Legislature:
Category:
Reset
Active:

Arms Ltd — software għall-ħruġ ta' kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'offerti kienu kkunsidrati għall-akkwist ta' software għall-ħruġ ta' kontijiet tad-dawl u l-ilma mill-Arms Ltd? Jista' jgħid min kienu l-persuni li qagħdu fuq il-bord li aġġudika dawn l-offerti? Jista' jgħid jekk kienx hemm appelli mill-evalwazzjoni ta' dawn l-offerti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra

Selmun Palace Hotel — proċess tal-bejgħ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess tal-bejgħ tas-Selmun Palace Hotel? Meta hu mistenni li jiġi finalizzat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-bids milqugħa għat-tender imsemmija għadhom qed jiġu kkunsidrati. Il-proċess hu mistenni li jiġi magħluq fil-jiem li ġejjin.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — flus globali għal hospitality

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus globali għal hospitality mill-Uffiċċju tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministru għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010 rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Persuni li weġġgħu fuq siti ta' kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19916 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm ġew rapportati persuni li weġġgħu fuq siti ta' kostruzzjoni matul din is-sena 2010? X'kienet in-nazzjonalità ta' dawn il-persuni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ewwel kwart tas-sena 2010, in-numru totali ta’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol fis-settur tal-kostruzzjoni (NACE 45) kien jammonta għal 149. Dan kien ippubblikat fin-News Release Nru. 92/2010. Fit-tieni kwart tas-sena 2010, in-numru totali ta’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol fis-settur tal-kostruzzjoni (NACE 45) kien jammonta għal 131. Dan kien ippubblikat fin- News Release Nru. 157/2010. Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-NSO m’għandhiex disponibbli informazzjoni dwar in-nazzjonalità tal-persuni involuti.

Trasferiment ta' qbila tar-raba' tal-gvern jew tal-joint office

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jista' jiġi trasferit il-qbiela tar-raba' tal-gvern jew tal-Joint Office bejn il-membri tal-istess familja? Id-definizzjoni ta' kerrej kif imsemmija fl-Att dwar it-Tiġdid ta' Kiri ta' Raba' (Kapitlu 199) għadha applikabbli?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-trasferiment/tiġdid tal-qbiela tar-raba’ tal-Gvern jew tal-Joint Office bejn membri tal-istess familja jsir skont id-definizzjoni ta’ membri tal-familja fl-Artikolu 2 tal-Kapitolu 199, u anke lill-legatarji jew ċessjonarji tal-kirja, skont id-definizzjoni ta’ kerrej fl-Artikolu 2 ta’ l-istess Kapitolu 199. Fil-każ ta’ qbiela bejn diversi persuni, membru tal-familja, jista’ jċedi l-qbiela, billi jirrinunzja a favur kwalunkwe kerrej li jkun jifforma parti mill-istess qbiela, suġġett għall-approvazzjoni tal-kerrejja l-oħra.

Ċentri tat-tfal — estensjoni fit-tnaqqis fil-liġi tat-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19823 li saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm kienu l-impjegati li għandhom tfal akbar minn tliet snin u li jattendu ċ-ċentri tat-tfal fix-xhur tas-sajf, li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kkwalifikaw mill-estensjoni fit-tnaqqis fil-liġi tat-taxxa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tat-Taxxi Interni ikun jista’ jagħti risposta għal din il-mistoqsija parlamentari meta il-formoli tat-taxxa tat-2011 tal-persuni li kkwalifikaw mill-estensjoni fit-tnaqqis tal-ligi tat-taxxa jkunu pproċessati, u allura dan ikun possibli biss wara Diċembru 2011.

Servizz ta' child care — employers li benefikaw minnu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19822 li saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm kienu l-employers li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kkwalifikaw mill-inċentiv imħabbar fid-diskors tal-budget 2010 sabiex joħolqu ambjent fuq il-post tax-xogħol fejn ikun provdut servizz ta child care għall-ulied l-impjegati tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mhux possibbli li tingħata risposta għal din il-mistoqsija minħabba li biex ikollna l-informazzjoni mitluba wieħed irid jistenna sakemm jinġabru u jiġu proċessati l-formoli tat-taxxa għas-sena bażi 2010, liema formoli għad iridu jiġu sottomessi sat-30 ta’ Ġunju 2011.

każ ta' evażjoni ta'  VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid jgħid fiex waslet l-investigazzjoni li tikkonċerna rapporti ta' evażjoni ta' VAT fil-konfornt tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba li hija marbuta bis-segretezza uffiċċjali skont l-Artikolu 56 ta’ l-ATT XXIII dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud.

