B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14372, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fit-Toroq Kalċidon Gatt, Casolani, Cannataci, Tumas Galea u Ċensu Costa f'Ta' Paris f'Birkirkara u meta ser ikunu qed jiġu asfaltati kompletament hekk kif ġie mgħarraf fl-istess tweġiba? Tista’ tgħid ukoll jekk hijiex f'pożizzjoni li tagħti data?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħol ta’ tisħiħ fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku b’rabta ma’ dan il-proġett fit-toroq indikati tlesta u huwa previst li x-xogħol t’asfaltar se jsir fil-ġimgħat li ġejjin.
Lease and operation of 60MW power generation plant 2023 – Tender
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender document bir-referenza GN/DPS/T/4036/PC3/2023 bit-titlu ‘Lease and operation of 60MW power generation plant 2023’?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi kopja tad-dokument mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra, liema dokument diġà kien aċċessibbli fuq is-sit www.etenders.gov.mt
Lease and operation of 60MW power generation plant 2023 – Tender — Evalwazzjoni u Riżultat
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument tal-evalwazzjoni flimkien mar-riżultat tat-tender bir-referenza GN/DPS/T/4036/PC3/2023 bit-titlu ‘Lease and operation of 60MW power generation plant 2023’?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infurmata li d-dokument tal-evalwazzjoni relatat mas-sejħa għall-offerti bir-referenza GN/DPS/T/4036/PC3/2023 bit-titlu ‘Lease and operation of 60MW power generation plant 2023’ huwa dokument intern li jappartjeni lill-Enemalta. Dan id-dokument fih informazzjoni li tista’ tkun kummerċjalment sentittiva u li ma tistax tiġi żvelata pubblikament.
Lease and operation of 60MW power generation plant 2023 – Tender — Offerti
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-esperjenza fil-bini ta’ powerstations li ddikjara kull offerent b’rabta mad-dokument tat-tender bir-referenza GN/DPS/T/4036/PC3/2023 bit-titlu ‘Lease and operation of 60MW power generation plant 2023’?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infurmata li l-proċess t’evalwazzjoni relatat mas-sejħa għall-offerti bir-referenza GN/DPS/T/4036/PC3/2023 bit-titlu ‘Lease and operation of 60MW power generation plant 2023’ jinsab fi stadju t’appell. Għaldaqstant, filwaqt li mhux propizju li l-informazzjoni mitluba tiġi mogħtija f’dan l-istadju, l-istess informazzjoni relatata ma’ kiri, u mhux “bini”, ta’ impjant għal ġenerazzjoni tal-elettriku tkun tista’ titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra wara li jgħaddi l-istadju t’appell.
Lease and operation of 60MW power generation plant 2023 – Tender — Aġġudikazzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-membri tal-aġġudikazzjoni tat-tender document bir-referenza GN/DPS/T/4036/PC3/2023 bit-titlu ‘Lease and operation of 60MW power generation plant 2023’?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-membri tal-bord tal-aġġudikazzjoni kienu lkoll uffiċjali tal-Enemalta li huma inġiniera bi snin twal t’esperjenza fil-qasam tal-ġenerazzjoni tal-elettriku. Peress li l-membri tal-bord jaġixxu fil-mansjoni uffiċjali tagħhom u mhux personali, l-Enemalta ma tħossx li jkun korrett li d-data personali tal-individwi tiġi mxandra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16847, tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan ta' fejn se ssir is-substation f’Ħal Kirkop u d-data meta din se tkun kkummissjonata biex tibda topera?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li filwaqt li x-xogħol fuq ġewwa ta’ din is-substation wasal fil-fażijiet finali, bħalissa għaddej il-proċess biex jinħareġ il-permess għall-iskavar u jkunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet fuq barra. Huwa mmirat li din is-substation mistennija tiġi kummissjonata sa nofs din is-sena.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16847, tista' l-Ministru tgħid jekk id-19-il appartament tal-Housing fi Triq il-Lewżiet, Ħal Kirkop humiex se jibqghu kkonnettjati ma' Triq San Leonardu jew jekk humiex se jkunu pprovduti mis-substation il-ġdida li qed tagħmel referenza għaliha fl-istess tweġiba?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li ladarba tiġi kummissjonata s-substation ġdida l-appartamenti indikati ser jiġu mqabbdin magħha.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma s-substations f'żoni residenzjali li tlestew jew li ser ikunu lesti matul is-sena 2024, maqsuma lokalità lokalità u f'kull każ tagħti d-data ta' meta tlestew jew ser jitlestew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta għaddejja bi pjan aċċellerat fis-sistema ta’ distribuzzjoni tagħha, fejn kull sena qed jiġu kkummissjonati għexieren ta’ substations ġodda u jsiru għadd ta’ upgrades f’substations differenti. Qegħdin jitpoġġew ukoll għadd ta’ feeders li jwasslu l-provvista tal-elettriku mis-substations għal għand il-konsumaturi, u kilometri ta’ cables oħrajn fuq livell ta’ 11kV u 33kV. L-Enemalta għaddejja wkoll bi proġett t’automation, li huwa mmirat biex is-substations tagħha jkunu jistgħu jiġu kkontrollati mill-kamra ta’ kontroll u f’każ ta’ ħsara, fejn ikun possibbli jonqos il-ħin ta’ interruzzjoni.
