Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Uffiċċju tal-Ministru

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmul l-Uffiċċju tal-Ministru ? X'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tiegħi hu ffurmat skond il-guidelines ta' "Engagement of Staff in Private Secretariat".

Malta Shipyards

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma saret mill-Malta Shipyards Ltd. (kemm mill-ex Malta Shipbuilding u mill-ex Malta Drydocks) mill-ġurnata ta' l-għeluq ta' l-aħħar skema ta' riżenja volontarja sal-lum fuq tiswijiet/bini ta' vapuri jew kwalunkwe xogħol ieħor?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Novembru 2008 u s-26 t'Ottubru 2009 saret ħidma fuq 61 vapur. Fit-Tarzna tal-Marsa tkompla biss ix-xogħol fuq il-proġett tal-Fjell li dam sejjer sa April ta' din is-sena.

Test tal-liċenzja tal-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm weħlu persuni mit-test tal-liċenzja normali tal-karozza xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar, 2008 sal-lum? Fost dawk li ma jġibux il-liċenzja normali ma' l-ewwel attentant, kemm hi l-medja ta' re-tests li dawn il-persuni jerġgħu jagħmlu sakemm fl-aħħar jiksbu l-liċenzja?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija. Dwar it-tieni parti jien infurmat li l-medja ta' re-tests hija ta' tnejn.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Kirjiet ta' għamara, pitturi u pjanti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11663 u jgħid jekk sarux xi kirjiet ta' għamara u/jew pitturi u/jew pjanti mill-uffiċċju tiegħu u dekasteri oħra li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jinfurmani fid-dettall xi flejjes qed jitħallsu għal dawn il-kirjiet separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Gudja — Triq Filippu Castagna - tarmac u sleeping policeman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11011 u jara li jsir it-tarmac u sleeping policeman fi Triq Filippu Castagna, Gudja għaliex minn kemm ilhom joqogħdu hemm ir-residenti qatt ma ngħatat tarmac?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korsijiet Smart Women — Reklami

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-korsijiet kollha mwiegħda u reklamati bħala Smart Women? Matul is-sena 2009 kemm dehru reklami dwar dawn il-korsijiet, fejn dehru dawn ir-reklami u kemm intnefqu flus fuqhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 7581. Matul l-2009 ma nħarġu l-ebda reklami dwar dawn il-korsijiet.

Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — qtuħ ta' dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom kontijiet b'lura mal-Korporazzjoni Enemalta u mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Kemm hu l-ammont dovut? Kemm minn dawn huma kontijiet residenzjali u kemm kummerċjali? Kemm inqatgħu servizzi s-sena l-oħra u din is-sena? Kemm ingħataw lura? Kemm minn dawk li nqatgħu kienu residenzjali u kemm kummerċjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sleeping policemen

Question

Jista' l-Ministru jippubblika format li sleeping policemen jista' jkollhom fit-toroq tagħna? Jista' jgħid kemm minn dawn is-sleeping policemen għandhom il-permessi neċessarji u jgħid lokalità b'lokalità kemm-il sleeping policemen hemm?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

sleeping policemen — kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-razzjonal wara l-bini/twaħħil ta' sleeping policemen u x'inhuma l-kundizzjonijiet li jrid ikollok biex tikkwalifika ħalli titwaħħal sleeping policemen f'xi triq partikolari?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ċirkewwa — proġett tal-port

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar fuq il-proġett tal-port taċ-Ċirkewwa fl-2008 u din is-sena separatament u kemm kienet n-nefqa s’issa? X’jonqos isir fuq dan il-proġett? Meta hu mistenna li jibda u jitlesta x-xogħol li jonqos isir? Kemm hu stmat li se jiswa x-xogħol li jonqos isir? Fl-istess perjodu ħarġu xi offerti u/jew ingħataw xi kuntratti għax-xogħlijiet li jonqos isiru? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Ċifri ta' flus f'konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'ċifra ta' flus f'konsulenza mill-uffiċċju tiegħu u dekasteri oħra li jaqgħu taħtu matul din is-sena s'issa? Jista' jipprovdi breakdown lil min tħallsu u kemm hija ċifra ta' flus dovuta sa l-aħħar tas-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — emails

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-time frame li fih għandha tingħata risposta, imqar b'acknowledgement, lill-emails li jintbagħtu lill-uffiċjali fil-Ministeru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'inhi r-raġuni għaliex xi emails iridu jgħaddu ħafna ġranet sabiex tingħatalhom risposta jew acknowledgement?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — kumpanija tas-CVA u sistema tal-Park and Ride

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11281u jgħid kemm qed tħallas l-Awtorità dwar it-Trasport kull xahar lill-kumpanija CVA Technology Co Ltd għal tħaddim tas-sistema tas-CVA? Kemm tħallset din il-kumpanija sa minn meta bdiet topera s-sistema tas-CVA? Kemm huwa l-ammont li għandu dovut lil din il-kumpanija? Kemm ġiet tiswa lill-Gvern is-sistema tal-Park and Ride sa mill-bidu ta' l-operat tagħha? Kemm tilef bħala medja l-Gvern mit-tneħħija tal-V licence?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT tħallas medja ta’ €150,000 fix-xahar lill-kumpanija CVA Technology Co Ltd għat-tħaddim tas-sistema tas-CVA. L-ammont li tħallas lill din il-kumpanija minn meta bdiet topera s-sistema tas-CVA huwa ta’ €4,229,061 filwaqt li l-ammont dovut lil din il-kumpanija sa’ nofs Ottubru 2009 huwa ta’ €763,942. Dwar is-sistema tal- Park and Ride jien infurmat li mill-bidu tagħha din ġiet tiswa lill-Gvern €2,005,748. Fil-każ tal- V Licence , bħala medja l-Gvern tilef €1,400,000 fis-sena. Dan il-proġett kellu mpatt posittiv sostanzjali fuq il-komunita kummerċjali tal-Belt. Filwaqt li qabel ma daħlet is-sistema tas-CVA kien hemm biss madwar 33,000 vettura li setgħu jidħlu l-Belt, fl-2009 kien hemm medja ta’ aktar minn 70,000 ‘vettura unika’ fix-xahar li daħlet il-Belt. Ifisser li qlajna mill-Belt dawk il-karozzi li kienu jipparkjaw ġurnata sħiħa u tajna spazju lil ħafna aktar karozzi li daħlu għal qadi, xiri u divertiment. Bl-istess mod, is-sistema tal- Park and Ride hija nvestiment minn naħa tal-Gvern pero fissret soluzjoni għal kull min irid jidħol il-Belt għal ħin ftit twil.

Marsa Power Plant tal-Enemalta — decommissioning

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu t-tħejjijiet tal-Gvern għad-decommissioning tal-Marsa Power Plant tal-Enemalta? Se jinħarġu xi tenders għal dan u jekk iva, f’liema dati tentattivi?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li bħalissa, l-Enemalta qed tħejji l-pjan tagħha għad-decommissioning tal-power station tal-Marsa, liema pjan ikun irid jiġi maqbul mal-MEPA. Il-pjan tal-Gvern huwa li l-power station tal-Marsa tingħalaq sa l-aħħar ta' l-2012 malli jibda jaħdem l-interconnector ma' Sqallija.