Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ żgħażagħ taħt it-18-il sena li ttellgħu l-Qorti matul is-sena l-oħra? X’offiżi wettqu dawn iż-żgħażagħ fir-rigward:
a. vjolenza domestika;
b. pussess tad-droga;
c. traffikar tad-droga;
d. ħsara volontarja; u
e. ikkaġunar ta’ feriti fuq persuni oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ żgħażagħ taħt it-18-il sena li ttellgħu l-Qorti matul is-sena l-oħra fir-rigward tal-offiżi indikati huwa kif muri hawn taħt:
a. vjolenza domestika – nil
b. pussess tad-droga – 15 (età bejn l-14 u 18-il sena)
c. traffikar tad-droga – 2 (età bejn is-17 u 18-il sena)
d. ħsara volontarja – 7 (età bejn is-16 u 18-il sena)
e. ikkaġunar ta’ feriti fuq persuna oħra – 12 (età bejn is-16 u 18-il sena).
Din l-istatistika tirrigwarda l-kumpilazzjonijiet u mhux il-kawżi sommarji għaliex fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika għal kawżi sommarji.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni tinsab Triq Castagna Filippu fil-Gudja u x’passi se jittieħdu biex issir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li dan ix-xogħol beda u saret naħa waħda ta’ bankina minn Infrastructure Malta. Dan ix-xogħol għandu jitkompla minn Infrastructure Malta.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew preżentati ittri uffiċjali fil-Qrati tagħna tul is-sena 2018 u jista’ jindika kemm minnhom ġew preżentati kemm quddiem il-Qorti tal-Maġistrati kif ukoll quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili f’Malta u Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li fis-sena 2018 ġew ippreżentati dawn l-ittri uffiċjali fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili u fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Malta:
Prim Awla tal-Qorti Ċivili
4,522
Qorti tal-Maġistrati (Malta)
3,906
Fis-sena 2018 ġew ippreżentati dawn l-ittri uffiċjali fil-Qorti tal-Maġistrati Għawdex:
Qorti tal-Maġistrati Ġurisdizzjoni Superjuri Sezzjoni Ġenerali
515
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex)
180
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra xi ħsara saret lill-Kappella tal-Qalb ta’ Ġesu fi Triq il-Qalb ta’ Ġesu, il-Birgu u jekk kemm-il darba humiex ser isiru t-tiswijiet neċessarji fiha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Kappella mhijiex proprjetà tal-Gvern.
Mhux eskluż li d-Direttorat tar-Restawr għad li mhumiex proprjetà tal-Gvern jirrestawra kappelli partikolari partikolarment jekk jiġu suġġeriti minn Kunsilli Lokali skont skemi apposta.
Qorti — Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – ittri uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew preżentati ittri uffiċjali ai termini tal-artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili fil-Qrati tagħna tul is-sena 2018 u jista’ jindika kemm minnhom ġew preżentati kemm quddiem il-Qorti tal-Maġistrati kif ukoll quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili f’Malta u Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li fis-sena 2018 l-ittri uffiċjali ppreżentati ai termini tal-Artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili u fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Malta kienu dawn:
Prim Awla tal-Qorti Ċivili
208
Qorti tal-Maġistrati (Malta)
2,716
Fis-sena 2018 l-ittri uffiċjali ppreżentati ai termini tal-Artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili fil-Qorti tal-Maġistrati Għawdex kienu dawn:
Qorti tal-Maġistrati Ġurisdizzjoni Superjuri Sezzjoni Ġenerali
9
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex)
104
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew preżentati rikorsi quddiem il-Qrati tagħna taħt l-artikolu 495A tal-Kodiċi Ċivili tul l-2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fis-sena 2018 ġew ippreżentati 39 rikors taħt l-Artikolu 495A tal-Kodiċi Ċivili fil-Qorti ta’ Malta ppreżentati fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili. Apparti dawn kien hemm 2 rikorsi ta’ appell ippreżentati fil-Qorti tal-Appell sabiex jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili.
Fil- Qorti ta’ Għawdex, matul is-sena 2018 ġew preżentati 13-il rikors ai termini tal-artiklu 495A tal-Kodiċi Ċivili.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm saru talbiet għall-bidu ta’ proċeduri ta’ separazzjoni permezz tal-medjazzjoni fil-qrati tagħna tul is-sena 2018 u jista’ jindika dan quddiem il-Qrati ta’ Malta u Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Fil-Qorti ta’ Malta, matul is-sena 2018 ġew preżentati 1197 proċedura ta’ separazzjoni permezz tal-medjazzjoni, 907 nbdew permezz ta’ ittra u 290 inbdew permezz ta’ nota konġunta.
