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument mitlub.

Home Ownership Scheme — Każijiet mhux solvuti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13853, u jgħid kemm fadal każijiet tal-Home Ownership Scheme li għadhom ma ġewx solvuti mill-Awtorità tal-Artijiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

Home Ownership Scheme — Każijiet solvuti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13852, u jgħid matul is-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ tal-Home Ownership Scheme solviet l-Awtorità tal-Artijiet? Jista’ għal kull każ jindika kemm ingħata kumpens lis-sidien oriġinali u jindika n-numru ta’ każijiet solvuti u l-kumpens imħallas lokalità b’lokalità?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ każijiet tal-Home Ownership li l-Awtorità tal-Artijiet solviet matul l-2023 kien ta’ 16. L-ammont ta’ kumpens imħallas lokalità b’lokalità huwa dak indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tmexxija tal-Batterija tal-Qbajjar — Din l-Art Ħelwa u Kunsill Lokali taż-Żebbuġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-batterija li tinsab ġewwa l-Qbajjar tgħaddi lill-NGO Din l-Art Ħelwa u lill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ sabiex tiġi ssalvagwardjata?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li qed isiru diskussjonijiet f’dan ir-rigward.

Artijiet li ġew meħuda mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-każijiet, l-erja u l-lokalità, il-valur u meta ser jingħata l-kumpens fejn, is-sidien jew aċċettaw, jew intlaħaq ftehim mas-sidien, li l-Gvern ser ikun qed iħallas għal artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u li għadhom ma ġewx ikkompensati b'mod sħiħ?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9360.