Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18771, 18573, 18155 u 17668 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17403, jista' l-Ministru fid-dawl tar-rapporti Analysis of Potential for Co-generation on the Maltese Islands - June 2009 – Ing. Charles Buttigieg u l-Malta’s CHP Report li huma in public domain tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li jitkellem dwar il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP – combined heat and power,jgħid :
a) Għaliex għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta u x’mistenni jsir f’dan ir-rigward matul din is-sena?
b) Il-gvern għandux ħsieb li jelimina d-dazju fuq
fuels
li jintużaw għas-CHP?
ċ) Il-gvern għandux xi pjan li jintroduċi FIT –
feed in tariff
ibbażata fuq dak li jiġi ffrankat kemm f’CO2u anki f’KWH?
d) Il-gvern għandux xi pjan għal
feed in tariff
fuq CHP ibbażata fuq CO2
neutral fuels
?
e) Kif beħsiebu l-gvern jimxi skont il-
best practice
li diġà qed tiġi addottata fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18155.
Jista' l-Ministru jgħid kif se jassigura li l-prezzijiet tal-pilloli li semma li se jorħsu, jara li attwalment jorħsu? X'se jkun il-makkinarju li se juża biex jagħmel dan peress li dan qed ngħidu fid-dawl li fl-introduzzjoni tal-VAT ukoll kellhom jorħsu 40,000 prodott, skont l-ex Ministru Dalli, imma l-poplu kollu jaf kemm-il 40,000 prodott raħas?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
każ fejn familja qed tiġi mitluba tħallas għal meter tad-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Korporazzjoni Enemalta li snin ilu kienu qatgħu dawl minn dar privata, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, minghajr l-ordni tas-sidien, u li tinsab mhux okkupata baqgħu jintalbu mill-awtoritajiet konċernati u illum mill-Arms Ltd biex iħallsu kont tal-meter ta' dawl meta din d-dar ma kellhiex dawl? X'passi se jittieħdu biex tiġi rimedjata din il-problema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta se tneħħi l-kera tal-meter tad-dawl (service charge), mid-data tal-qtugħ sad-data tar-rikonessjoni tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19519 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid mis-sena 2008 sal-lum kemm fetħu fabbriki f’pajjiżna? Liema huma? Liema hi l-manifattura tagħhom? Fejn huma? Kemm iħaddmu nies kull fabbrika?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-2008 sa llum ġew approvati 58 proġett ġdid. Dawn jinkludu kumpaniji li issottomettew applikazzjoni għal għajnuna biex jibdew proġett ġdid, kif ukoll numru ta’ kumpaniji li applikaw għall-ERDF Small Start-ups scheme. Lista ta’ dawn il-kumpaniji flimkien mas-settur li joperaw fihom tinsab mhemuża. Il-lokalitajiet ta’ dawn l-intrapriżi huma varji. Uħud minnhom jinsabu fiż-żoni industrijali amministrati mill-Malta Industrial Parks, oħrajn joperaw minn uffiċini privati f’ibliet varji filwaqt li oħrajn għadhom għaddejjin b’diskussjoni fuq il-bżonnijiet għal fabbriki/uffiċini.
Rigward l-informazzjoni dwar l-impjieg ta’ dawn il-kumpaniji nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni għall-Impjieg u t-Taħriġ.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19518 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid mis-sena 2008 sal-lum kemm għalqu fabbriki f’pajjiżna? Liema huma? Liema kienet il-manifattura tagħhom? Fejn kienu? Kemm kienu ħħaddmu kull fabbrika?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ fabbriki li kienu jinsabu fiż-żoni industrijali amministrati mill-MIP u li mill-2008 ‘l hawn għalqu huwa ta’ 30. Dawn kienu joperaw minn diversi żoni industrijali, bin-natura tal-produzzjoni tagħhom tkun diversa, kif inhu spjegat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-dettalji ta’ dawn il-fabbriki ma jistgħux jingħataw peress li dawn huma ta’ natura kunfidenzjali.
Fl-istess perjodu, mill-2008 sal-lum, ġew approvati 58 proġett ġdid. Dawn jinkludu kumpaniji li ssottomettew applikazzjoni għal għajnuna biex jibdew proġett ġdid, kif ukoll numru ta’ kumpaniji li applikaw għall-ERDF
Small Startups Scheme
. Il-lokalitajiet ta’ dawn l-intrapriżi huma varji. Uħud minnhom jinsabu fiż-żoni industrijali amministrati mill-MIP, u oħrajn joperaw minn uffiċini privati f’ibliet varji.
