Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratt ta' konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20433, 19731, 19312, 19216, 19023 u 18738 u jgħid kemm-il kuntratt ta' konsulenza ingħata mill-Ministeru tiegħu u/jew kumpaniji u entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu, matul is-snin 2009 u 2010 sal-lum? Kemm kien l-ammont ta' kull kuntratt ta' konsulenza mogħti u lil min ingħata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.
Grand Harbour Regeneration Corporation — fond biex jiffinanzja l-proġetti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond li kellu jitwaqqaf sabiex jiffinanzja l-proġetti tal-Grand Harbour Regeneration Corporation fil-fatt ġiex imwaqqaf? Jekk fl-affermafttiv, min hu responsabbli għal dan il-fond? Kemm hemm flus f'dan il-fond?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol għat-twaqqif tan-National Investment Fund huwa għaddej u d-dettalji jitħabbru aktar tard la jitwaqqaf dan il-Fund.
Inkwilin daħal f'post b'kera u sab li min kien hemm qablu, u li issa miet, għandu arretrati ta' madwar €3000 f'kontijiet tad-dawl u ilma, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan qed jipprova jaqleb is-servizz fuqu u ma jridux jaqilbuhulu?
Peress li sid il-kera ma jridx jitlob it-trasferiment, u l-inkwilin preżenti jrid iħallas l-konsum tiegħu imma qed jibża li jaqtgħulu s-servizz, jista' l-Ministru responsabbli mill-Korporazzoni għas-Servizzi tal-Ilma jew mill-Arms Ltd jgħid jekk teżistix xi proċedura biex dan l-inkwilin ma jinqatagħlux is-servizz u jħallas l-konsum tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-każ qed jiġi analizzat, u li ARMS Ltd. se tipproċedi skont dak li jirriżulta wara l-analiżi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-Malta Enterprise jew Malta Industrial Parks f'Ghawdex f'dawn l-aħħar tliet snin u jagħti d-dettalji relattivi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 20313, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-azzjoni mmedjata li qed jgħid li ttieħdet biex dak li ġara jiġi rimedjat? Dawk li irċevew l-ittra oriġinali, għalfejn għadhom sal-lum ma rċevew xejn bil-miktub biex ikunu infurmati li l-ittra li rċevew hija nulla?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ebda ħlas addizzjonali ta’ €12 ma ġie miżjud fil-kontijiet rispettivi.
B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 20366, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx sejħa pubblika? Jikkonferma li din is-sejħa saret u l-evalwazzjoni tal-applikanti saret mill-kumpanija KPMG? Minnu li kienu ġew short-listed ħames applikanti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20366.
Malta Enterprise — applikazzjonijet għal ftuħ ta' fabbriki ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti quddiem il-Malta Enterprise għal ftuħ ta’ fabbriki ġodda? Meta hu maħsub li dawn jinfetħu, f’liema oqsma huma u kemm hu maħsub li se jimpjegaw ħaddiema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa għall-bejgħ tal-Lukanda Selmun Palace? Meta għalqet? Kemm intefgħu offerti għaliha u minn min? Fiex wasal il-proċess għall-bejgħ tagħha?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20178.
White Rocks — area għall-għaqdiet, organizzazzjonijiet u kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet, organizzazzjonijiet, kumpaniji u entitajiet oħra (privati u mhux) li għandhom xi lok fl-area tal-White Rocks fejn hu proġettat li jsir il-proġett?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ilmenti li rċeviet Arms Ltd mit-twaqqif tagħha sal-lum permezz tat-telefon, bl-email u b'messaġġi li tħallew rekordjati fuq l-answering machine?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-istatistika ta’ kuntatti li saru bejn l-1 ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Settembru 2010 li jkopru kemm oqsma amministrattivi kif wkoll dawk tekniċi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korporazzjoni Enemalta — investigazzjoni dwar qtugħ ta' dawl
Question
Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika lil din l-Kamra jekk fuq il-bażi tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, il-qtugħ ta' dawl estensiv tat-18 ta' Novembru 2009 kienx dovut għal każ ta' sabutaġġ jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minħabba l-fatt li r-rapport tal-inkjesta Maġisterjali għadu ma ġiex ppreżentat lil Enemalta, l-Ministru mhux f’pozizzjoni li jinkonferma jekk il-qtugħ ta’ dawl estensiv li sar fit-18 ta’ Novembru 2009 kienx kaġun ta’ sabutaġġ jew le.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda u jitlesta x-xogħol biex tkun indirizzata l-problema, li ilha s-snin u li hija magħrufa sew mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Sezzjoni Drenaġġ, jiġifieri tad-drain bħala flood relief li hemm fil-bidu ta' Sqaq l-Għadira u kantuniera ma' Triq l-Għargħar 1979 u li tisbokka fil-wied fi Triq il-Wied, Ħal Qormi, liema problema mhux biss hija ta' inkonvenjent għar-residenti tal-madwar, minħabba li meta tkun mikxufa toħloq irwejjaħ u insetti, iżda issa wara x-xita li niżlet fil-bidu ta' din il-ġimgħa, ippreżentat periklu ġdid kemm għan-nies kif ukoll għal proprjetà tagħhom, u dan ukoll b'konsegwenza tal-miżura li kienet ittieħdet ftit taż-żmien ilu, mingħajr ma ġiet analizzata s-sitwazzjoni kollha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol biex tiġi indirizzata din il-problema huwa parti mix-xogħlijiet tal-Master Plan tad-drenaġġ.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda u jitlesta x-xogħol tal-upgrade fis-sistema ta' drenaġġ fi Triq Valletta - Ħal Qormi, li ilha s-snin u li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma [Sezzjoni Drenaġġ] jafu tajjeb dwarha, timtela' bi żbroffi ta' drenaġġ perjodikament, liema żbroff jimla Triq Valletta, fl-area taċ-Ċimiterju u l-ground tal-Football ta' Qormi FC, bil-konsegwenza ta' periklu ta' mard, aktar u aktar meta tfal u żgħażagħ jgħaddu regolarment minn hemm biex imorru l-ground għat-training?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dan ix-xogħol ta’ upgrade fis-sistema tad-drenaġġ huwa parti mix-xogħol tal-Master Plan ta’ drenaġġ.
