Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — nisa fuq bordijiet tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura fil-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima mill-elezzjoni sal-lum hija din:
185 membru fejn 61 minnhom huma nisa: 33%.
Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.
Jista' l-Ministru jgħid x'ippjanar qed isir mill-Gvern u l-Ministeru responsabbli mill-biedja u s-sajd fir-rigward ta' raba' li hemm fl-inħawi tal-Pitkalija li l-Gvern mhux jaċċetta l-qbiela dovuta lilu għal tali raba'?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika bl-eżatt għal-liema żona qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex fil-Pitkalija, ix-xerrejja qed isibu l-bieb magħluq tal-post fejn jinħaslu l-kaxxi l-ħodor li jintużaw fil-Pitkalija għall-użu tax-xerrejja u tal-bdiewa u għalhekk fil-preżent mhux jintużaw kaxxi nodfa minn bosta xerrejja li qed isibu l-bieb magħluq u għaldaqstant qed jużaw kaxxi maħmuġa li jingħataw mingħand il-pitkala?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-faċilitá tal-ħasil tal-kaxxi ħodor tal-Pitkalija tkun miftuħa għall-bdiewa, xerrejja u pitkala:-
Nhar ta’ Tnejn u Ħamis: 5.15am sa 11.30am,
Nhar ta’ Tlieta, Erbgħa u Ġimgħa: 7.00am sas 12.30pm.
L-uniku mumenti meta l-faċilità tingħalaq temporarjament għal ħin qasir huwa meta jidħlu kwantita’ kbira ta' kaxxi fl-istess ħin, bil-konsegwenza li jimtela’ l-maħżen.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu miżrugħa jew imħawla pjanti jew siġar ġodda tul din is-sena ġewwa Ħal Għaxaq u jekk iva, jista’ jgħid x’se jkunu dawn? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx jew hux se jsir żbir ta’ siġar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 5338
Għawdex – studji mill-ERA dwar applikazzjoni għal proċessar tad-demel fil-Munxar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ studji ntalbu li jsiru mill-ERA dwar l-applikazzjoni PA 02406/18 - Site at Triq Żgħawri, Munxar, Gozo: Proposed upgrade of existing bovine farm D327, covered by PA4584/06, according to policy 2.3A of the Rural Policy and Design Guidance, with the capacity to process effluent from other farms? Jista' jgħid min huma l-esperti li ġew imqabbda jagħmlu dawn l-istudji?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ERA qed teżamina d-dokumentazzjoni provduta, b’mod partikolari d-deskrizzjoni tal-proġett li ġiet sottomessa mal-applikazzjoni, sabiex ikollha opinjoni nfurmata dwar il-ħtieġa ta’ aktar studji. Għaldaqstant, għalissa d-dettalji l-oħra mitluba għadhom prematuri.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu miżrugħa jew imħawla pjanti jew siġar ġodda tul din is-sena ġewwa Ħal Tarxien u jekk iva, jista’ jgħid x’se jkunu dawn? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx jew hux se jsir żbir ta’ siġar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 5338.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu miżrugħa jew imħawla pjanti jew siġar ġodda tul din is-sena ġewwa Raħal Ġdid u jekk iva, jista’ jgħid x’se jkunu dawn? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx jew hux se jsir żbir ta’ siġar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 5338.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu miżrugħa jew imħawla pjanti jew siġar ġodda tul din is-sena ġewwa Santa Luċija u jekk iva, jista’ jgħid x’se jkunu dawn? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx jew hux se jsir żbir ta’ siġar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 5338.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu miżrugħa jew imħawla pjanti jew siġar ġodda tul din is-sena ġewwa l-Fgura u jekk iva, jista’ jgħid x’se jkunu dawn? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx jew huwiex se jsir żbir ta’ siġar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 5338.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu miżrugħa jew imħawla pjanti jew siġar ġodda tul din is-sena ġewwa Wied il-Għajn u jekk iva, jista’ jgħid x’se jkunu dawn? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx jew hux se jsir żbir ta’ siġar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 5338.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu miżrugħa jew imħawla pjanti jew siġar ġodda tul din is-sena ġewwa ż-Żejtun u jekk iva, jista’ jgħid x’se jkunu dawn? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx jew hux se jsir żbir ta’ siġar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 5338.
