Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li applikat għal reserved parking mill-Awtorità dwar it-Trasport u għadha ma rċeviet xejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-każ in kwistjoni diġà ġie riżolt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħu karozzi għall-emission test minn mindu bdiet is-sistema sal-ġurnata tal-lum? Kemm minn dawn il-karozzi kienu ta’ dipartimenti jew entitajiet tal-Gvern? Kemm karozzi telgħu għal aktar minn test wieħed? Kemm karozzi fallew milli jattendu għal dan it-test? Jista' jgħid ukoll kull meta isiru l-emission tests? Jista' jgħid kemm ġew ittestjati karozzi fir-road side checks u kemm weħlu karozzi minn dawn l- ispezzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-Trasport — direttorati u units li ħa jiċċaqalqu għal binja oħra
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema direttorati u units fl-Awtorità dwar it-Trasport ser jiċċaqalqu u jmorru fil-binja ta' l-Awtorità Marittima ta' Malta? Jista' jgħid meta dawn ser jiċċaqalqu u kemm ser tiġi tiswa lill-Gvern u lill-awtorità sabiex dawn id-direttorati u units iċaqalqu l-uffiċini tagħhom? Jista' jgħid ukoll kemm ħallset kirja b’kollox l-awtorità għall-bini li hi qed tikri? Jista' wkoll jidentifika liema huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 11405.
Ninsab infurmat li ċ-ċaqliq in kwestjoni hu mistenni li jsir s-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet jew talbiet għal TF plates bejn it-2004 u 2009? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati? Kemm minnhom ingħataw full exemption, partial exemption u kemm ġew eżentati mir-road tax?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Awtorità dwar it-trasport — ħruġ mill-ġdid ta' liċenzji
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm talbiet mill-pubbliku lill-Awtorità dwar it-Trasport għall-ħruġ mill-ġdid ta’ liċenzji li kienu diġà ngħataw, liema liċenzji ma ġewx irtirati minħabba kwestjonijiet konċernati, penalty points jew b’sentenza mill-qorti kompetenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm complaints lill-Awtorità dwar it-Trasport minħabba ħsarat f’vetturi allegatament ikkaġunati mill-istat ħażin tat-toroq mis-sena 2006 sal-ġurnata tal-lum? Kemm minn dawn ingħataw refund u kemm minn dawn ġew rifjutati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Aġenzija - Reklamar
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ ta' kull aġenzija tar-reklamar, li ġiet imqabda minn kull dipartiment, awtorità, kummisjoni u entità pubblika u parastatali taħt id-dekasteru tiegħu u jindika kemm tħallset kull aġenzija minn kull entità tul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u sa Settembru 2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi bl-informazzjoni mitluba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2242 tal-2006 li kienet tgħid li Triq is-Swatar, Swatar, Msida kellha bżonn traffic calming measures, fosthom sleeping policemen u dan minħabba li hemm skola u hemm diversi okkażjonijiet ta' karozzi li jgħaddu bi speed eċċessiv, jista' l-Ministru jara li l-Awtorità dwar it-Trasport tieħu din il-materja bħala urġenti u tara il-bżonnijiet reali ta' din it-triq qabel ma jkun hemm xi inċident?
Jista' jara wkoll li jsir traffic assesment fi Triq Ġużè Ellul Mercer, Swatar, fejn bejn li hi l-unika triq two way,bejn li tgħaddi xarabank u li hemm ħafna garaxxijiet , forsi huwa lok li din tkun one way?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT se tevalwa t-talba għal-traffic calming measures proposti mill-Onor. Interpellant filwaqt li tikkonferma li l-istess ADT approvat talba biex Triq Ġuże' Ellul Mercer issir one-way.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux normali li jiġu approvati reserved parking bays f'toroq prinċipali, li fihom it-traffiku jgħaddi fiż-żewġ direzzjonijiet u li mhumiex wesgħin biex jippermettu parking ta' dan it-tip fihom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li meta l-ADT tapprova reserved parking bay, din tassigura li din issir fl-eqreb spazju ta' parkeġġ permissibbli li jkun jeżisti qrib id-dar tal-persuna li tkun għamlet t-talba.
Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — xogħol ta' asfaltar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu jsir xogħol ta' asfaltar f'kull lokalità f'Għawdex separatament f'dawn l-aħħar ħames snin in konsegwenza ta' xogħlijiet li saru mill-Korporazzjonijiet Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma separatament u jindika t-toroq involuti u kemm metru kwadru ta' asfalt u/jew tarmac ingħata?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 8077 u jgħid meta ser isiru l-kumplament tat-testijiet tal-instructors tal-karozzi, fejn hemm individwi li ilhom jistennew ħafna xhur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-fatt issa m'hemmx dewmien biex wieħed jitla' għat-test ta' driving instructor. Dawn it-testijiet jingħataw regolarment tliet ġimgħat wara li tkun depożitata l-applikazzjoni.
