Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11429 u jikkonferma rapporti li bosta persuni li jgħixu waħedhom ġew miċħuda mid-dritt li jkunu intitolati għall-kupuni tal-bozoz? Minn mindu l-Gvern talab lil dawk il-persuni jibdew jirreġistraw ruħhom mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex ikunu jistgħu jinħarġulhom il-kupuni konċernati kemm nies irreġistraw s'issa?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu, lill-Ministru konċernat.
Rigward it-tieni parti, ninsab infurmat li sa issa ġew reġistrati 814 -il persuna mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Ħaddiema abbażi ta' kuntratt
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa numru ta' ħaddiema u/jew uffiċjali li fil-preżent jaħdmu abbażi ta’ kuntratt fl-Uffiċċju tal-Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11431 u ċioe: fid-dawl ta' rapporti li skond l-Unjoni Ewropea pajjiżna waqa' lura f'dak li għandu x'jaqsam ma' online security u anti spam measures, jista' l-Ministru jgħid x'passi effettivi mistennija jittieħdu fil-ġejjieni qarib? Hemm xi ħsieb li wara discussion paper dwar l-ispam li kienet tqassmet fin-NISCO ferm qabel l-aħħar Elezzjoni Ġenerali, titressaq leġislazzjoni komprensiva li tinkludi provedimenti għall-prosekuzzjoni għal min jagħmel kontravenzjonijiet ta' spam, spyware u malware?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11436 u jikkonferma rapporti li dehru fil-media lokali li ex-chairman tal-Awtorità dwar it-Trasport u llum kunsillier tal-Partit Nazzjonalista talbu jniedi inkjesta indipendenti dwar il-proċess li bih imxiet l-Awtorità fil-kwestjoni tal-liċenzjar tal-karrozzi double deckers? Jista' jgħid x'deċiżjoni ttieħdet min-naħa tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Sa fejn naf jien, ma rċevejt ebda email jew ittra fis-sens imsemmi mill-Onor. Interpellant.
Furjana — Awtorità dwar it-Trasport - direttorat tal-liċenzji u ttestjar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11433 u jgħid x'passi qed tieħu l-Awtorità dwar it-Trasport biex trażżan u tnaqqas il-ħin twil li membri tal-pubbliku jkollhom jqattgħu biex jinqdew mid-direttorat tal-liċenzji u ttestjar tal-Awtorità dwar it-Trasport, il-Furjana?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita dwar it-Trasport ta’ Malta kommessa li tagħti l-aqwa servizz lill-klijenti, u dan fl-inqas ħin possibli. L-għan prinċipali tal-Gvern hu li s-servizzi kollha li jingħataw mid-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet isiru kollha online. Is-servizzi li jingħataw mill-uffiċini tal-Liċenzji huma;
· Tiġdid tal-liċenzja tal-vettura – fejn 96 % tal-tiġdid jsiru kollha
online
.
· Reġistrazzjoni ta’ vetturi – 65 % tal-vetturi jiġu reġistrati
online
u l-kumplament jiġu rreġistrati f’mhux iktar tard minn jumejn wara.
·
Transfers, garaging
u
scrapping
ta’ vettura. - L-Awtorità dwar it-Trasport għadha kif ħarġet sejħa għall-offerti sabiex dawn is-servizzi jkunu jistgħu jsiru kollha
online
wkoll.
L-Awtorita dwar it-Trasport ta’ Malta qed taħdem fuq pjan sabiex iżżid l-ammont ta’ servizzi li tista’ toffri online kif ukoll qed tistudja il-proċessi tagħha bil-għan li jitnaqqas il-ħin li klijent jistenna.
Ninforma wkoll lil Onor Interpellant illi skond stħarriġ xjentifiku li sar fl-uffiċji tad-Direttorat tal-Licenzji u Ttestijiet fit-tieni ġimgħa t’Ottubru 2009 - 68 % tal pubbliku inqeda f’inqas minn 30 minuta.
Jista' l-Ministru jgħid kif inhu mistenni li jiġi integrat il-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Menqa fil-Marsa maċ-ċentru fejn fil-preżent qed jgħixu l-immigranti illegali, li fil-passat din il-binja kienet skola tal-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-bini fil-Marsa fejn fil-preżent jgħixu l-immigranti illegali mhux parti mill-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Menqa fil-Marsa.
Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjoni saret mal-Kunsill Lokali tal-Marsa fir-rigward tal-proġett propost għar-riġenerazzjoni tal-Menqa fil-Marsa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara l-preżentazzjoni tal-proġett tal-Menqa lill-pubbliku fit-3 ta’ Lulju 2009, il-GHRC stiednet lill-Kunsill Lokali tal-Marsa fl-uffiċċji tagħha biex tippreżenta l-viżjoni tal-Gvern għal dawn l-inħawi u tilqa’ is-suġġerimenti. Din il-laqgħa saret fil-5 t’Awwissu 2009. Inżid ngħid li l-iżviluppi proposti huma suġġetti għall-proċessi ta' permessi previst fil-liġi li jinkludi provvedimenti dwar il-konsultazzjoni.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — family friendly measures
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'family friendly measures qed jitħadmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid hemmx faċilità ta' childcare fl-istess dipartimenti għat-tfal tal-ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm numru ta' family friendly measures li jitħaddmu skont meta jkun hemm il-bżonn.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn il-family friendly measures.
Jien infurmat li f'dawn id-Dipartimenti m'hemmx faċilità ta' Child Care iżda dan ma jfissirx li f'każ li ssir talba f'dan is-sens ma jsirux arranġamenti biex din it-talba tintlaqa'.
Jista' l-Ministru jidħol fil-każ tal-famlija li toqgħod f'post b'kera (pre 1995), d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, illi ilha għaxar xhur sħaħ mingħajr servizz tal-ilma u dan għaliex s-sid tal-post de quo qabad u qata' s-servizzi tal-ilma minn taħt it-taraġ tal-flat? Għalkemm ittieħdu passi kriminali kontra sid il-post, għal xi raġuni l-Qorti lliberatu u b'hekk il-persuna u l-famlija tiegħu spiċċaw jimlew t-tankijiet u jissellfu l-ilma mingħand ħaddieħor. Jista' l-Ministru jintervjeni biex tingħata soluzzjoni lil din il-familja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li Triq l-Insolja, Burmarrad, triq li għadha qatt ma saret, fil-fatt tinbena biex jonqsu l-inkonvenjenzi għar-residenti li joqogħdu f'din it-triq? Billi din it-triq u toroq oħra fejn jinbnew appartamenti tal-Gvern qed jibqgħu abbandunati, jista' l-Ministru jieħu l-passi biex mal-Awtorità tad-Djar isiru arranġamenti biex toroq bħal dawn jitħallsu minnha?
Response (GATT, AUSTIN)
Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor Interpellant jirrferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 7994. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Cruiseliners Terminal f'Boiler Wharf — Club tar-Regatta tal-Isla
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10874 u jgħid jekk il-club tar-Regatta tal-Isla hux ser ikun milqut minħabba x-xogħol marbut mal-Cruiseliners Terminal f’Boiler Wharf ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Isla Regatta Club jinsab ‘il barra miż-żona tal-cruise liner terminal f’Boiler Wharf u għaldaqstant mhux se jiġi milqut mill-proġett għalkemm ma nistax neskludi li jkun hemm bżonn xi koordinament mal-club fuq l-aċċess.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-yacht marina tal-Kalkara?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif diġà ħabbret l-Awtorità Marittima fix-xhur li għaddew, l-istudji tekniċi li saru jindikaw li floating breakwater ma jipprovdix il-livelli meħtieġa ta’ kenn ghal marina permanenti. Dan minħabba, li f’każ ta’ mewġ kkawżati minn imbatt mill-Grigal, il-marina f’dan is-sit ma tkunx protetta b’mod adegwat. Barra min hekk, l-impatt ekonomiku u ambjentali ta’ breakwater fiss ikun kbir wisq biex ikun ikkunsidrat. Għaldaqstant, dan is-sit ma ġiex rakkomandat għal aktar konsiderazzjoni għall-iżvilupp ta’ marina permanenti.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-yacht marina fin-naħa ta' Sa Maison?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità Marittima qed tiffinalizza it-tender sabiex isir l-Environmental Impact Assessment relatat mal-iżvilupp tal-marina ġewwa Sa Maison.