B’referenza għall istqarrija tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima dwar il-qtil barbaru tal-ħamiem fil-Birgu, u fid-dawl li f’din l-istqarrija l-Ministru kien qal “li se jieħu l-passi kollha meħtieġa dwar dan il-każ”, u billi sal-lum issa li għaddew kważi ħmistax-il ġurnata, jista' l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu jew se jittieħdu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed jevalwa s-sitwazzjoni minn lat ħolisiku u għaldaqstant aktar informazzjoni ser tingħata b’mod pubbliku aktar il-quddiem.
Regolamenti dwar l-użu ta' parit fl-ibħra ta' pajjiżna
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti dwar l-użu ta' parit fl-ibħra ta' pajjiżna? Jista' jgħid x'inhi l-iskeda li tirregola parit, fl-ibħra Maltin u Għawdxin, minn fejn u meta, jista' jintuża l-parit?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-użu tal-parit huwa regolat mir-Regolamenti dwar is-Sajd (L.S. 425.01) li kopja tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Skont dawn ir-Regolamenti, il-pariti ma jistgħux jiġu wżati fil-bajjiet u daħliet tal-baħar mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ Lulju. Dan jiżgura li l-ħut li jidħol iffittex il-kenn fil-perjodu ta’ riproduzzjoni ikun protett milli jinqabad qabel ma jkollu ċans jirriproduċi jew meta jkun għadu ferħ. Matul dan il-perjodu l-użu ta’ dan l-irkaptu jista jsir biss il-barra minn linja miġbuda bejn żewġ pilastri (plieri) fil-postijiet fejn dawn jeżistu. Dan jagħti lok biex fejn hemm bajjiet kbar ikun jista jsir sajd f’dik il-parti li ma toffrix kenn lill-ħut fejn jitrawwem. Fil-postijiet fejn is-sajd huwa projbit b’mod ġenerali kif ukoll fil-Port il-Kbir u fil-Port ta’ Marsamxett din l-għodda tas-sajd ma tistax tiġi wżata fl-ebda żmien.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – billboard advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’dawn l-aħħar ġranet u ġimgħat, id-demel likwidu tal-baqar mill-farms ta' Għawdex, hux qed jittieħed ġewwa l-premises tal-Wasteserv li jinsabu ġewwa tal-Kus fix-Xewkija, Għawdex? Jekk iva, kif qed jiġi pproċessat dan id-demel likwidu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lilll-Onor. Interpellant li mill-15 ta’ Marzu 2018, srew tad-demel iġġenerat fuq irziezet tal-baqar u tal-majjal f’Għawdex ittieħed f’tal-Kus limiti tax-Xewkija biswit l-impjant tal-Wasteserv ġewwa Għawdex. Il-proċess tat-trattament qiegħed isir minn kuntrattur imqabbad mill-GAB (Governance of Agricultural Bioresources Agency) sabiex is-srew jingħasar u sabiex tiġi sseparata l-parti solida minn dik likwida.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba r-roundabout il-ġdida li hemm fil-Fgura fit-tarf ta’ Triq il-Karmnu ġewwa Triq id-Dejma hiex sejra tiġi rranġata b’fjuri u b’siġar addattati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta’ sevizzi li għaddejjin minn taħt ir-roundabout imsemmijja u l-fatt li m’hemmx fond biżżejjed għall-ħamrija ġie propost li jsir ‘hard landscaping’ minflok ‘soft landscaping’. F’dan l-istadju qed isir id-disinn u stimi meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu miżrugħa jew imħawla pjanti jew siġar ġodda tul din is-sena ġewwa l-Gudja u jekk iva, jista’ jgħid x’se jkunu dawn? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx jew hux se jsir żbir ta’ siġar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur li ġejjin il-Monitoring Environment Landscape Projects (MELP) ser tkun qed tagħmel survey madwar Malta u Għawdex sabiex tidentifika dawk il-postijiet f’toroq arterjali u distributorji fejn hemm siġar nieqsa jew mejta u dan sabiex fiż-żmien bejn Ottubru u Novembru jsir it-taħwil ta’ siġar u arbuxell indiġeni. Iż-żbir jsir skond fejn ikun meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-regolamenti li ntbagħtu lis-sajjieda li jirregolaw id-daqs tal-ħut, l-ispeċi tagħhom u li meta jinqabdu jistgħu jiddaħħlu l-Pixkerija jew jitpoġġew fis-suq? Jista' jgħid dawn ir-regolamenti li jirregolaw il-qbid tal-ħut skont id-daqs tagħhom, mil-liema direttiva jew regolamenti tal-Unjoni Ewropea qed isegwu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Mediterran id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni u l-ispeċi relatati jinsabu prinċiparjament fl-Anness III tar-Regolament (EC) 1967/2006. Id-daqs minimu għall-pixxispad tal-Mediterran jinsab fl-Artikolu 5a tar-Regolament (EU) 98/2015 u dak tat-tonn jinsab fl-Artikolu 14 tar-Regolament (EU) 1627/2016.
