Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex b’mod immedjat itaffi l-problema tal-ilma li tinħoloq f’diversi partijiet ta’ Malta bħall-Imsida, Birkirkara, Marsa u Ħal Qormi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika għal xhiex qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk dik li kienet magħrufa bħala l-Marsa Shipbuilding ġiet mikrija lil terzi u jekk iva, b'liema kundizzjonijiet u min huma jew hu dan it-terz? Jista' jikkonferma wkoll jew jiċħad li partijiet mill-istess Marsa Shipbuilding, ossija t-tinda u l-baċir, ġew min-naħa tagħhom sullokati (sub-leased) minn dawn il-kerrejja lil terzi oħrajn? B'liema kondizzjonijiet? Min hu/huma dan/dawn is-sullokat/i (sub-leasees)? Jista' jispjega kif sejrin it-trattattivi ta' dik li kienet magħrufa bħala l-Malta Drydocks ta' Bormla mas-Soċjetà Taljana Palombo? Meta hu mistenni li jkunu konklużi t-trattattivi? Dawn waslu fi stadju avvanzat jew għadhom fi stadju inizjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għas-sitwazzjoni attwali fil-bypass tal-Imtarfa u ċioe d-dlam ċappa li hemm fil-parti mudlama ta' din il-bypass li tinsab għaddejja minn nofs l-irdum tal-Imtarfa, jista' l-Ministru jara li jinvestiga permezz tar-road safety officer kif jistgħu ikunu miżbugħin il-ġnub tal-bankini eċċ. sabiex jiġi evitat kull periklu possibbli għall-pedestrians li jużaw din il-bypassgħar-rikreazzjoni tal-mixja tagħhom u għall-karozzi li jgħaddu minn hemm billi jkunu jistgħu jidentifikaw it-triq aħjar? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11461 u jgħid x'xogħol sar fl-aħħar 12-il xahar relatat ma'
a) Triq Valletta fiż-Żurrieq?
b) Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi f'Ħal-Luqa?
ċ) Parti sostanzjali minn Triq il-Kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq?
d) Underpass minn Triq Diċembru 13 sa ħdejn il-Waterfront tal-Belt?
e) Triq mill-għolja tal-Għadira saċ-Ċirkewwa?
f) It-tkomplija ta' Triq Mġarr minn ħdejn il-heliport sar-Rabat, f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li terġa' titwaħħal mill-ġdid lampa li nqalgħet minn Triq il-Pelikani, Tarxien sakemm inbena post, peress li għadha ma twaħħlitx b'dannu għar-residenti li jinsabu fi dlam ċappa meta ninsabu fis-sena 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10165 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni totali tal-ilma f’Għawdex kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008, u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena? Jista’ jagħti dawn il-volumi maqsumin skond is-sors tagħhom, eżempju boreholes u pumping stations?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 10354.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10167 u jgħid kemm kien il-konsum totali tal-ilma f’Għawdex kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008 u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10168 u jgħid kemm ilma ġie trasferit minn Malta għal Għawdex kull sena mill-1997 sal-aħħar tal-2008 u minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena? Jista’ jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 10357.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10169 u jgħid kemm metri kubi ta’ ilma ġew proċessati mill-polishing plant f’Għawdex kull xahar minn Lulju 2004 sa Ġunju ta’ din is-sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kunsilli lokali li għandhom applikazzjoni quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport biex jintroduċu residential parking? Liema huma l-kunsilli lokali u għal kemm-il parking? Meta saret l-ewwel talba għal kull applikazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jitlesta l-Port taċ-Ċirkewwa? Kemm ġie jiswa s'issa dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jitlesta l-proġett fil-Port tal-Imġarr Għawdex? Kemm ġie jiswa dan il-proġett s'issa u kemm huwa ppjanat li jiġi jiswa l-proġett kollu, jiġifieri l-parti tal-Port taċ-Ċirkewwa u l-parti tal-Port tal-Imġarr Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz tal-ajru huwiex se jerġa' jibda bejn iż-żewġ gżejjer? Dan is-servizz se jinkludi ajruplani bil-fixed wings jew helicopter biss?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-servizz tal-ajru bejn Malta u Għawdex diġa qiegħed jopera permezz ta' Fixed Wing Seaplanefuq skeda regolari bejn il-Port il-Kbir u l-port tal-Imġarr Għawdex, kif ukoll permezz tas-servizz bla skeda bil-helicopter bejn l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u l-Gozo Heliport.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz fejn il-pazjenti jinġarru permezz tal-helicopter huwiex se jerġa' jibda? Meta hemm il-ħsieb li dan jerġa' jibda biex pazjenti gravi mill-gżira Għawdxija jew minn xi post ieħor 'il bogħod mill-Isptar Mater Dei jibdew jinġarru bil-helicopter minflok bl-ambulanza peress li t-trasport bl-ajru jaf ikun f'inqas ħin minħabba ż-żieda fit-traffiku tal-art?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — faċilitajiet biex ommijiet ħaddiema ireddgħu t-trabi
Question
Jista' l-Ministru jgħid fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tiegħu, x'faċilitajiet hemm għall-ommijiet ħaddiema biex ikunu jistgħu jreddgħu t-trabi tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi jeżistu faċilitajiet ta' dan it-tip fil- Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Għalkemm ma hemmx faċilitajiet f'postijiet oħra ta' xogħol, dan ma jfissirx li f'każ li ssir talba f'dan is-sens ma jsirux arranġamenti mill-ewwel biex din it-talba tintlaqa`.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11498 u 10607 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8511, jista' l-Ministru jibbaża l-kalkolu mitlub dwar it-tneħħija tal-capping skont l-aħħar konsum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11070, 10329, 9683, 9491 u 9006 u jgħid fuq liema toroq ġodda fid-diversi bliet u rħula sar xogħol ta’ kisi ta’ tarmac fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena finanzjarja? F’liema lokalitajiet? Kemm swiet kull waħda? Xi programm hemm għall-kumplament ta’din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.