Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korporazzjoni Enemalta — reviżjoni fit-tariffi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji kienet ibbażata r-reviżjoni tat-tariffi li saret f’Marzu 2009? Jista' jgħid ukoll kif dawn il-kriterji żviluppaw matul din is-sena? Jista' jgħid x’inhuma l-prezzijiet tas-suq taż-żjut li tuża l-Korporazzjoni Enemalta biex tipproduċi l-elettriku llum u x’inhuma l-prezzijiet li s-suq qed jipprevedi għall-2010? Jista l-Ministru jgħid jekk hux maħsub li jitbiddlu l-prezzijiet tal-ilma u l-elettriku u jekk iva, meta? Jekk hemm bżonn bidla fit-tariffa, jista' jispjega għaliex hemm bżonn tali bidla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Resources Authority — Kuntratti tac-chairmans

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Malta Resources Authority tiffirmax kuntratti ta' impieg mal-persuna li tokkupa l-kariga ta' Chairman? Jista' jgħid min kienu l-aħħar tliet persuni li okkupaw din il-kariga? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti in kwistjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Pembroke — Triq Pietro Darmanin - Provista ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni li wasslet biex tinqata' l-provista tad-dawl fi Triq Pietro Darmanin, Pembroke? Jaf li din l-azzjoni ilha ġimgħatejn, partikolarment fil-pjazza ta' quddiem il-bini tal-Gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tad-drenaġġ — ħinijiet tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11402 u 11182 u jispjega t-tibdil propost fil-ħin tax-xogħol għall-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ħin tax-xogħol għall-ħaddiema tas-sezzjoni tad-Drenaġġ huwa bħal dak tas-sezzjoni tal-Water Operations skond il-Ftehim Kollettiv u huwa kif jidher fuq id-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuna Awstraljana b'ċittadinanza doppja — liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'irid isir minn persuna li għandha ċ-ċittadinanza doppja li jkollha liċenzja tas-sewqan Awstraljana valida u li trid iġġib il-liċenzja Maltija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-persuna li qiegħda f'dik il-pożizzjoni msemmija mill-Onor. Interpellant, għandha tiġbor formula għal dak il-għan mill-ADT u ssegwi l-proċedura stabbilita.

Financial Report 2008

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11410 u r-risposta mogħtija, jista' l-Ministru jagħti dettalji line item b'line item taħt il-Vot ta' nefqa rikorrenti? Kemm kienu l-estimi oriġinali ta' l-2008? Kemm żdiedet in-nefqa line item b'line item, in-nefqa supplimentari u n-nefqa rikorrenti taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Kirjiet ta' għamara, pitturi u pjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi kirjiet ta' għamara u/jew pitturi u/jew pjanti mill-uffiċċju tiegħu u dekasteri oħra li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jinfurmani fid-dettall xi flejjes qed jitħallsu għal dawn il-kirjiet separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tal-Ismijiet tat-Toroq — twaħħil ta' isem

Question

Jista' l-Ministru jordna lid-Dipartiment tal-Ismijiet tat-Toroq biex jitwaħħal l-isem ta' sqaq li ġie approvat bl-isem Sqaq Nru 1, Triq Atlone, Paola?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ħat-Tarxien — bus shelter fi Triq iż-Żejtun

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir bus shelter fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta, fi Triq il-Knisja ma' Triq iż-Żejtun, Tarxien li ilu mwiegħed snin? L-Awtorità dwar it-Trasport fl-2007 kienet ressqet pjanta quddiem il-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien ta' kif kien sejjer jitwaqqaf dan il-bus shelter u issa sentejn wara reġgħet waslet xitwa oħra u din il-bus shelter għadha ma saritx.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gżira, Tarxien, Sliema, Tignè u San Ġiljan — bini kbir

Question

Billi l-proġetti ta' bini kbir li qed isiru jew se jsiru ġol-Gżira, Tarxien, Sliema, Tignè u San Ġiljan se jwasslu għal żieda ta' traffiku mill-Imsida, jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' traffic assessment sar fuq dawn il-proġetti? Kif se jolqot lir-residenti Msidjani? X'passi se jieħu l-Gvern biex l-impatt jitnaqqas?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sea plane ġdid — storbju