Rigward il-mistoqsija dwar l-impjiegi, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19881 dwar minn min huma komposti l-Joint Ventures (i) GRV Joint Venture (ii) l-RCF Joint Venture u (iii) r-Road Network Joint Venture, jista’ l-Ministru jgħid liema regolament/i tar-Regolamenti dwar il-Kuntratti Pubbliċi jipprojbixxi/u li tingħata l-informazzjoni mitluba?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont ir-Regolament 4 (4) tar-Regolamenti dwar Kuntratti Publiċi l-awtoritajiet kuntrattwali huma obligati li jirrispettaw b’ mod sħiħ in-natura kunfidenzjali ta’ kull informazzjoni sottomessa minn operaturi ekonomiċi. Din l-informazzjoni tinkludi b’ mod partikulari, sigrieti tekniċi jew ta’ negozju kif ukoll l-aspett kunfidenzjali ta’ l-offerti li jintefgħu.
San Pawl il-Baħar — Triq il-Pwales - sistema tad-drenaġġ
Question
B'referenza tar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 20388, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu stmat li hi l-kapaċità massima tas-sistema tad-drenaġġ f'San Pawl il-Baħar? Kemm hemm pompi (pumping stations) tad-drenaġġ fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? Fejn jinsabu dawn l-istess pumping stations?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kapacità massima tas-sistema tad-drenaġġ f’San Pawl il-Baħar hija ta’ 300 litru fis-sekonda. Fl-inħawi ta’ San Pawl il- Baħar hemm għaxar (10) pompi (pumping stations) tad-drenaġġ. Dawn jinsabu:
Burmarrad
Kennedy Grove
Bugibba
Sirens
Steps Street
Tax-Xama
Pwales
Fekruna
Mistra 1
Mistra 2
Jista' l-Ministru jara li l-Arms Ltd tibgħat il-kont tad-dawl u l-ilma lill-famlija li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilha ma tirċievi l-kont sitt xhur?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-familja msemmija inħarġilha l-kont tad-dawl u l-ilma.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-Malta Enterprise jew Malta Industrial Parks f'Ghawdex f'dawn l-aħħar tliet snin u jagħti d-dettalji relattivi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar tliet snin ġew sottomessi wieħed u għoxrin applikazzjoni mal-MEPA, kif turi t-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex id-dawl tal-pelican lights f'Mosta Road, San Pawl il-Baħar liema lights tkissru f'inċident tat-traffiku jiġu rranġati kemm jista' jkun malajr biex jiġu evitati inċidenti bejn karozzi u pedestrians?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali peress li din ma taqgħax taħt il-kompetenza ta’ l-Enemalta.
Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17668 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17403, jista' l-Ministru fid-dawl tar-rapporti Analysis of Potential for Co-generation on the Maltese Islands - June 2009 – Ing. Charles Buttigieg u l-Malta’s CHP Report li huma in public domain tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li jitkellem dwar il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP – combined heat and power, jgħid:
a) Għaliex għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta u x’mistenni jsir f’dan ir-rigward matul din is-sena?
b) Il-gvern għandux ħsieb li jelimina d-dazju fuq
fuels
li jintużaw għas-CHP?
ċ) Il-gvern għandux xi pjan li jintroduċi FIT –
feed in tariff
ibbażata fuq dak li jiġi ffrankat kemm f’CO2u anki f’KWH?
d) Il-gvern għandux xi pjan għal
feed in tariff
fuq CHP ibbażata fuq CO2
neutral fuels
?
e) Kif beħsiebu l-gvern jimxi skont il-
best practice
li diġà qed tiġi addottata fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi b’referenza għall-mistoqsija (b), il-Gvern m’għandux ħsieb li jelimina d-dazju fuq fuels li jintużaw għas-CHP. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija parlamentari, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 17668.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus il-Gvern Malti f'ismu jew f'isem xi korporazzjoni jew kumpanija lil banek, kumpaniji u lill-poplu Malti u Għawdxi jew jrid jagħti b'xi mod ieħor, liema flus li jrid joħroġ il-gvern, wieħed jista' jqisu bħala dejn tal-pajjiż b'mod globali? Jista' l-Ministru jgħid sa meta dawn il-flus il-gvern irid iħallashom lura u kemm qed iħallas imgħaxijiet il-pajjiż minħabba dan is-self li għandu kull sena, jew kemm huwa stmat li jrid jħallas f'imgħaxijiet għas-sena 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx persuni li ma jiddikjaraw l-ebda dħul finanzjarju? Jekk iva, għal liema raġuni u kemm hawn minn dawn il-persuni? Liema età għandhom u kemm ilhom f'din is-sitwazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li ma ddikjaraw l-ebda dħul finanzjarju fis-sena ta’ stima 2005 sa l-2009 huwa kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mhux possibbli li wieħed jgħid għaliex dawn il-persuni mhumiex qed jiddikjaraw dħul finanzjarju. Il-fatt li persuna ma tiddikjara xejn ma jfissirx li attwalment ma jkollha l-ebda dħul, għax fil-fatt wieħed jista’ jkollu pereżempju dħul minn investimenti u jagħżel li tinqatagħlu t-taxxa bil-15% minn ras il-għajn, u għalhekk ma jkun hemm għalfejn jiddikjara xejn. Oħrajn ikollhom dħul minn dividendi u t-taxxa tinqatagħlhom ukoll minn ras il-għajn bla ma jiġu dikjarati d-dividendi.
