Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mellieħa — Santa Maria Estate - xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitkompla x-xogħol fuq it-toroq ta' Santa Maria Estate, fil-Mellieħa? Liema toroq għadhom ma sarux? Meta hu mistenni li dawn it-toroq jingħataw it-tarmac?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fiż-żona ta' Santa Maria Estate għad iridu isiru xogħolijiet fi Triq il-Ġojjin, Triq il-Qortin, Triq ix-Xgħara ta' Barra, Triq il-Pont u Triq Fuq il-Widien. Ninstab infurmat li fil-fatt diġa ġew ippublikati tenders għal xogħlijiet fi Triq il-Ġojjin u parti minn Triq ix-Xagħra ta' Barra. Rigward it-toroq l-oħra dawn ser jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Burmarrad — roundabout

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-bankina fit-triq prinċipali bejn Burmarrad u r-roundabout ta' erba' mwieżeb, fil-fatt tinqala' u ssir mill-ġdid għax tinsab fi stat ħażin ħafna, matul it-tul kollu tagħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

informazzjoni dwar xiri ta' fuel mill-petrol stations

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11072, ladarba qed ikun sostnut li fir-rigward tal-bejgħ tal-fuel hemm suq miftuħ għall-kompetizzjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk il-prezz tal-fuel għall-petrol stations huwiex iffissat jew jekk hux minnu li s-suppliers jistgħu ibigħu l-fuel bi prezz differenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istruttura ta' kommissjoni fuq il-bejgħ u xiri tal-fuel hijiex f'konformità ma' regoli ta' kompetizzjoni ġusta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Bus Termini — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hemm applikazzjonijiet pendenti bħalissa biex isir żvilupp ta' bus termini f'Malta u f'Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi bħalissa m’hemmx applikazzjonijiet pendenti biex isir żvilupp ta’ bus termini f’Malta u f’Għawdex.

Bus terminus — vjaġġi tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hu mistenni li jsiru bus termini ġodda biex minnhom isiru l-vjaġġi tat-trasport pubbliku? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja ta' dawn il-pjanti u jagħti tagħrif dwar x'tip ta' konsultazzjoni saret mal-kunsilli lokali konċernati?

Response (GATT, AUSTIN)

Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja dwar network ġdid li juri fid-dettal l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmat li saret sessjoni ta’ informazzjoni lill-Kunsilli Lokali kollha fis-6 t’April, 2009. F’din is-sessjoni ingħatat informazzjoni dwar in-network u tqassmu Cds u DVDs lill-Kunsilli Lokali kollha. Dawk il-Kunsilli Lokali li m’attendewx, ġew mibgħuta din l-informazzjoni bil-posta.

Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili — informazzjoni fuq ajruplani

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta lista kompluta li tidentifika kull ajruplan tal-klassi ‘microlight’ (kif definit fl-Annex II tar-Regolament Bażiku EC 216/2008) bil-lista turi għal kull ajruplan elenkat il-mudell jew marka, il-marki ta’ reġistrazzjoni, id-data li fiha ġie rilaxxat iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, id-data li fiha ġie sussegwentatment maħruġ id-dokument imsejjaħ Permit to Fly għall-ewwel darba għal kull ajruplan fil-lista? Jista' jikkonferma u jagħti raġunijiet preċiżi għaliex fil-każ ta’ l-ajruplan microlight reġistrat 9H-UMW uffiċjalment nhar l-24 ta’ Diċembru 2008, baqa’ ma nħariġlux il-Permit to Fly wara għaxar xhur minn mindu ġie reġistrat f’Malta u wara li nġieb Malta darbtejn f’April 2009 u f'Ottubru 2009 bl-iskop li jiġi spezzjonat mid-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Ċivili? Jista' jgħid x’passi se jittieħdu fil-konfront tal-Airworthiness Manager tad-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Civili li ripetutament, kategorikament u mingħajr l-ebda raġuni valida irrifjuta li jispezzjona dan l-ajruplan partikolari (9H-UMW) bħala parti mill-proċess sabiex jinħareġ il-Permit to Fly Certificate li għandu bżonn dan l-ajruplan sabiex ikun jista' jittajjar b’mod regolari minkejja li dan ilu wieqaf f’Malta għal tmien ġimgħat sħaħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħat-Tarxien — bus shelter fi Triq iż-Żejtun

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11718 u jara li jsir bus shelter fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta, fi Triq il-Knisja ma' Triq iż-Żejtun, Tarxien li ilu mwiegħed snin? L-Awtorità dwar it-Trasport fl-2007 kienet ressqet pjanta quddiem il-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien ta' kif kien sejjer jitwaqqaf dan il-bus shelter u issa sentejn wara reġgħet waslet xitwa oħra u din il-bus shelter għadha ma saritx.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

korsijiet Smart Women

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru mill-programm tal-korsijiet Smart Women li ngħata ħafna pubbliċità qabel l-elezzjoni ta’ Marzu 2008? Liema korsijiet saru minn dawk imwiegħda, meta saru, fejn saru u kemm attendew f’kull kors li sar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul l-2008 niehdejna l-ewwel fażi tal-programm fejn matul Lulju, Awwissu u Settembru ingħata taħriġ bażiku fil-kompjuters lil 960 mara. Dan it-taħriġ, li ntlaqa’ tajjeb ħafna, ingħata f’19-il skola pubblika mferrxa madwar Malta u Għawdex sabiex jintlaħaq kullhadd.