Fil-Qorti ta’ Għawdex matul is-sena 2018 ġew preżentati 45 proċedura ta’ separazzjoni permezz tal-medjazzjoni, 34 nbdew permezz ta’ ittra u 11 inbdew permezz ta' nota kunġunta.
Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali – każijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddum tistenna biex jinħareġ rapport mis-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali? Jista’ jgħid kemm hemm każijiet pendenti għal aktar minn sena u nofs?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li s-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali ma toħrogx rapporti iżda tagħti diversi rakkomandazzjonijiet. F’dan ir-rigward nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika għal-liem tip ta’ rakkomandazzjonijiet qed jirreferi.
Infurmat ukoll li m’hemm l-ebda tip ta’ każ pendenti għal perjodu indikat mill-Onor. Interpellant. Għaldaqstant nitolbu jispeċifika għall-liem tipi ta’ każijiet pendenti qed jirreferi. L-interpellant jista’ jgħaddi d-dettalji tal-każ partikolari separatament biex is-Sovrintendenza tkun tista’ tagħti risporta speċifika.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9094 u ċjoè B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8873, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8323 u jgħid kemm-il maħfra Presidenzjali ngħatat mill-4 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kif inbidlet is-sentenza jew kundanna li dwarha ngħatat il-maħfra?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rikors sar quddiem il-Qrati tagħna a tenur tal-artikolu 7(2) tal-Att Dwar ir-Regolament Ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi, Kap. 81 tul is-snin 2017 u 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika dwar rikorsi li jistgħu jsiru a tenur tal-artikolu 7(2) tal-Att Dwar ir-Regolament Ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi, Kap.81.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — nefqa fuq tv advertising
Question
Jista' l-Ministru jelenka kemm intnefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa' taħtu fuq TV advertising fis-sena 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taht hawn tabella illi tindika l-entitajiet u dipartimenti illi nefqu flus fuq TV advertising fis-sena 2018.
L-entitajiet u dipartimenti mhux elenkati fl-imsemmija tabella ma kellhomx infieq fuq TV advertising fis-sena 2018.
Entita'/DipartimentTotal 2018
Local Government Division€10,372.10
Festivals Malta€10,000
Heritage Malta€ 11,800.00
Pjazza Teatru Rjal €26,943.35
Valletta 18€112,102.4
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Grievances Boards
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8315 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l- Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — pożizzjonijiet tal-management – pakkett finanzjarju
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-pakkett finanzjarju, inkluż benefiċċji, marbut ma’ kull pożizzjoni tal-management fl-awtoritajiet u entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu? L-informazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet eżekuttivi u dawk mhux eżekuttivi sal-livell ekwivalenti ma’ Assistent Direttur fis-servizz pubbliku.
Qrati sede kostituzzjonali – penalitajiet amministrattivi
Question
B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 8456, 8094 u 8095, ma jqisx il-Ministru li hemm urġenza pressanti li jsir il-bdil leġislattiv meħtieġ fl-iqsar żmien possibbli, dan ukoll peress li hu evidenti anke mill-istess tagħrif mogħti mill-Ministru li hemm diversi sentenzi tal-Qrati sede kostituzzjonali li qisu li l-poter ta’ diversi awtoritajiet pubbliċi li jimponu penalitajiet amministrattivi huma kontra l-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjonali, u li dawn is-sentenzi jistgħu jiġu riflessi f’każjiet simili fil-konfront ta’ awtoritajiet pubbliċi oħra li għandhom il-poter li jimponu penalitajiet ta’ din ix-xorta, b’konsegwenzi serji jekk din is-sitwazzjoni ma tiġix indirizzata b’mod komprensiv?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-balavostri fi Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla jitlestew?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla illi fl-laqgħa li saret ftit tal-ġranet ilu tħabbar li x-xogħol fuq il-balavostri miexi u kif jitlestew ser jitkopmla x-xogħol. Il-Kunsill Lokali għamel pressjoni sabiex dan ix-xogħol jitlesta fl-iqsar żmien possibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li l-Knisja ta’ San Pawl Bormla tiġi restawrata u mnaddfa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Knisja ta’ San Pawl f’Bormla, propjeta tal-Knisja, kienet ġiet irrestawrata fl-2002 u inawgurata fil-bidu tal-2003. Ix-xogħol kien ikkummisjonat mill-Uffiċċju tar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera, taħt id-direzzjoni teknika tat-Taqsima tar-Restawr.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8112 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx u jekk hemm, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Inventarju tal-Opri tal-Arti li hemm fil-Berġa ta’ Kastilja? Jista’ jgħid liema minnhom huma proprjetà tal-privat (fejn hu l-każ) u liema le?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7982, jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta lill-Emirati Għarab Magħquda mill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taht hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ittri maħruġin:
2018 – waħda (1) mhux eżegwita
2019 – waħda (1) mhux eżegwita