Għawdex — persuni fir-Residenza Sant'Anna u fil-geriatric ward
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni fir-Residenza Sant'Anna u fil-geriatric ward tal-irġiel fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fir-Residenza Sant'Anna hemm wieħed u tmenin (81) residenta u fil-Geriatric Ward tal-irġiel fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm tmienja u tletin (38) resident.
Ministeru għal Għawdex — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Tista' tgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex m'għandux entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu.
Tista' l-Ministru tgħid kif u minn fejn jingħata s-servizz ta' occupational therapy f'Għawdex u kemm hemm terapisti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-servizz ta’ Occupational Therapy jingħata minn żewġ partijiet:
(a) Sptar tal-Ibraġġ fejn jingħata servizz lill-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali kemm dawk rikoverati fis-swali
Short Stay
u
Long Stay
kif ukoll lill-klijenti li jiġu fid-Dipartiment tal-
Occupational Therapy
fuq bażi regolari mid-djar tagħhom għal sezzjonijiet varji ta’ terapija kemm fuq bażi individwali kif ukoll fi gruppi, liema terapija tingħata kemm fl-isptar kif ukoll fil-komunità.
(b) Sptar Ġenerali fejn jingħata servizz ta’
Occupational Therapy
fis-swali akuti (Swali Rġiel u Nisa), Swali Residenzjali (Residenza Sant’Anna u Xjuħ Irġiel), servizz lit-tfal b’diffikultajiet varji kemm fuq bażi ta’
Out-Patients
, servizz fl-iskejjel kif ukoll servizz fl-iskola Speċjali ta’ Sannat meta jkun jeħtieġ. Tingħata wkoll terapija fuq bażi ta’
Out Patients
kif ukoll servizz ta’
home visits
.
Kull klijent li jkun jeħtieġ is-servizz ta’
Occupational Therapy
irid ikollu
referral
mingħand konsulent / tabib fejn jindika r-raġuni għaliex il-klijent jeħtieġ is-servizz.
Bħalissa hemm 5
Occupational Therapists
li qegħdin jagħtu dawn is-servizzi fl-isptarijiet t’Għawdex.
Għawdex — qasam tax-xjenza, riċerka u innovazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'qed isir f'Għawdex fil-qasam tax-xjenza, riċerka u innovazzjoni senjatament dwar baġit, miżuri u faċilitajiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jimplimenta l-miżuri fir-rigward tal-oqsma tax-Xjenza, Riċerka u Innovazzjoni inklużi fil-Pjan t'Azzjoni ta' Eko-Għawdex, fosthom, it-trasformazzjoni tal-Farm Sperimentali tax-Xewkija f'Ċentru ta' Innovazzjoni fl-Agrikoltura u l-Ambjent u t-tisħiħ tal-Programm Hands on Farming (Science Popularisation).
Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taht id-dekasteru tagħha matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Tista' tgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru operazzjonijiet fuq it-tfal matul l-aħħar sitt xhur u tindika kemm minnhom kienu bniet u kemm kienu subien? Tista' tagħti l-informazzjoni skont l-età u t-tip ta' operazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — appuntamenti ta' tfal fl-outpatients
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm appuntamenti ta' tfal fl-outpatients tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex f'din l-aħħar sena, ma' liema speċjalista (mhux l-isem imma l-ispeċjalizzazzjoni), l-età tat-tfal u kemm minnhom huma bniet u kemm kienu subien? Kemm-il darba attendew għall-appuntamenti f'din l-istess sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li hemm 1,391 tifel u tifla li żammew l-appuntament tagħhom mal-ispeċjalista tat-tfal. L-eta' tagħhom kienet mit-twelid sa erbatax-il sena.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — testijiet mediċi fuq tfal
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru testijiet mediċi fuq tfal fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex f'din l-aħħar sena, x'tip ta' test, l-età tat-tfal u kemm minnhom huma bniet u kemm huma subien?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ftehim dwar tkabbir ta' siġar u pjanti ta' valur ġenetiku
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistaqsijiet parlamentari 30436, 30940 u 31751 dwar ftehim għat-tkabbir ta' siġar u pjanti ta' valur ġenetiku, tista’ l-Ministru tgħid meta huwa mistenni li jiġi ffirmat il-ftehim?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ftehim mal-Università ta' Malta dwar il-proġett ta' Ċentru Mediterranju fir-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni ser jiġi ffirmat fil-ġimgħat li ġejjin.