Fir-rigward tal-kummerċjalizazzjoni ta’ ħut taħt id-daqs minimu, ninsab infurmat li dan ma jistax isir għal konsum uman. Għal dan il-għan nagħmel referenza għar-Regolament (EC) 1224/2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Skont l-Artikolu 56, fost l-oħrajn, l-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jiżguraw li l-użu ta' prodotti tas-sajd taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni li huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stipulat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru. 1380/2013 jiġi ristrett għal skopijiet oħra għajr dak tal-konsum dirett mill-bniedem. Din tapplika partikolarment għal dawk l-ispeċi li jidhru fl-Anness III tar-Regolament (EC) 1967/2006. Barra minn hekk, l-Artikolu 49c tar-Regolament (EC) 1224/2009 jistipola li fejn qabdiet taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jinħattu, dawk il-qabdiet għandhom jinħażnu separatament u jiġu ttrattati b'tali mod li jagħmilhom distinti minn prodotti tas-sajd destinati għall-konsum dirett mill-bniedem. Dan japplika fil-każijiet kollha inkluż il-pixxispad.
Dawn ir-Regolamenti huma riflessi fl-awtorizazzjonijiet tas-Sajd li joħroġ id-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura skont Artikolu 7 tar-Regolament (EC) 1224/2009 u Artikolu 12 tal-KAP 425 tal-liġijiet ta’ Malta.
Kopja ta’ dawn ir-Regolamenti qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien ma eżempji ta’ awtorizzazzjonijiet tas-Sajd li jinħarġu mid-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura.
ERA – Miżuri biex tipproteġi u tħares lir-residenti li joqogħdu f’light industry
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1817 u ċjoè: Residenzi li darhom hi f'żoni industrijali għandhom jiġu mħarsa minn kontaminazzjoni tal-arja minħabba sprays, trab industrijali, exhaust, ħsejjes ta' makkinarji eċċ.? Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri qed tieħu l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex tipproteġi u tħares l-interessi ta' residenti li joqogħdu f'żoni fejn hemm light industry? Jekk l-ERA għada ma bdietx tieħu dawn il-miżuri, meta ser tibda timplementa dan il-pjan li jħares il-wellbeing tal-familji Maltin u Għawdxin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li issues li wieħed jassoċja ma’ wellbeing mhumiex ilkoll fil-kompetenza tal- Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, iżda hemm entitajiet governattivi oħrajn li għandhom rwol f’dan ir-rigward. L-ewwel tentattiv li jitħares l-interess tar-residenti hi mill-kompatibilità tal-użu skond pjanijiet u policies li jirregolaw l-iżvilupp. Meta żona tiġi kommessa għall-użu industrijali, l-Awtorità għall-Ambjent u R-Riżorsi tirregola wħud mill-industriji operattivi. Sabiex dan ir-rwol ikun aktar estensiv u rregolat, bħalissa l-Awtorità qegħda fl-istadju li tirrevedi u tikkonsolida l-istrumenti leġislattivi fil-kuntest ta’ attivitajiet li jirrikjedu permessi ambjentali.