Jista' l-Ministru jara li awtorità kompetenti tindirizza l-periklu li hemm fil-bypass tal-università/sptar , għan-nies li jkunu jridu jaqsmu min-naħa ta' Triq Innoċenz Zammit, Imsida lejn in-naħa l-oħra speċjalment għal min ikun irid jirkeb xi xarabank, qabel ma jsir xi inċident ikrah?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT għamlet survey tal-post indikat mill-Onorevoli Interpellant. L-ADT tikkunsidra l-istallazzjoni ta’ pelican crossing f’dan il-post bħala waħda perikoluża minħabba li hemm nuqqas ta’ viżibilità mit-traffiku f’dan il-post. Alternattivi oħrajn qegħdin jiġu kkunsidrati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kellhom ċitazzjonijiet mhux imħallsa u li ma ġġedditilhomx il-liċenzja tal-vejikoli tagħhom is-sena l-oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm 6912 persuni li għandhom, jew kellhom, liċenzja ghal-2008 li ma ġietx mġedda f'din l-istess sena, jew għandhom/kellhom kontravenzjonijiet pendenti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi ħsieb partikolari biex isiru xogħlijiet ġodda fil-baħar matul il-kosta Maltija? Liema huma l-proġetti li hu mistenni li jinbdew matul it-12-il xahar li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul it-12-il xahar li ġejjin, l-Awtorità Marittima ta' Malta mistennija tibda xogħol jew ix-xiri pubbliku relattiv ma' diversi proġetti fosthom:
- Terminal għall-passiġġieri fiċ-Ċirkewwa
-
Refurbishment
taż-żona tal-għaddasa fiċ-Ċirkewwa
-
Refurbishment
tal-
breakwaters
fil-Port il-Kbir
-
Refurbishment
tal-
main breakwater
f’Marsaxlokk
- Rikostruzzjoni u estensjoni ta’ Lascaris Wharf
- Boiler Wharf
Phase 2
-
Refurbishment
ta’ Deep Water Quay
- Żvilupp ta’ postijiet ta’ żbark għal
ferry
u
water taxis
- Tiswija infrastrutturali f’Barrier Wharf
- Tiswija infrastrutturali fil-marina tal-Imsida
Jista l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 10053 u jgħid kemm ilma ġie estratt mill-aquifers ta' Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008 u minn Jannar sa Ġunju ta' din is-sena? X‘kien il-livell ta' salinità ta' dan l-ilma f'Malta u Għawdex separatament kull sena/perjodu msemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Awtorità dwar it-Trasport — policy document dwar it-toroq residenzjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk tħejjiex il-policy document ta' l-Awtorità dwar it-Trasport li se tkun qed tibni t-toroq residenzjali? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma fil-qosor il-punti ewlenin ta' dan id-dokument?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-policy document li tħejja mill-Ministeru wara konsultazzjoni wiegħsa mal-operaturi kollha konċernati, ma jirregolax biss xogħlijiet f’toroq residenzjali iżda kull intervent li jsir fin-Network ta’ Toroq ta’ pajjiżna.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument intitolat –
Policy Framework Regulating Intervention Works on the Road Network.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' marinas tal-Gvern? Kemm hu n-numru ta' berths f'kull marina minnhom? Kemm huma t-talbiet għal berths f'kull marina? Hux il-ħsieb tal-Gvern li dawn il-marinas jitkabbru u b'kemm berths? Hemm xi ħsieb li jinbnew marinas ġodda, fejn u kemm se jkollhom berths kull marina?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Awtorita’ Marittima bħalissa topera tliet marinas permanenti, fl-Imsida, Ta’ Xbiex u l-Imġarr Għawdex. In-numru ta’ rmiġġi f’dawn il-marinas huwa kif ġej:
Msida – 734 irmiġġ
Ta’ Xbiex – 57 irmiġġ
Mġarr – 204 irmiġġ
Bħalissa hemm 455 talbiet pendenti għal irmiġġ fil-marinas tal-Imsida/Ta’ Xbiex u 122 talbiet għall-marina tal-Imġarr.
Wara li ttieħdu in konsiderazzjoni diversi aspetti, fosthom kummenti mill-pubbliku, waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ marinas ġodda, l-Awtorità Marittima ħabbret li qed tirrakomanda l-iżvilupp ta’ dawn il-marinas permanenti:
Sa Maison – 310 irmiġġ
Menqa – 170 irmiġġ
Ta’ Xbiex – 100 irmiġġ addizzjonali
Manoel Island (south side) – 280 irmiġġ addizjonali
Minbarra dawn, hemm ukoll il-ħsieb li jiġu żviluppati marinas temporanji f’dawn il-lokalitajiet:
· Salina
· Ta’ Xbiex
· Kalkara
· Xemxija
· Mġarr, Għawdex (parti mill-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-marina fl-Imġarr)
Bl-iżvilupp ta’ dawn il-marinas temporanji, huwa stmat li se jinħolqu madwar 200 irmiġġ ġdid f’Malta u 100 irmiġġ f’Għawdex. Għadhom ukoll għaddejjin diskussjonijiet fuq il-possibilta’ ta’ marinas temporanji fil-lokalitajiet taċ-Ċirkewwa, Marfa u Sa Maison.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-drainage department qed jgħidu li l-concrete slab li hemm quddiem l-garaxx, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, irid jissewwa mill-inkwilini minkejja li din inkisret b'wear and tear normali, fosthom użu tal-pavimentar ikkonċernat, minkejja li ilha miksura żmien twil u ilha fi stat perikoluż minn April li għadda, tant li biex tinħareġ karozza qed jkollha tintuża biċċa plywood biex isserraħ fuqha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni jirriżulta li din il-concrete slab li hemm quddiem il-garaxx hija proprjetà tal-inkwilini.