Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li l-Ministeru tagħha ħareġ matul din il-leġislatura dwar il-ħidma tagħha għall-
perjodu 2008-2013.
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti maħruġa mill-Ministeru għal Għawdex għas-snin imsemmija.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30437, tista’ l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru s’issa fuq Triq Franġisk Portelli, San Lawrenz? Tista’ tgħid kemm se jiswew ix-xogħlijiet li se jsiru fuq din it-triq u fuq Triq San Lawrenz? Minn liema Vot kapitali se jitħallsu dawn ix-xogħlijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fi Triq Franġisk Portelli qegħdin isiru xogħlijiet fuq servizzi u ġew manifatturati concrete units tas-service culvert. Il-valur tal-kuntratt huwa ta’ €684,099. Dawn se jitħallsu mill-Vot kapitali tat-toroq.
Peress li l-ġenituri tat-tfal li jattendu l-special unit ta' Sannat qed jilmentaw minħabba t-trasport għaliex jeħtieġu vannijiet oħra, u peress li l-Interpellant semmiet din il-kwistjoni fid-Dibattitu dwar l-estimi ta' Għawdex iżda l-Ministru ma qalet xejn, tista' l-Ministru tgħid kif din il-kwistjoni se tiġi indirizzata biex tiġi riżolta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet ta’ tiswija li hemm bżonn biex tkun tista' tintuża t-tieni vanse jkunu lesti fi żmien qasir u b’hekk tiġi solvuta l-problema.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li l-Ministeru tagħha se jwettaq f’Għawdex sena sena
fl-2012 u fl-2013? Kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu
ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22880.
Ministeru għal Għawdex — nefqa globali fuq mobile phones
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtha għall-mobile phones(kemm xiri kif ukoll it-telefonati) għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-nefqa globali tal-Ministeru u d-direttorati li jaqgħu taħtu għal mobile phones (kemm xiri kif ukoll telefonati) għall-perjodu minn Settembru 2010 sa Settembru 2011 kienet €25803.68.
Tista’ l-Ministru tgħid liema miżuri, eċċ. minn Eko Għawdex:
a) nbdew u tlestew s’issa;
b) nbdew u għadhom ma tlestewx, meta mistennija jitlestew
ċ) mistennija jibdew fl-2012; meta mistennija jitlestew?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm sewa/ kemm mistenni li jiswa kull proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan t'Azzjoni Eko-Għawdex.
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ukoll għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari Numru 30084.
Ministeru għal Għawdex — nefqa globali fuq stationeries
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtha għal stationeries għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-nefqa globali tal-Ministeru u d-direttorati li jaqgħu taħtu għal stationeries għall-perjodu ta' 12-il xahar minn Settembru 2010 sa Settembru 2011, kienet ta' €21,052.03.
Proġetti għal Għawdex finanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-proġetti, l-iskemi, eċċ. għal Għawdex li huma kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013 u li se jitlestew fl-2012? Tista’ tgħid liema minnhom diġà qed jitwettqu? Meta bdew jitwettqu? Meta mistenni li jitlestew dawk li diġà qed jitwettqu u mhux se jkunu lesti fl-2012? Meta bdew jitwettqu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġetti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex huma skont it-tabella annessa. Rigward proġetti oħra li qed isiru f'Għawdex nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Onorevoli Prim Ministru.
Għawdex — proċess biex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk bediex il-proċess biex f'Għawdex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali? Jekk
fin-negattiv, meta hu mistenni li jinbeda? Fejn hu s-sit li fuqu mistenni li jitwaqqaf dan il-mużew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19965.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuwa programmat li jsir fl-2012 bil-fondi taħt il-Vot Kapitali III item 7211 (i) EU Structural Funds 2007-2013 - Ministry? Tista’ tagħti l-ispiża stmata għal kull proġett? Tista’ tagħti d-data tal-bidu u tat-tmiem ta’ kull proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija skont it-tabella hawn annessa.
Tista’ l-Ministru issa tgħid fejn huwa s-sit magħżul għall-uffiċċji relatati ma' back office? Meta beda, jekk beda, x-xogħol fuq dawn l-uffiċċji?
Jekk ma nbediex meta mistenni li jinbeda? Meta mistenni li jitlesta? Liema xogħol ta’
back office
ġie magħżul li jiġi trasferit għal Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-sit magħżul għall-uffiċċji relatati ma' back office jinsab f'parti mill-iskola Roża Magro fix-Xewkija. Ix-xogħlijiet fuq dan is-sit bdew f'Lulju 2010 u għandhom jitlestew f'Jannar 2012.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Numru 29797.
Ministeru għal Għawdex — nefqa globali fuq hospitality
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtha għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li n-nefqa globali tal-Ministeru u d-direttorati li jaqgħu taħtu għall-perjodu ta' 12-il xahar minn Settembru 2010 sa Settembru 2011, kienet ta' €17,120.09.
