Dipartiment tal-Casualty u Emerġenza tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex — Data Protection Unit - Computer Centre
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-computer centre tad-Data Protection Unit sar taħt id-Dipartiment tal-Casualty u Emerġenza tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Tikkonsidra li dan għandu jinstablu post aktar addattat barra l-bini tal-Isptar u li din il-kamra terġa' tibda tintuża għall-bżonnijiet tal-isptar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-computer centre m'għandu x'jaqsam xejn mad-Data Protection Unit imma hu direttament relatat mas-sistemi IHIS (Integrated Health Information Systems) u sistemi oħra relatati mal-Informatika.
B’referenza għat-tweġiba li tat għall-mistoqsija parlamentari 29792 dwar il-proġett tal-pixxina li se tinbena fir-Rabat, Għawdex, tista’ l-Ministru tgħid:
a) jekk is-€6.2 miljun li huwa stmat li se jiswa l-proġett humiex diġà kommessi fl-
accounts
tal-Ministeru biex jintnefqu;
b) min ħa l-offerta għall-konsulenza u assistenza fid-disinn tas-sistema mekkanika, elettrika u ambjentali tal-pixxina? Meta kienet ġiet ippubblikata din l-offerta? X’inhu n-numru tagħha? Meta ġiet assenjata? Kemm hu l-valur kontrattwali ta’ din l-offerta; u
ċ) min ħa l-offerta għall-bini tal-pixxina? Meta kienet ġiet ippubblikata din l-offerta? X’inhu n-numru tagħha? Meta ġiet assenjata? Kemm hu l-valur kontrattwali tagħha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress illi l-ispiża m'hijiex se titħallas mill-vot għall-2011, il-fondi għal dan il-proġett għadhom m'humiex kommessi.
Ninsab infurmata li l-offerta numru GSC 7/2011 għall-Konsulenza u Assistenza fid-disinn tas-sistema Mekkanika, Elettrika u Ambjentali tal-pixxina ġiet ippubblikata fit-13 ta' Lulju 2011 u ġiet assenjata nhar l-14 t'Ottubru 2011 lill-Kumpanija Natare Corporation. Il-valur kontrattwali huwa ta' €101,000.
Is-sejħa għall-offerti għall-bini tal-pixxina għadha ma ġietx ippublikata.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha hux qed jippromwovi l-esperjenza tas-sajd lit-turisti f'Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x'sar s'issa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru qiegħed f'diskussjonijiet biex jippromwovi din it-tip ta' esperjenza flimkien ma' esperjenzi l-oħra li Għawdex diġà qiegħed joffri.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk inħolqitx xi infrastruttura ġdida f’dawn l-aħħar sentejn ta’ faċilitajiet temporanji ta’ irmiġġ għall-jottijiet u bħala sapport għas-suq tal-cruise liners? Jekk fl-affermattiv, fejn inħolqu u meta? Jekk fin-negattiv, hemm xi pjan biex tinħoloq din l-infrastruttura? Jekk hemm, tista’ tpoġġi kopja ta’ dan il-pjan fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn Transport Malta.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha? Tista' tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena l-ammont ta' direct orders li ngħataw mill-Ministeru u mid-Direttorati li jaqgħu taħtu huwa kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
xogħlijiet artistiċi biex isebħu inħawi u postijiet pubbliċi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm se jintużaw xogħlijiet artistiċi mill-abbozzi sottomessi sabiex isebbħu inħawi u postijiet pubbliċi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li wara li aktar kmieni din is-sena, daħlu numru ta' sottomissjonijiet minn numru ta' artisti, kumitat imwaqqaf għal dan il-għan, għażel 43 biċċa tax-xogħol li matul ix-xhur u snin li ġejjin ikunu jistgħu jiġu mwettqa fil-kobor f'inħawi u postijiet pubbliċi.
Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji kollha relevanti u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti dwar l-investiment li jissemma f'paġna 54 tad-Diskors tal-Budget dwar kumpanija privata internazzjonali fil-proġett konness mal-ilma?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Istqarrija Pubblika Numru 1658 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fis-7 ta' Settembru 2011, liema stqarrija qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm inkrew vetturi mill-bidu tas-sena 2008 sa Novembru tas-sena 2011 għall-użu tal-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tagħha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar vetturi mikrija mill-Ministeru għal Għawdex u d-direttorati li jaqgħu taħtu hija mogħtija fil-lista annessa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha, maqsuma skont il-kategorija, matul is-sena 2011? Tista' tgħid kif saret is-sejħa għal kull impjieg?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar fl-2010 u din is-sena s'issa biex jitħejja pjan għad-diversifiazzjoni ogħla tal-impjiegi f'Għawdex? Jekk sar, tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjan għad-diversifikazzjoni ogħla tal-impjiegi f’Għawdex huwa inkorporat fl-istrateġija tar-riżorsi umani għal Għawdex. Nirreferi għalhekk lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 29391.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar fl-2010 u din is-sena s'issa biex jitwaqqaf one-stop shop f'Għawdex fejn investituri prospettivi u uffiċjali ta' kumpaniji jkunu jistgħu jiltaqgħu ma' regolaturi, ma' uffiċjali għall-impjiegi u taħriġ u ma' uffiċjali tal-Malta Enterprise?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-inizjattiva taqa' taħt ir-responsabilità tal-Malta Enterprise u allura taqa' wkoll taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment. Madankollu rappreżentanti tal-Ministeru għal Għawdex kienu nvoluti u attendew għal diversi laqgħat dwar dan is-suġġett u flimkien mal-Malta Enterprise ġie identifikat post ċentrali minn fejn jista' jiġi mħaddem dan il-one-stop shop.
Tista' l-Ministru tgħid xi skemi ġodda nħolqu u liema skemi eżistenti ġew modifikati fl-2010 u din is-sena s'issa biex ikun hemm diskriminazzjoni pożittiva favur l-investiment f'Għawdex? Tista' tgħid fiex jikkonsistu l-iskemi l-ġodda u x'inhuma l-modifiki li saru għal skemi eżistenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz tal-Micro Invest Scheme sidien ta' negozji żgħar u medji meta jinvestu f'Għawdex jistgħu jirkupraw sa massimu ta' sittin fil-mija (60%) tal-investiment li għamlu f'income tax credits. L-istess rata applikabbli f'Malta hi ta' erbgħin fil-mija (40%) tal-investiment li dawn l-entitajiet ikunu għamlu.
Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-2010 u din is-sena s'issa sarx xi studju biex jiġi stabbilit fejn qed jaħdmu l-gradwati Għawdxin u biex jistabbilixxi x'ħiliet u riżorsi għandhom x'joffru biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp t'Għawdex? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istudju?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudju msemmi jifforma parti essenzjali mill-istudju relatat mal-istrateġija tar-riżorsi umani għal Għawdex. Nirreferi għalhekk lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 29391.
Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-2010 u din is-sena sarx xi studju biex jiġi stabbilit il-livell ta' konnettività bl-IT biex f'Għawdex ikun hemm is-sapport meħtieġ għal-livell b'saħħtu f'dan is-settur? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istudju?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar fl-2010 u din is-sena s'issa fuq kampanja ta' reklamar t'Għawdex bħala destinazzjoni unika għall-għaddasa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li fl-2010 il-Ministeru ffoka fuq reklamar ġenerali li kien jittratta wkoll dan il-qasam, din is-sena l-Ministeru bħala parti mill-pjan t'azzjoni għal Eko-Għawdex 2010-2012 iffoka fuq sensiela ta' proġetti li jirreklamaw lil Għawdex u Kemmuna bħala destinazzjoni distinta fil-qasam tad-diving.
Kemm fuq livell rikreattiv kif ukoll dak tekniku, saru proġetti ta' promozzjoni mal-Plongee fi Franza, mal-Unterwasser u t-Taucher.Net, għas-suq fil-Ġermanja, kif ukoll kampanja intensiva ta' reklamar fuq il-medja fir-Renju Unit.