B’referenza għat-tweġiba li tat għal mistoqsija parlamentari 31754 fejn intalbet tgħid jekk sarux xi studji jew hemmx xi pjan biex titkabbar il-kapaċità tal-ħażna tal-ilma fil-widien f’Għawdex, tista' l-Ministru tgħid xi trid tfisser meta qalet li “sa issa huwa ppjanat li tiżdied il-ħażna tal-ilma iżda mhux fil-widien”? Tista’ tgħid kif inhu maħsub li tiżdied il-ħażna tal-ilma?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-ħażna tal-ilma ser tiżdied peress li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jaħdem fuq il-bini ta' ġibjuni ġodda fil-proġetti li qed jitwettqu fejn dan ikun possibbli, ir-restawr ta' ġibjuni eżistenti u li tingħata għajnuna permezz ta' l-iskemi eżistenti għall-bini ta' ġibjuni ġodda minn għaqdiet u kunsilli lokali.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31753, tista' l-Ministru tgħid jekk sarx rapport tal-ħsarat li saru fit-Triq tax-Xlendi u jekk fl-affermattiv tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport? Jekk ma sarx rapport, għaliex ma sarx? Min hu l-kuntrattur li assuma r-responsabbiltà tal-ħsarat li saru? X’kienu dawn il-ħsarat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kopja tar-rapport mitlub qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-kuntrattur responsabbli mix-xogħlijiet huwa JPF JV.
Għawdex — San Lawrenz - Triq San Lawrenz - ħofor fit-triq
Question
Peress li r-residenti ta' Triq San Lawrenz, San Lawrenz Għawdex senjatament dawk ta' ħdejn il-mitħna qed jilmentaw minħabba ħofor fondi li hemm f'din it-triq, tista' l-Ministru tara li almenu dawn il-ħofor jimtlew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li Triq San Lawrenz, San Lawrenz Għawdex qed issirilha l-manutenzjoni neċessarja u se jkompli jsirilha manutenzjoni hekk kif it-temp jippermetti.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Servizz ta' outpatients
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema kliniċi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jagħtu servizz ta’ outpatients? Tista’ tgħid kemm pazjenti ngħataw servizz minn kull klinika kull sena mill-2006 sal-2011?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Tista' tgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — Ageing Report Economic and Budgetary Projections
Question
Billi jidher li d-dipartimenti governattivi għaddejjin minn eżerċizzju mal-Unjoni Ewropea dwar it-2012 Ageing Report Economic and Budgetary Projections for The European Union Member States (2010 - 2060), tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar draft report ta' dawk id-dipartimenti li jaqgħu taħtha u li qed jipparteċipaw f'dan l-eżerċizzju? Tista' tgħid kemm huma l-projections ta' kull spiża ta' kull proġett imsemmi f'kull rapport?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment hu responsabbli għal dan l-eżerċizzju ta' projections ekonomiċi u finanzjarji, nistieden l-Onorevoli Interpellant sabiex jidderiġi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
Tista’ l-Ministru tgħid fejn waslu x-xogħlijiet li kellhom isiru fuq parti mill-iskola tax-Xewkija biex tintuża bħala uffiċini relatati ma' back office?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li bħalissa qed jiġu nstallati l-elettriku u s-soffitti u li nħarġet offerta għax-xiri ta' għamara għal dawn l-uffiċċji.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti barranin fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Diċembru 2011 fi skejjel pre-primarji, primarji, sekondarji u post-sekondarji f’Malta u f’Għawdex separatament? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma skont skejjel statali, skejjel tal-knisja u skejjel indipendenti u skont in-nazzjonalità tal-istudenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fir-rigward ta' Għawdex hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tal-informazzjoni dwar studenti fi skejjel statali f'Malta nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid liema kunsilli lokali ssottomettew proġetti sabiex ikunu ffinanzjati mill-programm Eko-Għawdex? Tista' tgħid kemm hu n-numru ta' proġetti ssottomessi s'issa, in-natura ta' dawn il-proġetti u l-valuri tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Kunsilli Lokali u l-Kumitati Amministrattivi Għawdxin kollha ssottomettew proposti għal proġetti taħt l-iskemi maħruġa.
Jiena nfurmata li ġew sottomessi 35 proġett għal valur totali ta' €2.34 miljun li kienu jkopru temi fosthom effiċjenza fl-użu tal-enerġija, separazzjoni tal-iskart, tindif ta' widien, restawr ta' ħitan tas-sejjieħ, riġenerazzjoni ta' żoni pedonali u rikreattivi, restawr, żvilupp ta' child care centre, titjib ta' faċilitajiet sportivi, konservazzjoni tal-ilma u l-ħolqien ta' mużew.
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra meta se jerġa' jiftaħ għall-pubbliku l-ġnien ta' Villa Rundle? Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk sarx xi tip ta' ftehim kummerċjali mal-privat dwar l-użu ta' dan il-ġnien jew parti minnu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li Villa Rundle mistennija li terġa' tiftaħ għall-pubbliku fi żmien qasir. Ninforma wkoll lill-Kamra li ma sar ebda ftehim kummerċjali mal-privat dwar l-użu ta' dan il-ġnien jew parti minnu.