Tista' l-Ministru tgħid kemm metri kwadri ta’ passaġġi fil-kampanja (farm access roads) nbnew fid-diversi rħula f’Għawdex matul l-2010 u din is-sena? Kif kienu maqsumin skont il-lokalità? X’inhi r-referenza tal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal kull xogħol li sar? X’kienet in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet, skont il-lokalità? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet li saru lill-Ministeru tagħha għal dawn ix-xogħlijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul l-2010 saru 3558 metri kwadri ta' passaġġi fir-raba bi spiża ta' €25,815 u fl-2011 s'issa saru 1575 metri kwadri ta' passaġġi bi spiża ta' €16,331. L-ispiża kkwotata ma tinkludix il-pagi tal-ħaddiema li ħadmu dan ix-xogħol.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm metri kwadri ta’ ħitan tas-sejjieħ inbnew fid-diversi lokalitajiet f’Għawdex matul l-2010 u din is-sena sal-lum? Kif kienu
maqsumin skont il-lokalità? Tista’ tagħti r-referenza tal-applikazzjoni li saret lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal kull xogħol li sar?
X’kienet in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet, skont il-lokalità? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talbiet li saru lill-Ministeru tagħha għal dawn
ix-xogħlijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul l-2010 nbnew 2119 metri kwadri ta' ħitan tas-sejjieħ bi spiża ta' €2,871 u li matul l-2011 sa issa nbnew 1637 metri kwadri bi spiża ta' €3,293. L-ispiża kkwotata ma tinkludix il-pagi tal-ħaddiema li ħadmu dan ix-xogħol.
Jiena nfurmata wkoll li permezz tal-iskema għall-proġetti ta' Eko-Għawdex għall-kunsilli lokali saru wkoll tul ta' 5 kilometri ta' ħitan tas-sejjieħ. L-ispiża taħt din l-iskema għadha qed tinħadem.
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu mill-2008 sal-lum biex il-Ministeru jiġi ristrutturat? Tista’ tgħid x’inhuma r-responsabbiltajiet li ngħataw lill-karigi li nħolqu ġodda? Min kellu dawn ir-responsabbilitajiet qabel?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14213.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li d-Direttur Ġenerali (Strategy and Support) hija responsabbli għall-iżvilupp u implimentazzjoni ta' proġetti settorali li huma ta' potenzjal strateġiku għal Għawdex. Barra minn dan, id-Direttur (Eco Gozo Regional Development) huwa responsabbli għat-twettiq tal-istrateġija għal Eko Għawdex filwaqt li d-Direttur (Tourism and Economic Development) huwa responsabbli għall-iżvilupp u s-sostenn tal-industrija tat-turiżmu f'Għawdex.
Tista’ l-Ministru tgħid x’sar s’issa fuq il-master plans għal Marsalforn u x-Xlendi? Tista’ tgħid meta mistennija jibdew ix-xogħlijiet fuq dawn
il-proġetti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fuq il-Masterplan ta' Marsalforn saru l-pjanti, konsultazzjonijiet ma' stakeholders, saret applikazzjoni mal-MEPA li ġiet approvata, u qegħdin jitħejjew id-dokumenti għas-sejħiet għall-offerti. Jiena nfurmata wkoll li fuq il-Masterplan tax-Xlendi saru l-pjanti u qegħdin isiru l-konsultazzjonijiet meħtieġa.
Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja — social workers
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm social workers fid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja u tgħid l-average case load ta' kull social worker x'inhi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fit-Taqsima Ħidma Soċjali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex hemm 6 social workers u l-average case load ta' kull social worker hija ta' 35 każ.
Dipartiment tal-Ħarsien tal-Familja — każijiet ta' aċċess supervizzjonat
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet ta' aċċess superviżjonat li qed jiġu segwiti mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Familja u tagħti din
l-informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin kull sena separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li sa Novembru 2011 it-Taqsima Ħidma Soċjali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ħadmet ma' 23 każ ta' aċċess superviżjonat
Matul is-sena 2010 n-numru ta' dawn il-każijiet kien ta' 20
Matul is-sena 2009 n-numru ta' dawn il-każijiet kien ta' 21
Matul is-sena 2008 n-numru ta' dawn il-każijiet kien ta' 18
Matul is-sena 2007 n-numru ta' dawn il-każijiet kien ta' 15.
Ministeru għal Għawdex — persuni bi grad ta' baċellerat u masters
Question
Tista' l-Ministru tgħid f'kull dipartiment li jaqa' taħt il-Ministeru kemm hemm persuni fi grad ta' baċellerat u masters, f'liema dipartiment jaħdmu u
f'liema grad qegħdin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar mill-Ministeru sabiex l-ilma tax-xita li niżel f'dawn l-aħħar ġranet jiġi maħżun u tgħid x'ħażna ta' ilma għandu l-Gvern
appuntu mill-ilmijiet tax-xita? Tista' tgħid min hu responsabbli biex iżomm
audit
jew konteġġi dwar din il-ħażna?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li matul is-sena 2010 u din is-sena, ġew imnaddfa numru ta' lqugħ tal-ilma fil-widien f'diversi lokalitajiet madwar Għawdex li permezz ta' hekk il-ħażna tal-ilma tax-xita żdiedet bi tlieta u erbgħin miljun litru.