Question

Issa li fil-Port il-Kbir beda jopera sea plane ġdid li huwa akbar u ħafna aktar storbjuż minn ta' qablu u qed joħloq inkonvenjenti lill-abitanti u barra minn hekk hemm każijiet meta r-riħ ikun qawwi ħafna fejn dan l-ajruplan ma jkunx jista' jinżel fil-port u wara xi tliet attentati jirnexxilu, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx assessment tal-perikli li jista' jikkawża dan l-ajruplan? Sar assessment dwar il-ħsejjes kbar li joħloq dan l-ajruplan u r-riħa ta' exhaust li jikkawza?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li qabel beda dan is-servizz, kienu saru studji neċessarji dwar l-impatt li servizz bħal dan jista’ jkollu. L-ajruplan għandu ċ-ċertifikati kollha, inklużi dak dwar il-ħoss li jiġġenera, li huma meħtieġa mir-Regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropeja.

Viset — mużika filgħaxijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk min-naħa tal-Viset hux qed issir sorveljanza dwar volumi ta' mużika filgħaxijiet? Huwa ppjanat li fil-futur isiru xi concerts li ma jżommux mal-ħinijiet stabbiliti mil-Ligi? Għalkemm il-post huwa liċenzjat bħala multifunctional dan ma jfissirx li jistgħu jinkisru l-liġijiet.

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Mosta — Santa Margerita - żieda fit-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jiżdied is-servizz tat-trasport pubbliku fiż-żona ta' Santa Margerita fil-Mosta, minħabba l-fatt li kif inhu bħalissa jista' joħloq xi inkonvenjent lir-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-talba qiegħda tiġi ikkunsidrata fil-qafas tar-riforma tat-Trasport Pubbliku.

Manutenzjoni estensiva fuq toroq — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' toroq li hemm fuq il-waiting list biex issirilhom manutenzjoni estensiva jew kisi mill-ġdid bit-tarmak? Kemm ilhom jistennew it-toroq li hemm miktubin biex issir manutenzjoni fuqhom u meta huwa ppjanat li kull triq tiġi rranġata kif jixraq għaż-żmenijiet tal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave f'din l-aħħar sena, kemm jekk saru minn nisa u kemm jekk saru minn irġiel, fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi kien hemm 3 talbiet għall-parental leave u dawn kollha intlaqgħu.

Qtugħ ta' l-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid tul l-istaġun tas-sajf li għadda xi qtugħ ta' elettriku kien rappurtat mill-Korporazzjoni Enemalta? X'kienet ir-raġuni ta' dan il-qtugħ? Kemm kien it-tul tal-qtugħ u kif dan jipparaguna mas-snin ta' qabel?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Sezzjoni tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li s-sezzjoni tad-drenaġġ tieħu ħsieb każ ta' familja li wara x-xita li għamlet, fir-residenza tagħhom daħal kwantità kbira ta' drenaġġ? Jista' jara li jitmexxa l-każ ta' din il-familja li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta' l-individwu konċernat.

Wied il-Għajn u Gudja — tiswijiet ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-qagħda ta' dawn it-toroq: a) Vjal it-Torri - Gudja? b) Vittorio Cassar - Wied il-Għajn? ċ) Gużeppi Stivala - Wied il-Għajn? Jista' jindika meta se jissewwew/jinbnew mill-ġdid, it-toroq imsemmija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kemm Triq Vittorio Cassar, f'Wied il-Għajn kif ukoll parti minn Triq it-Torri, fil-Gudja, it-tnejn li huma mhumiex asfaltati. Fil-każ ta' Triq Vittorio Cassar f'Wied il-Għajn ix-xogħlijiet għandhom jibdew fil-ġimgħat li ġejjin. Min-naħa l-oħra Triq it-Torri fil-Gudja mhix fil-lista ta' toroq li jridu jsiru din is-sena. Rigward Triq Ġużeppi Stivala f'Wied il-Għajn, l-Onor Interpellant huwa mitlub jagħti indikazzjoni ta' fejn qiegħda din it-triq għaliex, anke wara konsultazzjoni mal-kunsill lokali rispettiv ma setax ikun stabbilit sewwa sew fejn qiegħda f'Wied il-Għajn.