Legislature:
Category:
Reset
Active:

Problema f'għalqa minħabba l-ilma tax-xita

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7140, nixtieq ninforma lill-Ministru li qed nirreferi għall-għalqa li tinsab f'kantuniera bejn Triq San Tumas, Żejtun u Triq iz-Ziju, Wied il-Għajn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt l-każ li rrefera għalih lill-ADT.

Smart City — żvilupp tal-proġett

Question

Jista' l-Ministru jispjega il-ħidma prospettata ta' Smart City Malta mil-lum sakemm eventwalment il-parti ta' l-iżvilupp tal-proġett ta' Smart City tkun lesta? X'business plan jew plans għandha Smart City Malta f'dan il-kuntest? Min se tkun il-persuna li se tieħu post Claudio Grech wara r-riżenja tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Infakkar lill-Onor Interpellant li Smart City Malta mhix kumpanija tal-Gvern.

Studju minn CISCO dwar il-broadband connection

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jaħseb wara li studju ppubblikat minn CISCO u li sar mill-istudenti tal-MBA (Masters of Business Administration) tas-Said Business School (Oxon.) u l-Università ta' Oviedo sabu li fejn tidħol il-broadband connection "(our) island is unfit to even cater for the needs of the day"? Il-broadband connection tagħna kemm fil-fatt hi kapaċi biex tilqa' għall-isfidi tal-applikazzjonijiet tax-xibka (web applications) tal-futur bħal high definition internet viewing, home telepresence u oħrajn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-imsemmi rapport iħares lejn diversi fatturi fir-rigward tal-aċċess tal-broadband internet f’diversi pajjiżi fosthom Malta. Malta ġiet irraportata li tinsab eżatt taħt il-limitu li jistabbilixxi dan l-istudju f’termini ta’ kwalità li jirrikjedu l-bżonnijiet tal-lum. Filwaqt li dan ir-riżultat ma jistax jiġi kkonsidrat bħala wieħed sodisfaċenti, ta’ min jinnota li meta wieħed jikkompara r-riżultati li kisbet Malta fl-2009 ma’ l-istess rapport maħrug fl-2008, isib li pajjiżna rregistra titjib fil-kwalità tas-servizz offrut. B’riżultat tan- numru ta’ upgrades li qed jagħmlu l-operaturi fis-suq, kif ukoll il- commissioning ta’ international submarine cables ġodda, li wasslu biex kważi rrduppjaw il-kapaċità tal-konnettività internazzjonali, dan it-titjieb hu mistenni li jerġa’ jiġi rreġistrat din is-sena wkoll. Ta’ min ukoll jinnota li r-rapport ipoġġi lil Malta fil-ħdax-il post meta wieħed jikkonsidra r-rata ta’ penetrazzjoni tal- broadband flimkien mal-kwalità tal- broadband offrut. F’dan ir-rigward, Malta rreġistrat qabża sostanzjali mill-25 post li kellha s-sena l-oħra. Malta issa tinsab qabel pajjiżi bħal Franza, il-Belġju, l-Irlanda, kif ukoll l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kanada. Wieħed ma jridx jinsa li bħal kull suq ieħor, is-suq tal- broadband huwa bbażat fuq is- supply and demand. Filwaqt li f'Malta għandha infrastruttura li tista' tipprovdi sa 50Mbs il-maġġoranza l-kbira tad-domanda hija għal konessjonijiet ta' 5Mbs jew inqas. Madankollu, l-Gvern bħala parti mill-istrateġija "Smart Island" diġà għamilha ċara li qed ikun ser jiffaċilita l-implimentazzjoni tan- next generation networks li ser iwasslu għall-konessjonijiet ta' speeds għoljin ħafna fid-djar u negozji Maltin. Dawn huma proġetti ambizzjużi ħafna li jridu ppjanar fit-tul u li se jkollhom impatt fuq in- networks tal-komunikazzjoni li l-pajjiż ser juża fis-snin li ġejjin.

Valletta Boat Show — spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli mill-organizzazzjoni tal-Valletta Boat Show li sar f'Dock 1? X'kienet l-ispiża li tħallset lill-Awtorità Marittima ta' Malta jew taħt min taqa' ir-responsabilità ta' Dock 1?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Valletta Boat Show hija organizzata mill-kumpanija Network Publications. L-Awtorità Marittima ma titlobx flus lill-organizzatur ta’ dan l-avveniment għax l-iskop prinċipali tagħha huwa li tuża’ dan l-avveniment sabiex isir showcase tal-proġetti li jkunu ser jitwettqu fil-lokalitajiet magħżula, is-sena l-oħra il-Menqa, il-Marsa u din is-sena Dock 1, Bormla - u fl-istess waqt tkun xprun sabiex is-settur tal-yachting f’Malta jkompli jiffjorixxi.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Serqiet rappurtati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-Pulizija milll-Ministeru/dipartimenti/ korporazzjonijiet/awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul din is-sena? Kemm huwa kkalkulat il-valur misruq u x'natura ta' oġġetti eċċ. insterqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma kienx hemm serqiet rappurtati lill-Pulizija mill-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.