L-ERA wkoll tipparteċipa f’kumitati fejn fil-preżenza ta’ entitajiet governattivi oħrajn li għandhom ukoll responsabbiltà fuq dawn it-temi, entitajiet non-governattivi u r-residenti tal-lokalità jiġu diskussi l-
issues
li jaffetwaw il-
wellbeing
tar-residenti f’żoni industrijali. Per eżempju l-ERA tattendi għal kull laqgħa tal-Kumitat ta’ Ħal Mula mmexxija mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ, laqgħat organizzati mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa fejn jiġi diskuss l-operat tal-Freeport kif ukoll kumitati simili oħrajn fejn ir-residenti taż-żoni differenti jkunu mistiedna jressqu l-ilmenti attwali li għandhom lill-Kumitat rispettiv sabiex l-entitajiet involuti li jiffurmaw parti minn dawn il-Kumitati jkunu jistgħu jirrisolvu l-
issues
li jitressqu. Dan huwa mudell ta’ kif dawn it-tip ta’
issues
li jaqgħu fir-responsabbilità ta’ diversi entitajiet jistgħu jiġu riżolti u l-ERA lesta li tkun parteċipi f’kumitati sabiex tkun tista’ toffri l-għarfien u l-assistenza kif ukoll tkun tista’ tieħu azzjoni fejn dovut skond regoli li jiggvernaw l-operat tagħha.
Bdiewa u raħħala – teknoloġija li tikkonverti demel tal-annimali f’enerġija alternattiva
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inċentivi mmirati lejn il-bdiewa u r-raħħala saru biex dawn jinvestu f'teknoloġija ġdida inkluż li tikkonverti d-demel tal-annimali f'enerġija alternattiva u rinovabbli?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta, jidentifika ħames bżonnijiet ewlenin għal Malta u Għawdex li jridu jiġu ndirizzati permezz tal-għajnuna finanzjarja li joffri dan il-programm, fosthom “Settur sostenibbli tal-bhejjem: titjib tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, fil-kompetittività u l-produttività, u fil-benesseri tal-annimali” u “l-ilma, l-iskart (waste) u l-enerġija: titjib fl-użu sostenibbli u l-iġġenerar ta’ enerġija rinovabbli”. Il-Programm jimmira li jindirizza dawn il-bżonnijiet primarjament permezz tal-Miżura 4.1 li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal investimenti fuq l-irziezet tal-bdiewa u telenka bħala waħda mill-għanijiet tagħha investimenti f’tagħmir li jagħmel użu mill-iskart u d-demel tal-annimali u saħansitra għall-produzzjoni ta’ bijoenerġija għall-użu fuq ir-razzett. Bil-għan li r-raħħala lokali ikollhom inċentiv sabiex jinvestu f’teknoloġiji simili, il-Programm jinkludi bħala waħda mill-kriterji tal-għażla, t-titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, biex b’hekk applikazzjonijiet għal għajnuna li jinkludu tali investimenti jingħataw punti addizzjonali taħt dan il-kriterju.
Il-Programm tal-Iżvilupp Rurali jinkludi wkoll il-Miżura 16.6 li tipprovdi għajnuna finanzjarja speċifikament biex tkopri l-ispejjeż relatati mal-iffurmar ta’ koperazzjoni bejn operaturi fil-katina tal-provvista (
supply chain
) għal proġetti li jwasslu għall-provvista sostenibbli ta’ bijomassa għall-użu fil-produzzjoni tal-ikel u tal-enerġija u fi proċessi industrijali. Għaldaqstant, waħda mill-għanijiet ewlenin ta’ din il-Miżura hija li jiġu stabbiliti koperattivi jew sħubija bejn partijiet interessati diversi, li jinkludu wkoll ir-raħħala bi proġetti li jikkonċernaw il-provvista sostenibbli tal-bijomassa u t-trattament ta’ skart u demel tal-annimali għall-konverżjoni f’enerġija alternattiva u rinovabbli. Għal aktar informazzjoni dwar il-kontribut tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal dan il-għan, għandha tiġi kkonsultata l-Awtorità ta’ Ġestjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwuljanza, li hija l-entità responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm.