Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minħabba fiha fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, fejn f'residenza tkun tgħix persuna waħedha, qed jiġi indikat (fil-parti ta' kemm ikunu joqogħdu persuni f'dik l-abitazzjoni) li ma jkun qed jgħix ħadd f'dak l-indirizz minkejja li l-kontijiet preċedenti huma kollha mħallsa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-fatt li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jkunu mħallsa m'għandu x'jaqsam xejn man-numru ta' persuni li jkunu indikati li joqgħodu fil-post skont l-istess kont. Fil-fatt in-numru ta' persuni li jkunu murija fil-kont huwa bbażat fuq dak li jkun tniżżel mill-konsumatur fuq il-formula dwar " dikjarazzjoni għal tibdil fin-numru ta' persuni f'residenza".

Ħal Qormi — Triq Nikol Baldacchino - qtugħ ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex fi Triq Nikol Baldacchino f'Ħal Qormi kien hemm qtugħ tad-dawl tat-triq u r-residenti ilhom iktar minn ġimgħa jirrapportaw din il-ħsara?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-ħsara li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant fil-fatt kienet irraportata lill-Enemalta fit-28 ta' Settembru u l-ħsara ssewwiet jumejn wara.

Familji mis-Siġġiewi — kumpens finanzjarju minħabba power surge

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9800, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Korporazzjoni Enemalta sal-lum għadha ma tatx il-kumpens finanzjarju lill-familji fis-Siġġiewi li sofrew ħsarat fl-apparat domestiku tagħhom minħabba power surge li seħħ fl-inħawi? Jista' jgħid meta dawn il-ħlasijiet se jingħataw?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 9800.

informazzjoni dwar ix-xiri ta' fuel tal-petrol stations

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti il-ftehim li għandha l-Korporazzjoni Enemalta fil-bejgħ tal-fuel lil petrol stations li jeżistu madwar Malta u Għawdex? Jista' jgħid kif qed iħallsu għall-fuel li qed jixtru s-sidien tal-petrol stations? Liema huma l-petrol stations li qed jixtru bi spiża ogħla u dan għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha ftehim mar-rappreżentanti tal-Pompi tal-fuel fuq struttura ta’ kommissjoni. Din l-informazzjoni hi ta’ natura kummerċjali u kunfidenzjali, f’suq miftuħ għal kompetizzjoni, fejn il-Korporazzjoni llum hija wieħed mill-kompetituri f’kompetizzjoni diretta ma’ operaturi oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — e-mails risposti mill-customer care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-e-mails li waslu għand il-Customer Care ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport mill-1 ta' Jannar 2009 ġew risposti u ttieħdet azzjoni fir-rigward tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT tirċievi medja ta' 500 email kull xahar u li fil-fatt fil-maġġoranza tingħata risposta jew tittieħed azzjoni fuqhom f'anqas minn għaxart'ijiem . Sal-lum għad hemm pendenti 491 email li fil-maġġoranza tagħhom għandhom jirċievu rispossta jew tittieħed azzjoni fuqhom fil-ġimgħat li ġejjin.

Gvern Malti u Kummissjoni Ewropea — laqgħat fuq servizzi tal-baħar bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza u/jew laqgħat formali jew informali bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea minn Marzu 2008 ‘l hawn dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex? Jekk kien hemm meta? X’kien l-eżitu tagħhom? X’inhi l-pożizzjoni llum? X’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar dan is-servizz? Hemm xi ħsieb li toħroġ offerta għat-tħaddim tiegħu mill-privat? Jekk fl-affermattiv, meta mistennija toħroġ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li minn Marzu 2008 'l hawn kien hemm korrispondenza bejn Malta u l-Kummissjoni Ewropea kif ukoll li saret laqgħa fil-ġranet li għaddew dwar is-suġġett imsemmi. Id-diskussjonijiet għadhom għaddejin bil-għan illi skond ir-regoli tal-U.E jinħareġ tender u PSO għat-tħaddim tas-servizz.

Ċirkewwa — proġett ta' faċilità gdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fuq il-proġett ta’ faċilitajiet ġodda fiċ-Ċirkewwa minn Settembru tal-2008 sal-lum? Jista’ jagħti skeda ta’ kif se jitwettqu u meta se jitlestew dawn il-faċilitajiet ġodda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn Settembru 2008 ‘l hawn saru diversi xogħlijiet fuq il-proġett taċ-Ċirkewwa fosthom disinji ġodda għall-faċilitajiet tat-terminal, studji u investigazzjonijiet ta’ natura ġeoteknika kif ukoll xogħlijiet ta’ resurfacing tat-triq u tiswija ta’ bankini fiż-żona tal-għaddasa. Ix-xogħlijiet li jridu jsiru sabiex jitlestew il-faċilitajiet ġodda fiċ-Ċirkewwa jikkonsistu f’żewġ fażijiet. L-ewwel iridu jsiru xogħlijiet ta’ faċilitajiet temporanji bħall-bini ta’ struttura li tipprovdi kenn għall-passiġġieri, għassa tal-pulizija, faċilitajiet ta’ konvenjenza pubblika, markings tat-toroq, bankini, barriers u railings . Il-proċess ta’ tendering għal dawn ix-xogħlijiet diġa beda u huwa mistenni li jitlesta fl-ewwel kwart tas-sena 2010. Dawn ix-xogħlijiet imbagħad jippermettu li jkun vvakat is-sit fejn irid isir ix-xogħol maġġuri tal-proġett fit-tieni fażi. It-tieni fażi imbagħad tinkludi l-bini ta’ terminal ġdid tal-passiġġieri, gangways li jwasslu għall-vapuri, toroq għall-aċċess, ħruġ u madwar it-terminal, bankini, bicycle lanes, parking areas, it-tlestija tan- North Quay Berth 3, l-irranġar tar- RoRo ramp, l-bini ta’ faċilitajiet għal kenn tal-passiġġieri fis- South Quay kif ukoll wkoll xogħlijiet żgħar ta’ refurbishment sabiex jitjiebu l-faċilitajiet eżistenti. Il-fażi tat- tendering ta’ din it-tieni fażi mistennija tibda fl-aħħar xhur ta’ din is-sena 2009. Jien infurmat li l-proġett kollu mistenni jkun komplut fis-sena 2012.

Pompi tal-petrol — konformità mar-regoli u direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' pompi tal-petrol f'Malta u Għawdex separatament li għadhom ma humiex konformi mar-regoli/direttivi tal-Unjoni Ewropea f'dan ir-rigward u fir-rigward tal-livelli tal-ħażna tat-tankijiet fejn jinżamm il-fuel fil-pompi rispettivi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat

Salina u Iklin — stallazzjonijiet ta' dawl fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji u jara li fin-nuqqas ta' stallazzjoni ta' dawl fit-triq li tieħu mis-Salina għall-Iklin, peress li d-dawl baqa' ma ġie stallat qatt, id-diversi cats eyes li m'għadhomx imwaħħla kif ukoll diversi signs oħra li kienu hemm iżda tkissru jew insterqu, fil-fatt jerġgħu jitwaħħlu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla — Baċir nru 1 - villaġġ tas-Snajja'

Question

Peress li ftit ilu ntqal li l-Villaġġ tas-Snajja' kellu jiġi trasferit lejn il-Baċir Nru 1 Bormla, jista' l-Ministru jgħid x'sar minn dan il-pjan u jekk għadx hemm il-ħsieb li dan iseħħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-PQ 4999 kif ukoll għall-intervent li għamilt il-ġimgħa l-oħra l-Parlament biex jaċċerta ruħu x'inhuma sew il-pjani tal-Gvern għall-Baċir nru 1.

Network Infrastructure Directorate — salarji u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmlu in-Network Infrastructure Directorate? X'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra li għandhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Twelid ta' trabi tal-immigranti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi lill-immigranti matul is-sena 2008 u din is-sena? X'ikunu d-drittijiet (jekk jinbidlu) tal-ġenituri u l-wild li jkun twieled Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 6964.

Xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar fl-aħħar 12-il xahar relatat ma' a) Triq Valletta fiż-Żurrieq? b) Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi f'Ħal-Luqa? ċ) Parti sostanzjali minn Triq il-Kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq? d) Underpass minn Triq Diċembru 13 sa ħdejn il-Waterfront tal-Belt? e) Triq mill-għolja tal-Għadira saċ-Ċirkewwa? f) It-tkomplija ta' Triq Mġarr minn ħdejn il-heliport sar-Rabat, f'Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Marsamxett — break water

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-breakwater ta' Marsamxett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li skont studju kkummisjonat is-sena li għaddiet mill-Awtorità Marittima ta’ Malta, ġie konkluż li l-iżvilupp ta’ breakwaters f’Marsamxett mhux fattibbli, kemm mill-lat ekonomiku kif ukoll min dak ambjentali.

kontijiet tad-dawl u ilma — kumpaniji li għandhom il-ħlas b'lura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10978 u jgħid kemm hemm kumpaniji li huma lura fil-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u ilma? X’inhu l-ammont globali? Saru xi talbiet biex jingħataw żmien itwal biex iħallsu u minn kemm-il kumpanija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

roads, licencing u public transport — emails pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm emails pendenti dwar roads, licensing u public transport? Jista' jgħid kemm hemm settled fl-imsemmija direttorati (tar-roads, tal-licencing u tal-public transport)? Jekk hu possibbli, jista' jagħti breakdown dettaljata tal-complaints skont id-direttorati msemmija? Jista' jistipula t-time frame biex jiġi settled complaint minn kull direttorat separatament? Jista jgħid kemm minn dawn l-emails ġew imwieġba jew għadhom pendenti mill-customer care system?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — toroq li għad iridu jinksew bit-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-Mosta li għad iridu jinksew bit-tarmac għall-ewwel darba? Jista' jgħid jekk toroq li huma fi stat ħażin jistgħux jinksew bit-tarmac mill-Gvern Ċentrali anki jekk ma jaqgħux f'din il-lista?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-IlmaTaqsima tad-Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ħaddiema li bħalissa jaħdmu fit-Taqsima tad-Drenaġġ, tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma stazzjonati fl-impjant ta' Sant'Antnin, jiġu trasferiti x'imkien ieħor?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Linja Nazzjonali tal-Ajru — titjiriet lejn u mil-Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jinċentiva lil-Linja Nazzjonali ta' l-Ajru biex din tkun tista' tintroduċi titjiriet lejn u mil-Lussemburgu biex taqdi l-ħteġijiet tal-Maltin li jaħdmu fid-diversi istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-pajjiż?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Triq ix-Xatt, Wied il-Għajn — limitu ta’ veloċità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-limitu ta’ veloċità awtorizzat mill-Awtorità dwar it-Trasport fi Triq ix-Xatt, Wied il-Għajn u meta dan il-limitu ġie stabbilit skond il-ligi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.