Awtorità dwar it-Trasport — kumpanija tas-CVA u sistema tal-Park and Ride

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tħallas l-Awtorità dwar it-Trasport kull xahar lill-kumpanija CVA Technology Co Ltd għal tħaddim tas-sistema tas-CVA? Kemm tħallset din il-kumpanija sa minn meta bdiet topera s-sistema tas-CVA? Kemm huwa l-ammont li għandu dovut lil din il-kumpanija? Kemm ġiet tiswa lill-Gvern is-sistema tal-Park and Ride sa mill-bidu ta' l-operat tagħha? Kemm tilef bħala medja l-Gvern mit-tneħħija tal-V licence?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — trasferiment tal-uffiċċji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11183 u 11006 u jikkonferma li l-uffiċċju tal-Awtorità dwar it-Trasport se jiġu trasferiti għall-Maritime Centre fil-Marsa? Jekk fl-affermativ, kemm hi l-kera li titħallas bħalissa għall-uffiċċji u kemm se tkun il-kera l-ġdida?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-ADT, inkluż in-Network Infrastructure Directorate, ser tkun trasferita għall-Maritime Centre fil-Marsa. Il-Kera li tħallas bħalissa l-ADT hija, ta’ €61,505. Peress li kemm l-Awtorità Maritima li hija s-sid tal-Maritime Centre, kif ukoll l-ADT ġew amalgamati f’Awtorità waħda, b'hekk issa l-ADT hija s-sid tal-Maritime Centre u mhux ser ikun hemm ħlas ta’ kera.

Passaġġi fir-raba'

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4406 dwar passaġi fir-raba', jista' l-Ministru jgħid kienx hemm xi żviluppi minn meta ngħatat ir-risposta f'seduta 78 tat-2 ta' Frar 2009? Jista' jgħid għaldaqstant jekk sarx il-ftehim mill-Ministru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali biex ikun hemm pjan ta' xogħol fil-manutenzzjoni ta' passaġi fir-raba'?

Response (GATT, AUSTIN)

Filwaqt li nfakkar lill-Onor Interpellant li l-manutenzjoni ta' passaġġi fir-raba' mhix responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi, irrid ngħid li fil-konfront tal-Mistoqsija Parlamentari 4406 m'għandix x'inżid mar-risposta li kont tajt fi Frar 2009.

Mosta — Pont tal-Isperanza - Ħajt tal-ilqugħ

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8075 tas-seduta 118 tas-27 ta' Mejju 2009 dwar x-xogħol ta' lqugħ li kien maħsub li jsir mill-Awtorità dwar it-Trasport fuq il-Pont tal-Isperanza fil-Mosta, jista' l-Ministru jgħid jekk dan x-xogħol huwiex prijorità tal-awtorità, jekk hux ser jsir u meta? Tista' l-Awtorità dwar it-Trasport tiftiehem mal-Kunsill Lokali tal-Mosta biex jsir dan x-xogħol, ladarba l-istess kunsill lokali għandu applikazzjoni għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex jsir xi xogħol ta' manutenzzjoni fuq dan il-pont?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT biex isir il-koordinament meħtieġ.

Awtorità dwar it-Trasport — gwardjani lokali u pulizija tat-traffiku f'roundabouts

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport, jara li flimkien mal-pulizija tat-traffiku jkun hemm aktar preżenza ta' gwardjani lokali jew gwardjani tal-Awtorità dwar it-Trasport f'roundabouts u toroq ewlenien f'ċertu ħinijiet fejn it-traffiku jkun kwazi wieqaf minħabba l-amount kbir ta' vetturi? Dan sabiex f'toroq ewlenien jibdew jidhru aktar pulizija u uffiċjali oħra u b'hekk it-traffiku jiġi aktar faċilitat.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċjali tal-Infurzar ta' l-ADT m'humiex responsabbli milli jidderieġu t-traffiku. Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Financial Report 2008

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' nefqa rikorrenti supplimentari ta' aktar minn €101 miljuni kif jidhru bħala li ġew minfuqa f'paġna VII tal-Financial Report 2008 ppubblikat mit-Teżor?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ispjega li qed jitlob l-Onor Interpellant tintstab fis-Supplimentary Financial Estimates 2008.