Malta Enterprise — applikazzjoni għall-eBusiness Grant Scheme u Innovations Action Scheme

Question

Jista' l-Minstru jgħid meta se tingħata tweġiba lil dawk li applikaw quddiem il-Malta Enterprise għall-eBusiness Grant Scheme u għall-Innovations Actions Scheme?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l- Malta Enterprise tinsab fil-proċess ta’ evalwazzjoni teknika tal-applikazzjonijiet li ġew sottomessi taħt dawn iż-żewġ skemi. Il-korporazzjoni qed tagħmel l-aktar possibbli biex sa l-aħħar tas-sena tkun ħarġet it-tweġibiet finali fuq l-iskema tal e-Business, filwaqt li l-konkluzjonijiet definnittivi rigward il-Innovation Actions Scheme għandhom joħorġu fl-ewwel tliet xhur tas-sena d-dieħla. Dan qed isir sabiex tingħata importanza u spazju għal proġetti li diġà ġew approvati fl-ewwel żewġ sejħiet peress li aktar milli jiġu approvati proġetti ġodda aktar huwa importanti li jiġu eżegwiti il-proġetti approvati u jinżammu l- commitments ta’ nfiq fuq il-fondi Ewropej.

Permess mingħand il-MEPA għal xiri ta' apparat

Question

Peress li dan l-aħħar tħabbar li wasal il-makkinarju li eventwalment bih se titħaddem l-estensjoni il-ġdida tal-power stationu l-proċess tal-IPPC tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadu ma tlestiex, u peress li meta kien ħareġ l-outline permit tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-estensjoni tal-power station kien intqal illi dan kien biss fuq il-binja għax il-permess li bih taħdem il-power satation hu differenti u joħroġ wara li jkun sar u jiġi diskuss l-IPPC, jista’ l-Ministru jgħid x’se jiġri kemm-il darba l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tirrifjuta l-użu ta’ dan it-tip ta’ apparat? Jaħseb li l-Korporazzjoni Enemalta aġixxiet b’mod prematur meta kompliet għaddejja bix-xiri tal-apparat qabel l-approvazzjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-process tal-permess tal-IPPC mhux intenzjonat li jiddeċiedi t-tip tal-impjant imma li tiġi identifikata u tiddermina l-kundizzjonijiet taħt xiex l-impjant il-gdid se jibda jopera. L-EIA li twettaq bħala parti mill-permess tal-proġett tindika ċar li bl-operazzjoni tal-impjant il-ġdid, ir-regolamenti tal-ambjent se jiġu rispettati apparti mill-benefiċċju tal-ambjent li jirriżulta milli jnaqqas l-operazzjoni tal-Marsa. Enemalta m’aġixxitx b’mod prematur bix-xiri tal-impjant, li l-kuntratt ġie ffirmat f’Mejju 2009.

Wied Għammieq — drenaġġ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19800, jista' l-Ministru ġentilment jgħid kif dan il-materjal se jiġi trattat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinghata f’seduta oħra.

Tigne Point u Manuel Island — reallocation u exportation

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19618 u jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern ħallas għar-reallocation u l-exportation biex Tigne Point u Manuel Island jingħataw b'vacant possession lill-MIDI Consortium?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Kont tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li xi ħadd jispezzjona l-arloġġ tal-anzjana, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għaliex din irċeviet kont tal-ilma ta' €1,228.74 minħabba li jidher li kien hemm xi problema?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra

Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li xi nies mid-dipartiment jiċċekjaw fuq kont tad-dawl u tal-ilma li rċieva l-persuna, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li minkejja li ma jgħix fil-post rċieva kont ta' €583.47?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra

Ftehim kollettiv

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19683, jista' l-Ministru jindika kemm ikopru ħaddiema dan il-ftehim kollettiv b'mod separat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.