Korporazzjoni Enemalta — proġett tal- interkonnessjoni ma' Sqallija
Question
Jista' l-Ministru jindika skont rapporti interni tal-Korporazzjoni Enemalta nnifisha kemm mistenni jgħaddi żmien sakemm jitlesta l-proġett tal-interkonnessjoni ma' Sqallija minn mindu jiġi ffirmat il-ftehim? Meta mistenni jinbeda l-proġett? Fiex waslu n-negozjati li kellhom jinfetħu mill-ġdid
mal-
preferred bidders
?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ż-żmien li ħa jieħu l-proġett tal-interconnector se jiddependi fuq il-kuntratt attwali li għadu ma ġiex mogħti. Huwa mistenni li l-proġett se jibda fil-bidu tas-sena d-dieħla u jitlesta fi żmien tliet snin. Mhuwiex prudenti li jingħad dettalji tal-proċess tat-tender f’dan l-istadju li huwa rregolat mill-Public Procurement Regulations.
Provvista ta' servizzi lis-Settur Pubbliku u lis-Servizz Pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata taħt il-proċedura negozjata għall-provista ta’ servizzi, ħwejjeġ (goods) u xogħlijiet lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku separatament kull sena mill-2004 ’l hawn? X’kienu s-servizzi, xogħlijiet eċċ. provduti f’kull każ? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt? Jista’, jekk jogħġbu, jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Gazzetta tal-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 57 kuntratt taħt il-proċedura negozjata b’pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt tal-Unjoni Ewropeja waqt li kien hemm 109 kuntratti taħt il-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt tal-Unjoni Ewropeja. Din l-informazzjoni tkopri il-perjodu mindu Malta daħlet fl-Unjoni Ewropeja sal-15 ta’ Ottubru 2010. Listi ta’ dawn il-kuntratti kif ukoll kopji ta’ l-avviżi li dehru fil-Gazzetta tal-Gvern u tal-Ġurnal tal-Unjoni Ewropeja qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Papers Laid 1- PQ 19886.xlsPapers Laid 2 - PQ 19886.xlsPapers Laid 3 - PQ 19886.pdf
Korporazzjoni Enemalta — kumpanija Loqus - stallazzjoni ta' smart meters
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'sehem għandha l-kumpanija Loqus (ex-Datatrak) fl-istallazzjoni ta' smart meters għall-Korporazzjoni Enemalta? Kemm jiswa dan il-kuntratt u għal kemm snin? Kif ittieħdet id-deċiżjoni (tender jew direct order) biex ingħata l-kuntratt lil Loqus?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta m’għamlet l-ebda ordni jew kuntratt ma’ l-kumpanija Loqus (ex-Datatrack) fl-istallazzjoni ta’ smart meters.
uffiċjali li jagħmlu użu mill-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta
Question
Jista' l-Ministru jindika min huma l-uffċjali tal-Korporazzjoni Enemalta li jagħmlu użu tal-credit card tal-Korporazzjoni Enemalta li tiġi maħruġa miċ-chairman? Jekk hemm iżjed minn credit card waħda li tintuża, jista' jagħti breakdown sħiħ tal-ispejjeż tal-credit cards tal-Korporazzoni Enemalta għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Proġett ta' Renzo Piano — premises tal-uffiċini taċ-Chairman tal-Bank of Valletta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-gvern Malti biex akkwista l-premises fejn hemm l-uffiċini taċ-chairman tal-Bank of Valletta biex minfloku jitwaqqa' u ssir parti mil-proġett ta' Renzo Piano?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm bżonn li l-premises fejn hemm l-uffiċini tac-chairman tal-Bank of Valletta ġewwa South Street jiġi akkwistat peress li dan il-fond huwa proprjetà tal-Gvern u għaldaqstant ma tħallas l-ebda ammont biex dan jiġi akkwistat.
Belt Valletta — valur tal-binja House of the Four Winds
Question
Jista' l-Ministru jgħid skont il-Gvern Malti kemm hu stmat il-valur tal-binja aktar magħrufa bħala House of the Four Winds, il-Belt Valletta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-House of the Four Winds ingħatat b’kirja lill-Bank of Valletta bħala alternattiva għall-kirja li kellhom ġewwa South Street Valletta, peress li l-proprjetà f’South Street se tiġi mwaqqa’ minħabba l-Proġett ta’ Bieb il-Belt. Peress li l-kirja tal-proprjetà f’South Street kien baqala sat-13 ta’ Settembru 2040, il-Bank of Valletta ġew mogħtija ż-żmien li fadal fil-kirja li saret għall-House of the Four Winds bl-istess kera.
F’dan l-istadju ma kienx hemm bżonn ta’ stima tal-
House of the Four Winds
peress li din ġiet mikrija bl-istess kera li l-Bank kellu f’
South Street
.