Matul l-2024 ser jiġu kummissjonati madwar 45 substation ġdida f’Malta u Għawdex. Mill-bidu tas-sena sal-ġurnata li fiha qed titwieġeb din il-mistoqsija, Enemalta diġà kkummisjonat 15-il substation ġdida f’dawn il-lokalitajiet: Bulebel, B’Kara, Msida, Naxxar, Għaxaq, Kalkara, Rabat, Gżira, Mosta, Mellieha, Qawra, Żurrieq, Pembroke u Għajnsielem. Bħalissa għaddej xogħol ta’ preparazzjoni biex sal-aħħar tas-sena ikunu kkumisjonati substations oħra fil-lokalitajiet li ġejjin: San Ġiljan, Ħal Balzan, Ħal Qormi, Marsaxlokk, Ħal Kirkop, Ħamrun, San Pawl il-Baħar, Ħal Tarxien, Bidnija, Munxar (Xlendi), Marsalforn (Żebbuġ) u Nadur.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17812, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha, u tgħid ukoll kif u meta hu ppjanat li jsir ix-xogħol fi Triq Pantar, il-Mosta fl-istadji u l-fażijiet differenti tiegħu? Tista' tgħid ukoll meta hu ppjanat li jkun lest dan ix-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
L-Onor. Interpellant għandu r-risposta sħiħa tiegħi fil-mistoqsija parlametnari 17812. Kif spjegajtlu f’dik it-tweġiba x-xogħlijiet qegħdin isiru minn Infrastrutcure Malta u allura għandu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ ‘eco-contribution’ illi nġabret, mid-data tal-introduzzjoni tagħha fl-2016 sal-aħħar tal-2023, applikabbli taħt it-Tieni Skeda (Artikolu 3(1)) tal-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni, Kap 473 tal-Liġijiet ta’ Malta u x’użu sar mill-ammont miġbur?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tippreżenta d-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati ta' Automated Revenue Management Systems Ltd. (ARMS) għas-snin 2020, 2021, 2022?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati ta' Automated Revenue Management Systems Ltd għas-snin 2020 u 2021. Infurmata li tas-sena 2022 għandhom qegħdin jiġu finalizzati.
Tista’ l-Ministru tgħid liema kienu l-proġetti ta’ tisbiħ madwar Malta u Għawdex, maqsuma lokalità b’lokalità, fil-perjodu bejn is-sena 2018 u l-2023? Jista’ jgħid ukoll x’kien il-baġit ta’ kull proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex kull filgħaxija, fi Triq tal-Ħotba li twassal minn Bulebel għal Tal-Barrani jinqata’ d-dawl u jkun hemm dlam ċappa? Peress li dan hu ta’ periklu, jista jgħid għaliex dan ma jistax jiġi rimedjat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li saret il-manutenzjoni meħtieġa fid-dawl li hemm installat fit-triq indikata u li qed tiġi evalwata wkoll il-possibbiltà ta’ proġett ta’ street lighting f’din it-triq biex tkun tista’ tinbidel l-infrastruttura eżistenti.