Intrapriżi eliġibbli għall-inċentivi fiskali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kienu eliġibbli għall-inċentivi fiskali mogħtija taħt ir-Reinvestment Tax Credit (Income Tax) Rules tal-2005?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema Reinvestment Tax Credits Rules tal-2005 waqfet topera fl-aħħar tal-2009. L-iskema Microinvest ħadet post ir-Reinvestment Tax Credits u ilha topera minn Jannar tal-2010. In-negozji kollha li jimpjegaw inqas minn 10 persuni, inklużi s-self employed huma eliġibbli għal din l-iskema. Mhuwiex possibli li wieħed ikun jaf minn issa kemm kien hemm intrapriżi li bbenifikaw minn din l-iskema, peress li dawn se jiddikkjaraw dan l-investiment fit- tax return li tagħlaq f’Ġunju 2011.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Vacancies għall-istudenti fis-sajf

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-dipartimenti, aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hux se jkun hemm xi vacancies għas-sajf għal studenti li jkunu bil-vakanzi? Jekk fl-affermattiv, fejn se jkunu, xi kwalifiki se jkunu mitluba u kemm se jidħlu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

kunflitt ta' interess

Question

B’referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 19114, jista' l-Ministru jgħid: a) Kemm kien il-valur tax-xogħol mogħti lil BIM Ltd, meta ingħata dan ix-xogħol u jekk ingħatax b’sejħa għal tenders jew b’ direct order ? b) Kemm kien il-valur tax-xogħol mogħti lil Mediterranean Insurance Brokers, meta ingħata dan ix-xogħol u jekk ingħatax b’sejħa għal tenders jew b’direct order ? ċ) Jekk il-persuni msemmija fit-tweġiba, it-tnejn diretturi tal-Korporazzjoni Enemalta, iddikjarawx l-interess tagħhom f’dawn iż-żewġ kumpaniji msemmija iktar ‘il fuq ? Jekk iva, f’liema stadju għamlu dan u b’liema mod? Jekk le, għaliex ma sarx dan? d) Minn liema data ilhom jokkupaw il-kariga ta’ diretturi fil-Korporazzjoni Enemalta ż-żewġ persuni msemmija fit-tweġiba 19114 ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20028.

Dar Malta fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jindika, mid-data tax-xiri ta' Dar Malta f'Rue Archimede fi Brussell sal-lum, kemm daħħal il-Gvern Malti kull sena minn kirjiet lill-terzi? Min kienu l-kerrejja? Għal kemm żmien? Kemm tħallsu l-kumpaniji ta' estate agency li ġew ingaġġati mill-gvern Malti biex jinstabu l-kerrejja? Jikkonsidra l-gvern li jagħmel pjan differenti dwar kif jista' jimtela l-ispazju vojt f'Dar Malta? Jistgħu jingħataw dettalji f'dan is-sens?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi f’Mejju tal-2009 inkera ir-raba’ sular lil Volkswagen Group għal disa’ snin b’possibilità li l-ftehim jista’ jiġi tterminat f’għeluq is-sitt sena minħabba l-bżonnijiet li Malta jista’ jkollha waqt il-Presidenza tagħha tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea. Għadna kif wasalna ukoll fi ftehim mall-kumpanija Diageo biex b’effett mill-ewwel ta’ Settembru 2010 jibda jinkera nofs it-tieni sular għal disa’ snin ukoll b’possibilità li l-ftehim jiġi tterminat għar-raġuni li diġà semmejt. F’dawn l-aħħar jiem inkera ukoll in-nofs l-ieħor tat-tieni sular lill-kumpanija Vodafone għal disa’ snin b’possibilità li l-ftehim jiġi tterminat għar-raġuni li diġà semmejt. Minħabba raġunijiet kummerċjali ma nħossx li għandi nagħti dettalji dwar ir-rata li qed iħallsu dawn it-tliet kumpaniji. Nista’ ngħid però li sallum is-somma ta’ €32,413 tħallset lill-kumpaniji ta’ estate agency . Bħal’issa għaddejjin negozzjati ma’ żewġ kumpaniji oħra li wrew interess biex jikru post f’Dar Malta. Dawn in-negozzjati huma konformi mal-policy li l-ispazju li baqa’ jinkera ukoll.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Talbiet għal career breaks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal career breaks fl-aħħar sentejn f'kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minnhom saru minn nisa, kemm saru minn irgiel u għal liema raġuni? Jista' jgħid kull talba li ġiet milqugħa kemm damet biex tiġi proċessata u fil-każ ta' dawk miċħuda, jekk kien il-każ, x'kienet ir-raġuni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.