Smart Island — kampanja ta’ pubbliċita`

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq il-kampanja ta’ pubbliċita` li saret dwar Smart Island? F’idejn min kienet il-kampanja u kemm tħallas biex jorganizza din il-kampanja? Kemm tħallsu l-personalitajiet pubbliċi li dehru assocjati ma’ din il-kampanja fil-materjal ta’ promozzjoni li sar dwarha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ispiża li saret fuq il-kampanja ta' pubbliċità dwar Smart Island kienet tammonta għal €256,014. Din il-kampanja kienet organiżżata mill-Ministeru tiegħi stess u għalhekk ma tħallsux flus għall-organiżżazzjoni tagħha. Il-ħlas li seta' kien dovut lill-personalitajiet li dehru fil-materjal promozzjonali kien inkluż fil-flus li ħallas il-Gvern għal pubbliċità.

korsijiet ta’ Smartwomen — Instructors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq it-tagħlim tal-korsijiet ta’ Smartwomen? Kemm tħallsu l-instructors u kien hemm xi taħriġ għall-instructors? Kemm intnefaq fuq dan it-taħriġ u minn min sar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-instructors fil-korsijiet ta’ tagħlim Smartwomen tħallsu bir-rata ta’ €9.5 fis-siegħa u li l-ammont totali minfuq fuq dan it-tagħlim s'issa kien jammonta għal €22,277.50. Infurmat ukoll li l-instructors ntagħżlu wara sejħa għall-applikazzjonijet u wara proċess ta’ evalwazzjoni li assigura li dawn kienu diġa’ mħarrġa biż-żejjed biex jagħtu t-tagħlim meħtieġ.

Awtorità dwar it-Trasport — Parking Bays

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet fejn tipparkja l-vettura fit-toroq ta' Malta u Għawdex li ġew approvati mill-Awtorità dwar it-Trasport bħala bażi ta' parkingwara talba minn kull kunsill lokali? Kemm minn dawn il-parking bays huma riservati? Jista' jagħti d-dettalji lokal b'lokal u kategorija kategorija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Belt Valletta — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm flus daħlu mis-sistema li għamlu biex vettura tkun tista' tidħol il-Belt Valletta bejn Awwissu 2008 u Awwissu 2009?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ flus li nġabru permezz tas-sistema tas-CVA bejn Awwissu 2008 u Awwissu 2009 huwa ta’ €1,317,920 li jinkludi €290,208 late payment fees.

Belt Valletta — dħul ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vetturi differenti matul il-perjodu t'Awwissu 2008 sa Awwissu 2009 il-Belt Valletta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ vetturi different li daħlu fil-Belt Valletta matul il-perjodu t’Awwissu 2008 sa Awwissu 2009 huwa 195,166, li jinkludi 41,043 li daħlu fir-“ring road” biss, u mhux fiċ-ċentru tal-Belt.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Riċeviment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti f'dawn l-aħħar ħames xhur oganizzati jew kordinati mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'kienet l-okkazjoni? Kemm kien hemm persuni mistiedna għal kull riċeviment? Kemm attendew? Kemm swiet l-okkazjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma sarux riċevimenti mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.

Wi-Fi b'xejn fuq il-vapuri tal-Gozo Channel

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10754 li saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u ċioe jiddikjara jekk il-Gvern huwiex se jipprovdi servizz ta' wi-fi b'xejn fuq il-vapuri tal-Gozo Channel u t-terminals rispettivi u dan sabiex il-passiġġieri jkunu jistgħu jinqdew bis-sistema tal-internet waqt it-traġitt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Malta Communications Authority għaddejja b'diskussjonijiet mal-Gozo Channel dwar il-possibiltà ta' introduzzjoni tas-servizz tal-Wi-Fi fuq il-vapuri fit-terminals rispettivi tagħha, iżda dawn id-diskussjonijiet għadhom mhux konklużi.

Fgura, Triq Merħba — Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11164, jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet li jridu jsiru fi Triq Merħba, l-Fgura humiex ikkunsidrati bħala prijorità u jekk teżistix data ta' meta huwa maħsub li jibdew ix-xogħlijiet li hemm bżonn li jsiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 11164.

Ċertifikati biex persuni isuqu bastimenti ta' ċertu tul

Question

Jista' l-Ministru jispjega l-proċeduri ta' kif jinħarġu ċ-ċertifikati biex persuni isuqu bastimenti ikbar minn 24 metru? Persuni li għandhom ċertifikat biex isuqu bastimenti inqas minn dan il-qies xi proċeduri iridu jagħmlu biex jiksbu ċ-ċertifikat imsemmi? Jista' l-Ministru jagħti stampa ta' kif jaħdem il-metodu bejn l-Awtorità Marittima ta’ Malta u l-MCAST rigward l-eżami biex wieħed jikseb iċ-ċertifikat konċernat? Jaf il-Ministru li ftit żmien ilu sar l-eżami msemmi u min qagħad għal dan l-eżami ġie mgħarraf biss xi ġurnata u nofs qabel? Jeżisti xi ftehim bejn l-Awtorità Marittima ta’ Malta u l-kumpaniji tal-cruises li joperaw f'Malta rigward xi dokument li bih wieħed jista' jsuq bastiment inqas minn 50 metru? Veru li se tinbidel din il-proċedura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.