Persuni li jkollhom diffikultajiet dwar xi infrastruttura tal-Enemalta jistgħu jċemplu fuq 8000 2224 jew jagħmlu rapport online permezz tas-sit elettroniku enemalta.com.mt
Ta’ Ċenċ — Xogħlijiet mill-Water Services Corporation
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14056 u 15583 rigward fiex jikkonsistu u ser ikunu jikkonsistu x-xogħlijiet li nbdew iktar minn xahrejn ilu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fit-triq li twassal għall-ġibjuni tal-WSC ġewwa Ta' Ċenċ, Għawdex fejn ġie mwieġeb li 'tlestiet l-ewwel fażi tal-proġett' u 'li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’komunikazzjoni mal-kuntrattur sabiex jingħata l-asfalt fil-ġimgħat li ġejjin', tista’ l-Ministru tgħid għaliex għadha ma ġietx asfaltata t-trinka li saret numru ta' xhur ilu peress li fit-tweġiba ntqal li x-xogħol fuq l-ewwel fażi tlesta?
Tista’ tgħid ukoll meta (xahar) ser tiġi asfaltata?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħol tal-asfaltar li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant tlesta.
Tista' l-Ministru tgħid liema xogħol sar u liema xogħol baqa' jsir fi Triq Burmarrad (it-triq li tagħti minn Triq il-Witja/Triq Toni Camilleri għal Triq is-Salina) wara li hawnhekk sar xi xogħol mill-Enemalta? Tista' tgħid ukoll meta hu ppjanat li jsir dan ix-xogħol? Tista' tara li b'mod immedjat tittieħed l-azzjoni neċessarja biex jitneħħa kull periklu li nħoloq wara li sar ix-xogħol mill-Enemalta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fit-triq indikata l-Enemalta lestiet xogħlijiet bħala parti mill-proġett li qed twettaq biex tpoġġi aktar minn 70 kilometru ta’ cables ġodda ta’ 11-il kilovolt f’lokalitajiet differenti biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Filwaqt li qegħdin jittieħdu u jiġu mħarsa l-miżuri kollha ta’ saħħa u sigurtà, ninsab infurmata li fil-jiem li ġejjin ser jibda xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-istess triq. Ladarba jitlesta dan ix-xogħol, it-triq imbagħad ser tiġi asfaltata minn Infrastructure Malta skont ir-rekwiżiti tal-permess maħruġ minn Transport Malta.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ir-ramel riżultanti mill-isquaring off tal-moll tal-Freeport hux ser jintuża biex titkabbar ir-ramla fil-Bajja ta' Birżebbuġa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
B'referenza għall-bini ta' parkeġġ f'Birżebbuġa li jesa 450 parkeġġ, tista’ l-Ministru tgħid jekk filwaqt li l-Freeport ser jieħu 150 parkeġġ minnhom, it-300 parkeġġ li jkun fadal hux ser ikunu kollha disponibbli għall-użu tar-residenti jew jekk hemmx il-ħsieb li 150 minnhom jittieħdu mill-Wasteserv?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ispazji ta’ parkeġġ li se tkun qed tuża l-kumpanija Wasteserv jammontaw għal 104 u dan se jkun limitat għall-ħinijiet tal-uffiċċju.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ir-responsabbiltà għax-xogħol li sar fi Triq il-Wej, il-Mosta fejn inqalgħet trinka biex jiġu kkomunikati l-mains tal-ilma, u ntradmet bil-konkos imma tħalliet nofs xogħol hijiex tal-kuntrattur jew tal-Water Services Corporation?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma wettqet l-ebda xogħol fil-parti mirduma bil-konkos fi Triq il-Wej.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien id-dħul tal-ARMS mill-kirja tal-arloġġi tal-ilma li huma f'binjiet residenzjali matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li d-dħul mill-kirja tal-arloġġi tal-ilma li huma f'binjiet domestiċi u residenzjali kien jammonta għal €14,372,079.15 għas-sena 2019, €14,763,093.24 għas-sena 2020, €15,149,152.08 għas-sena 2021, €15,567,766.09 għas-sena 2022 u €15,782,674.88 għas-sena 2023.