Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — impjieg lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda impjieg lill-individwu msemmi fil-perjodu kkonċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

l-Informazzjoni għadha qed tinġabar

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta’ Wikipedia page

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-IP Address li ntuża biex fit-3 u s-6 ta' Ottubru 2019 ġiet immanipulata l-Wikipedia page tar-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tal-Ewropa Peter Omtzigt kien minn uffiċċju tal-Gvern, u li skont ir-regoli tad-Data Retention, tali informazzjoni tinżamm għal sitt xhur, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni? Jekk iva, minn liema uffiċċju saret din il-manipulazzjoni u x'passi ttieħdu? Jekk le, meta se ssir tali investigazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lil-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu l-Ministru konċernat.