Qed isir ukoll xogħol fuq filmati qosra relatati mal-qasam tad-diving biex dawn ikunu jistgħu jintużaw bħala għodda importanti għar-reklamar ta' Għawdex bħala destinazzjoni distinta f'din in-niċċa partikolari.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru konferenzi internazzjonali f'Għawdex din is-sena u tagħti d-dettalji?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-konferenzi nternazzjonali organizzati f’Għawdex li dwarhom il-Ministeru jista’ jagħti nformazzjoni dettaljata kienu dawn:
· F’ Marzu tal-2011 saret konferenza internazzjonali mnedija mill-International Journal of Arts & Sciences b’kollaborazzjoni mal-Kampus tal-Università ta’ Malta f’Għawdex.
· F’Ġunju ta’ din is-sena saret ukoll konferenza fuq l-istrateġija komuni għall-agrikoltura fil-gżejjer tal-Mediterran. Għal din il-konferenza attendew delegati minn pajjiżi fil-gżejjer tal-Mediterran li kienu ħadu sehem fil-proġett
Agrisles
.
· F’Settembru l-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz organizza konferenza internazzjonali fuq il-volontarjat.
· F’Settembru wkoll, il-Kunsill Lokali tan-Nadur organizza konferenza li għaliha attendew madwar erbgħin (40) delegat barrani. Din kienet relatata maċ- Charter of European Rural Communities.
· F’Settembru sar ukoll seminar internazzjonali bl-isem ta’ Gozo Heritage in Stone organizzat bħala parti mis-sitt edizzjoni tal-Qala International Folk Festival.
· F’Ottubru tal-2011 il-Kunsill Lokali tax-Xagħra organizza konferenza internazzjonali dwar l-istorja, metodi ta’ użu u kultivazzjoni tas-siġra tat-tin. Dan is-seminar sar fil-preżenza ta’ delegazzjoni taljana ta’ madwar erbgħin (40) persuna.
Minn informazzjoni oħra li ġabar il-Ministeru minn operaturi kummerċjali jidher li b’kollox saru madwar sbatax-il konferenza internazzjonali f’Għawdex li għalihom attendew minn tletin (30) sa mitt (100) delegat barrani.
Iktar informazzjoni fuq dawn il-konferenzi ma setgħetx tingħata minn dawn l-entitajiet minħabba n-natura kummerċjali ta’ dawn it-tip ta’ avvenimenti.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar f 'Għawdex permezz tal-iskema create?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment li hu responsabbli mill-Malta Enterprise peress li t-tali skema hi mħaddma minnu.
Tista' l-Ministru tgħid x'għamel il-Ministeru din is-sena biex jiġu megħluba l-faqar u l-esklużjoni soċjali f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Ministeru għal Għawdex dejjem għaddej b'ħidma ndirizzata biex toffri ħajja aħjar fil-gżira Għawdxija. Il-faqar u l-esklużjoni soċjali tista tiġġildilhom fost l-oħrajn b'investiment fl-edukazzjoni, investiment fil-qasam tas-saħħa u ħolqien ta' impjiegi, investiment fl-infrastruttura u attivitajiet oħra mmirati biex f'Għawdex jibqa' jkun hemm livell t'għajxien tajjeb. Ħafna mill-proġetti li għaddejjin bħalissa f'Għawdex huma xprunati minn dan t'hawn fuq u għandhom il-mira li jkomplu jtejbu l-istil tal-ħajja f'Għawdex b'mod partikolari għal ġid ta' min hu l-aktar żvantaġġat.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29301, tista' l-Ministru tagħti informazzjoni speċifika għal kull wieħed mit-80 proġett f'liema stadju wasal, kemm intnefqu flus fuqu u kemm huwa mbassar li jintnefqu għal kull proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti tal-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 29683 u 30035.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29683, tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni kif mitluba u ċioe tgħid kemm intnefqu u kemm tħallsu flus fl-2010 u din is-sena s'issa separatament fuq proġetti, miżuri, eċċ. b’rabta ma’ eko-Għawdex? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont il-proġett, miżura, eċċ.? Tista’ tgħid kemm hemm flus kommessi li għadhom ma tħallsux?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fl-2010 l-ispiża ta' fuq il-proġetti laħqet is-somma ta' €1,441,723 fil-waqt li sal-2011 hu mistenni li jkun sar xogħol b'valur ta' €5,699,999.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 30035.