Jista' l-Ministru jgħid x'investiment sar fl-aħħar 12-il xahar fit-tagħrif li jingħata l-pubbliku sabiex tkun faċilitata bidla favur l-użu tat-trasport pubbliku minflok il-karozza privata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Wied il-Għajn — Xogħlijiet fi Triq Vittorio Cassar
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda ix-xogħol fi Triq Vittorio Cassar ġewwa Wied il-Għajn minħabba li din tinsab fil-lista ta' toroq li kellha tkun lesta sal-aħħar ta' din is-sena wara li l-wegħdiet preċedenti ma ġewx miżmuma?
inizjattivi biex il-qasam tal-informatika jkun aktar energy efficient
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti hux qed jippjana xi inizjattivi marbutin mas-sejħa tal-Unjoni Ewropea biex il-qasam tal-informatika jkun 20% aktar energy efficient sas-sena 2015, aktar u aktar billi l-apparat u s-servizzi tal-informatika huma responsabbli għal 8% tal-power elettriku użat fl-Unjoni Ewropea u madwar 2% tal-carbon emissions?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern huwa kommess li jindirizza l-kwistjoni ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija fil-qasam tal-informatika, b’responsabbilta u b’mod li jibbilancja l-investiment necessarju ma’ l-aspetti ambjentali, partikoarment fejn jidhol l-operat ta’ l-informatika tieghu.
Aktar kmieni din is-sena, il-Ministeru tiegħi nkariga lil MITA biex tmexxi
Green ICT Working Group
bil-għan li joħroġ bi proposti ta’ kif jista’ jitnaqqas l-impatt tal-informatika fuq l-ambjent, u jħares ukoll lejn kif l-użu ta’ l-informatika jista’ jnaqqas l-impatt ambjentali ta’ oqsma oħra, ngħidu aħna bħal dak tat-trasport.
Dan il-
Working Group
huwa kompost minn rapreżentazzjoni mis-Settur Publiku u mis-Settur Privat, u x-xogħol tiegħu huwa ggwidat minn Direttivi u Kommunikazzjonijiet oħra publikati mill-Unjoni Ewropea, bħal:
·
2006/32/EC – Directive on energy end-use efficiency and energy services
·
COM(2008) 241 final – Addressing the challenge of energy efficiency through Information and Communication Technologies
·
COM(2009) 111 final – Mobilising ICT to facilitate the transition to an energy-efficient, low-carbon economy
kif ukoll minn parteċipazzjoni tal-MITA f’
Task Force
tal-
European Policy Centre
dwar
ICT for a Green Economy
. Dan ix-xogħol ser jirriżulta fi tfassil ta’
white paper
li għandha tinħareġ għal konsultazzjoni pubblika u twassal għall-identifikazzjoni ta’ numru ta’ proġetti u fil-formulazzjoni tal-politika nazzjonali dwar l-użu ta’ l-informatika biex jitnaqqsu l-konsum tal-elettriku kif ukoll l-emmissjonijiet ta’ CO2.
Fl-istess waqt il-MITA qiegħda tistudja kif tista’ tuża teknoliġiji aktar effiċjenti biex tnaqqas l-impatt ta’ l-operat tad-data centres tal-Gvern f’termini ta’ emmissjonijiet li huma l-aktar element fis-sistema sħiħa li jutiliżża elettriku fl-operat tiegħu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il liċenzja (jew permess ieħor ta' operazzjoni) ta' trackless trains jew xi definizzjoni oħra tagħhom, popolarment magħrufa bħala chu chu trains fil-fatt ħarġu mill-Awtorità dwar it-Trasport? Kemm-il applikazzjoni minn operaturi privati ġew sottomessi lill-Awtorità dwar it-Trasport matul dawn l-aħħar ħames snin biex joperaw din it-tip ta' train?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux qed ikun hemm rapporti iktar spissi ta' fawran tad-drenaġġ ħdejn l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm tnaqqis ta' personnel li jieħu ħsieb din il-pompa partikolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mhux qed ikun hemm rapporti ta’ fawran ta’ drenaġġ ħdejn l-iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar. Il-ħaddiema f’din il-pompa partikolari (tax-Xama P.S.) tneħħew għax il-pompi huma kontrollati b’sistema awtomatika.