Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Filwaqt li ninformah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor. Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.

Ħal Tarxien – faċilitajiet bankarji

Question

B’referenza għall-problema li numru ta’ residenti anzjani Tarxiniżi qed jiffaċċjaw għax m’għandhomx faċilitajiet bankarji ta’ xejn, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarux rappreżentazzjonijiet mill-Ministeru ma’ entitajiet bankarji dwar dan sabiex ikun hemm dan is-servizz?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Bħall-Onor. Interpellant, il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva hu konxju mis-sitwazzjoni. Għalkemm m’għandux kontroll fuqha, il-Ministeru, permezz tal-Active Ageing and Community Care, joffri wkoll l-alternattiva bis-servizz komdu u affidabbli tas-Silver-T lil anzjani minn Ħal Tarxien biex ikunu jistgħu jmorru jinqdew minn Raħal Ġdid, fejn hemm fergħat tal-banek kummerċjali.

Kunsill għall-Anzjani li jgħid lill-Kummissarju għall-Anzjani — kompożizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Kunsill għall-Anzjani li jgħin lill-Kummissarju għall-Anzjani? Jista' jgħid jekk apparti ċ-Chairperson u sitt membri oħra maħtura skont il-liġi, ġewx maħtura aktar membri mill-Kunsill? Jekk inhu l-każ, jista' jgħid min huma dawn il-membri?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Kummissarju għall-Anzjani – ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti l-Kummissarju għall-Anzjani fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021, u fis-sena 2022 sal-lum, sena b'sena? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ilmenti ġew investigati u kemm minn dawn l-ilmenti kienu ġġustifikati?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li bħala Kummissarju kull talba għal parir jew gwida u kull każ ta’ lment ġie indirizzat mill- Kummissarju. Każijiet ta' talba għal parir minn anzjani, ħafna drabi b’telefonata li jkunu jistgħu jiġu indirizzati dak il-ħin, jingħata mill Kummissarju. F’kull każ ta' lment, il-Kummissarju tgħarbel sewwa l-każ u titkellem mal persuni konċernati u mbagħad taħdem flimkien ma' entitajiet oħra li jkun fil- parametri tagħhom li jinvestigaw skont il-bżonn.

Kummissarju għall-Anzjani – investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il investigazzjoni għamel il-Kummissarju għall-Anzjani fuq inizjattiva tal-Kummissarju nnifsu fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021, u fis-sena 2022 sal-lum, sena b'sena? Jista' jgħid x'kienu jittrattaw dawn l-investigazzjonijiet, xi rriżulta u x'kienu r-rakkomondazzjonijiet li saru min-naħa tiegħu?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda investigazzjoni li għamlet il-Kummissarju għall-Anzjani fuq inizjattiva tal-Kummissarju nnifsha fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021, u fis-sena 2022 sal-lum.

Adozzjoni — Koppji jew individwi approvati bħala ġenituri addottivi prospettivi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 905, jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hawn koppji jew individwi Maltin u Għawdxin li ġew approvati bħala Ġenituri Addottivi Prospettivi (PAPs) mill-Awtorità ta' Standards ta' Ħarsien Soċjali (SCSA) u li għadhom qed jistennew biex jaddottaw?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lil l-Awtorità Ċentrali, fi ħdan l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, mill-aġenziji akkreditati għal adozzjoni, bħalissa hemm 117-il ġenitur addottivi prospettivi li qed jistennew biex ikunu referred (li huma ddikjarati li jistgħu jaddottaw u qed jistennew biex ikunu matched ma’ tifel jew tifla), filwaqt li 45 ġenituri addottivi prospettivi oħra li huma matched (qed jistennew id-digriet mill-Qorti).