Sant' Iermu — Proġett - ħlas lill-perit

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-perit li ġie inkarigat mill-proġett ta' Sant Iermu? Kif ġie magħżul dan il-perit? X'inhu l-brief li ngħata? X'xogħol wettaq s'issa? Kemm bagħat kontijiet s'issa u kemm tħallas sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Fir-rigward tal-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 6474. Il-brief li ngħata l-perit, jagħmel parti mill-viżjoni tal-Gvern li ppubblika fis-sena 2007 għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u l-madwar. Ix-xogħol li twettaq s’issa jinkludi numru ta’ studji u surveys kif ukoll l-ipproċessar ta’ diversi applikazzjonijiet tal-MEPA. Il-kontijiet mibgħuta jammontaw għal € 275,785 li jinkludu € 74,932 fuq xogħol ta’ surveys. Sal-lum tħallset is-somma ta’ € 193,466.

Ċirkewwa — Terminal - proġett

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat fiex wasal il-proġett tat-Terminal taċ-Ċirkewwa? Kemm kienet in-nefqa proġettata lura għas-snin 2002/2003? Kemm intnefaq sal-lum, maqsumin fuq kull sena u għaliex dan il-proġett dam daqstant? Fl-istess waqt, nitlob li jiġi ppubblikat kemm kien ser jiswa oriġinarjament il-proġett tat-Terminal tal-Imġarr, kemm dam għaddej ix-xogħol fuqu, kemm ġie jiswa d-differenza fl-ispiża għal kull terminal, l-għaliex u fid-dettall?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Parking meters

Question

Jista' l-Mnistru jagħmel dikjarazzjoni kategorika li kuntrarju għal dak li ġie rrapportat minn Public Boardcast Services f'bulettin tal-aħbarijiet fuq TVM li l-Gvern m'għandu l-ebda ħsieb li jintroduċi jew idaħħal parking meters? Jista' jgħid jekk sarux xi studji preliminari dwar il- feasibility ta' din il-miżura? Jekk iva, jista' jippubblikahom, irrispettivament u indipendentament mir- rakkmandazzjonijiet jew konklużjonijiet tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi qatt ma' ħadem jew ikkunsidra d-dħul ta' parking meters.

Kupuni tal-bozoz

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li bosta persuni li jgħixu waħedhom ġew miċħuda mid-dritt li jkunu intitolati għall-kupuni tal-bozoz? Minn mindu l-Gvern talab lil dawk il-persuni jibdew jirreġistraw ruħhom mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex ikunu jistgħu jinħarġulhom il-kupuni konċernati kemm nies irregistraw s'issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

open top buses — liċenzji

Question

Jaf il-Ministru li l-open top buses kollha liċenzjati f’Malta mhumiex konformi mar-regolamenti dwar is-servizzi ta’ ġarr tal-passiġġieri (legal notice 149\09)? Beħsiebu jordna li l-liċenzji ta’ dawn l-open top buses kollha jiġu rtirati? Jekk ir-risposta tkun fin-negattiv, għall-inqas jikkonsidra li jagħti liċenzji simili lil dawk l-operaturi li importaw l-open top buses qabel ma ġew promulgati dawn ir-regolamenti? Dan sabiex issir ġustizzja ma' kulħadd u ma tippersistix id-diskriminazzjoni li hemm. Jista' jgħid matul dawn l-aħħar 18-il xahar kemm ħarġu liċenzji ta’ open top buses, lil min u jekk dawn il-buses humiex konformi mar-regolamenti dwar is-servizzi tal-ġarr tal-passiġġieri (legal notice 149\09)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Open Top Buses liċenzjati f’ Malta huma kollha konformi mar-rekwisiti stipulati fl-Avviż Legali 149 tal-2009

Pjanti tal-Proġett ta' Bieb il-Belt

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11304, ngħarraf lill-Ministru li l-proġett li qed nirreferi għalih huwa l-proġett ta' Bieb il-Belt. Għaldaqstant, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern stqarrx illi tħallset figura ta' €1.4 miljun għar-reklamar u għall-pjanti tal-proġett ta' Bieb il-Belt? Jista' jagħti breakdown ta' kif ġew allokati €1.4 miljun?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposti li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari Nru. 10456 u 10457.

Awtorità dwar it-Trasport — kontijiet ta' liċenzja b'lura

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-Awtorità dwar it-Trasport qed tibgħat kontijiet ta' liċenzji b'lura lin-nies li ġew eżentati milli jħallsu taxxa ta' reġistrazzjoni, kif ukoll ta' liċenzji tat-triq għal min huwa detenur ta' disabled batch? Jista' jagħti l-figura totali tan-nies li ntbagħtitilhom din l-ittra u l-ammont ta' flus li l-awtorità qed tistenna li tiġbor?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorità dwar it-Trasport bagħtet seba’ (7) ittri lil nies differenti għaliex instab li dawn ma kellhomx eżenzjoni għal ħlas tal-liċenzja iżda eżenzjoni għal ħlas għat-taxxa tar-reġistrazzjoni biss. It-total ta’ flus li trid tiġbor l-ADT huwa € 1,364.06.