Ħal Qormi — għajnuna lin-negozji fi Triq Pawlu Farrugia
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux jikkontempla li jgħin lil dawk il-familji u negozji, fosthom dawk fi Triq Pawlu Farrugia - Ħal Qormi, li tilfu eluf ta' euros fi ħsarat minħabba l-maltemp li ħakem fuq pajjiżna nhar it-Tnejn, 25 ta' Ottubru 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mhix il-prassi li l-Gvern ikopri riskji li normalment ikunu koperti minn asskurazzjoni (insurance). F’dan il-każ il-Gvern ma rċieva l-ebda talba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17723 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Jaf il-Ministru li l-flight enquiries bin-numru 50043333 issa m'għadhomx joffru s-servizzi tagħhom b'xejn imma biex tkun taf informazzjoni dwar il-flights trid tħallas €1.50? Jista' jgħid minn meta beda dan is-servizz ġdid bil-ħlas u jekk huwiex permessibli li titħallas miżata fuq servizz li l-iktar li jagħmlu użu minnu huma dawk l-inqas li għandhom mezzi, għaliex kieku għandhom mezzi jaraw minn fuq l-internet b'xejn l-informazzjoni li jkunu jridu jafu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz ta’ informazzjoni dwar titjiriet permezz tat-telefon kien ‘
outsourced
’ lill-
Call Centre
minn Settembru tal-2003 permezz tan-numru 50043333, liema servizz qatt ma ngħata b’xejn.
F’Diċembru 2009, GO plc infurmawna li l-
Call Centre
sussidjara tagħhom – Dial-It – ma kinitx se tkompli toffri dan is-servizz u għaldaqstant l-MIA għażlet
Call Centre
ieħor biex ikompli jingħata dan is-servizz. It-tariffa għal kull telefonata għoliet għal 1.50 ewro minn Marzu 2010, li minnha l-MIA ma tagħmel ebda qliegħ. Din it-tariffa tkopri l-ispejjeż tal-
Call Centre
l-ġdid biex jagħti l-informazzjoni kif ukoll il-perċentwal dovut lill-GO plc biex jipprovdu l-linja ‘
Premium
’ li nużaw.
Is-servizz ta’ informazzjoni dwar titjiriet huwa offrut b’xejn permezz tal-
internet
kif ukoll permezz tal-‘
Information Channel
’ fuq it-televiżjon kemm fuq Melita TV kif ukoll fuq GO TV.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ inhi l-fehma tiegħu dwar l-ittri legali mhux iffirmati li Arms Ltd. qed tibgħat lil konsumaturi? Jista’ jgħid min iddetermina l-ħlas addizzjonali ta’ €12? Din koperta mil-leġislazzjoni relatata dwar tariffi tad-dawl u ilma? Xi tkopri din it-tariffa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20313.
Ftit jiem ilu il-President tal-GRTU, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, ġie kkwotat li kiteb pubblikament is-segwenti meta kien qed jirreferi għal persuni li waqqfu l-Malta Developers Association: "These are the same people who only a few years ago basked under the tax amnesty awarded to them by Minister Tonio Fenech. Many in the hall that applauded benefitted from this greatest money laundering exercise of hundreds of millions of tax evaded moneys." Jista' l-Ministru jgħid x’ inhuma l-kummenti dwar din l-allegazzjoni fejn jissemma hu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20314.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19307 u 18688 li oriġinarjament saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġew riferuti lilu u jgħid fil-pjan ta’ riabilitazzjoni tas-Salini ħdejn Kennedy Grove x’arranġamenti saru ma’ min għandu l-kuntratt biex iħaddem is-salini?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern huwa nfurmat mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali li kien hemm tentattivi biex isiru arranġamenti maċ-ċenswalist li jħaddem is-Salini, iżda ma ntlaħaq l-ebda ftehim. Għaldaqstant, id-Dipartiment tal-Artijiet, fuq talba tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, qiegħed jipproċessa l-esproprju taċ-ċens rimanenti li hemm fuq din il-proprjetà.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-company secretaries tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u tal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-company secretary tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta huwa l-istess persuna, Dr. Noel Buttigieg Scicluna.