Adozzjoni — Pajjiżi fejn hu permess li ssir adozzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 904, jista' l-Ministru jgħid fil-preżent liema huma l-pajjiżi minn fejn qed ikun permess li jsiru adozzjonijiet ta' tfal?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lill-Awtorità Ċentrali, fi ħdan l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, mill-aġenziji akkreditati għal adozzjoni, preżentament hemm 11-il pajjiż minn fejn qed ikun permess li jsiru adozzjonijiet tat-tfal. 1. Bulgarija 2. Chile 3. Kolombja 4. Indja 5. Poland 6. Rumanija 7. Thailand 8. Albanija 9. Slovakja 10. Portugal 11. Vjetnam

Adozzjoni — tfal minn Malta

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 903, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew addottati tfal minn pajjiżna minn koppji jew individwi Maltin u Għawdxin bejn is-sena 2017 sal-lum, sena b'sena?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lill-Awtorità Ċentrali, fi ħdan l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, mill-aġenziji akkreditati għal adozzjoni kien hemm 9 adozzjoni lokali. L-informazzjoni sena b’sena ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — impjegati li daħlu mal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-Gvern fil-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt l-istess Ministeru minn Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu minn 2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda Chairperson ta’ Bord li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħi ma kellhom spejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil.

Senior Citizen Services Board – kompożizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Foundation for Senior Citizen Services Board? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Home Help Appeals Board – kompożizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Home Help Appeals Board? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Management Committee of St Vincent de Paule — kompożizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Management Committee of St Vincent de Paule? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

National Commission on Active Ageing — kompożizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost in-National Commission on Active Ageing? Jista' jgħid x'inhuma r-remunerazzjoni, ħlas u benefiċċju li qed jirċievu dawn il-membri, jekk inhu l-każ?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Residenza San Vinċenz de Paule — social assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fil-grad ta' Social Assistant ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 51 persuna jaħdmu fil-grad ta’ Social Assistant ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — Segretarjati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtu? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 184, ninformaha li fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 4 ħaddiema bħala position of trust u 9 bħala persons of trust. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 402 li tpoġġa f'Seduta 19, tal-20 ta' Ġunju 2022)

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet tal-konsulenti jew ditti li jagħtu konsulenza fil-Ministeru tiegħu jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jagħti d-data ta' ingaġġ tal-konsulenza u l-ħlas rispettiv mill-bidu tal-konsulenza tiegħu?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għall-mistoqsija Parlamentari 343 fir-rigward tal-Ministeru, l-informazzjoni ta’ l-entitajiet se titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Rabat Għawdex – Triq l-Ewropa – faċilità li qed tintuża bħala home tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-faċilità li qed tintuża bħala home tal-anzjani fi Triq l-Ewropa fir-Rabat, Għawdex, ġietx spezzjonata u ċċertifikata li tista' tintuża għal dan l-iskop anke jekk għall-perjodu temporanju? Jista' jgħid meta saru l-ispezzjonijiet u minn min saru? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport u ċ-ċertifikati maħruġa? Jista' jgħid meta dan il-post beda jintuża bħala home għall-anzjani u meta hu maħsub li jieqaf jintuża?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Ward Sant’Anna f’bini, li jinstab fi Triq l-Ewropa fir-Rabat, ingħata liċenzja ta’ emerġenza f’ċirkostanzi eċċezzjonali b’mod temporanju skont l-A.L. 74 tal-2020. Din il-liċenzja nħarġet l-ewwel darba f’Marzu tal-2020 (ċertifikat tal-liċenzja se titpoġġa fuq l-mejda tal-kamra) u din għandha tibqa’ topera sal-5 ta’ Ġunju ta’ din is-sena. Matul dan iż-żmien l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali għamlet ħdax -il spezzjoni fosthom ħamsa fl-2020, erbgħa fl-2021, tnejn li saru din is-sena. Ir-rapport tal-SCSA bid-data tas-16 ta’ Marzu 2022 qed jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva – karigi u pożizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninsab infurmat li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq baŻi ta’ person of trust jew position of trust fis-segretarjat tal-Ministeru hi skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Minn dawn 4 huma Positions of Trust u 9 Persons of Trust. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 401 li tpoġġa f'Seduta 19, tal-20 ta' Ġunju 2022)