Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11463 u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-moll għall-cruiseliners fil-Port ta' Marsamxett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-possibilita' li jsir żvilupp ta' Cruise Liner Berth u Terminal fil-Port ta' Marsamxett hija nkorporata fil-pjanijiet tal-proġett ta' Sant'Iermu. Waqt illi il-viabilita tal-moll fih innifsu giet stabilita, l-iżvilupp tal-moll hu dipendenti mir-riabilitazzjoni u żvilupp ta' Sant'Iermu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11467 u jgħid x'kienet l-ispiża fl-aħħar 12-il xahar fuq investiment fil-kwalità u l-aċċessibilità tal-vened u l-bus stops?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ir-responsabbiltà għaż-żamma tal-postijiet fejn jirkbu l-passiġġieri għall-karozzi tal-linja hi f'idejn il-kunsilli lokali. Madankollu qed jitħejja programm t'investiment fil-kwalità u l-aċċessibilità ta' dawn il-postijiet li se jkun iffinanzjat mill-ADT.
Dwar x'xogħol li sar fil-perjodu li qed jirreferi għalih, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Gudja — Triq Filippu Castagna - tarmac u sleeping policeman
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11934 u 11011 u jara li jsir it-tarmac u sleeping policeman fi Triq Filippu Castagna, Gudja għaliex minn kemm ilhom joqogħdu hemm ir-residenti qatt ma ngħatat tarmac?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11929 u 11718 u jara li jsir bus shelter fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta, fi Triq il-Knisja ma' Triq iż-Żejtun, Tarxien li ilu mwiegħed snin? L-Awtorità dwar it-Trasport fl-2007 kienet ressqet pjanta quddiem il-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien ta' kif kien sejjer jitwaqqaf dan il-bus shelter u issa sentejn wara reġgħet waslet xitwa oħra u din il-bus shelter għadha ma saritx.
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta xahar b'xahar 2007, 2008 u 2009:
a) ipoteki legali
b) noti ta' referenzi
ċ) noti ta' ipoteka
d) noti ta' insinwa
e) noti ta' causa mortis
f) ipoteki rinovata
g) subbasti
ġ) separazzjoni personali
h) company notices
ħ) ammonti totali ta' debiti reġistrati
i) ammont totali ta' bejgħ
j) ammont totali ta' tpartit
k) ammont totali ta' enfitewsi perpetwa
l) ammont totali ta' enfitewsi temporanji u
m) ammont totali ta' trasferimenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk meta l-Korporazzjoni Enemalta għamlet dikjarazzjoni fil-bidu tas-sajf li għadda li t-trab iswed li qed jaqa' fin-naħa t'isfel ta' Malta mhuwiex ikkawżat minn xi impjant tagħha, għamlitx din id-dikjarazzjoni abbażi ta' testijiet li kienu saru? Jekk saru dawn it-testijiet, jista' jagħmilhom pubbliċi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11925 u 11461 u jgħid x'xogħol sar fl-aħħar 12-il xahar relatat ma'
a) Triq Valletta fiż-Żurrieq?
b) Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi f'Ħal-Luqa?
ċ) Parti sostanzjali minn Triq il-Kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq?
d) Underpass minn Triq Diċembru 13 sa ħdejn il-Waterfront tal-Belt?
e) Triq mill-għolja tal-Għadira saċ-Ċirkewwa?
f) It-tkomplija ta' Triq Mġarr minn ħdejn il-heliport sar-Rabat, f'Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kunsilli lokali li għamlu talba quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport għal parking meters? Jekk fl-affermattiv, liema huma l-kunsilli lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sa llum l-ADT ma rċeviet ebda talba għall-istallazzjoni ta’ parking meters.
Jista' l-Ministru jgħid hekk hemmx il-ħsieb li l-binja fejn qabel kien hemm il-bar tal-maċina u xi uffiċini fuqu, l-Isla, tiġi mwaqqa' u tinkixef il-fortifikazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-Gvern minn Baċir Nru. 1, Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proġett ta' Baċir Numru 1 f'Bormla jinkludi landscaping liema xogħol ser jinbeda s-sena d-dieħla, taħt l-iskema ta' ERDF 104 Stronger Cottonera Communities.
Mill-banda l-oħra bħalissa qiegħda issir evalwazzjoni fuq l-użu li għandu jsir mill-bini li jifforma parti mill-Baċir Nru.1.
Ministeru għall-infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — materjal stampat
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kolla tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ħal Għaxaq — ta' Landar u Triq Carmelo Rosario Dimech - xogħol meħtieġ
Question
Jista' l-Ministru jweieġeb mistoqsija parlamentari 8546 u ċioe: Peress li wara ħafna snin, issa nħareġ il-permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex isir ix-xogħol fuq sistemi tad-drenaġġ u l-bini tat-toroq fl-inħawi ta' Landar u fi Triq Carmelo Rosario Dimech (ex Triq ta' Telleritu) f'Ħal Għaxaq, jista' jindika meta l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Awtorità dwar it-Trasport se jagħtu bidu għax-xogħol meħtieġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fl-inħawi tal-Landar f'Ħal-Għaxaq inbeda.
Jista’ l-Ministru jgħid x'sar u kemm intefqu flus matul l-aħħar tliet xhur tal-2008 u matul din is-sena separatament fuq l-estensjoni tal-faċilitajiet fil-portijiet f’Għawdex biex ikunu jistgħu jidħlu cruise liners f’Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Mhux il-ħsieb li cruise liners jidħlu f'xi port f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji kienet ibbażata r-reviżjoni tat-tariffi li saret f’Marzu 2009? Jista' jgħid ukoll kif dawn il-kriterji żviluppaw matul din is-sena? Jista' jgħid x’inhuma l-prezzijiet tas-suq taż-żjut li tuża l-Korporazzjoni Enemalta biex tipproduċi l-elettriku llum u x’inhuma l-prezzijiet li s-suq qed jipprevedi għall-2010? Jista l-Ministru jgħid jekk hux maħsub li jitbiddlu l-prezzijiet tal-ilma u l-elettriku u jekk iva, meta? Jekk hemm bżonn bidla fit-tariffa, jista' jispjega għaliex hemm bżonn tali bidla?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-kriterji prinċipali li fuqhom kienet bbażata r-reviżjoni tat-tariffa tal-elettriku f’Marzu 2009 u kif dawn żviluppaw matul is-sena kienu:
Premessa fit-Tariffi
Kif Irriżulta
Prezz taz-Żejt Crude
$54.70/bbl
$76.00/bbl
Prezz Fuel Oil
$314.00/MT
$469.75/MT
Prezz Gas Oil
$484.00/MT
$631.50/MT
Dollaru
$1.3500
$1.4750
Kien hemm żewġ kriterji oħra:
· L-ammont ta’ elettriku kkonsmat u li mill-aħħar revizjoni naqas b’cirka 8%;
· L-ammont ta’ “non-technical losses” li baqgħu l-istess f’livell ta 6% f’dan il-perijodu.
It-tħaddim ta’ dan il-kumpless ta’ riżultati hu li l-Enemalta qed tipprevedi li titlef € 21.4 miljun bejn April u Dicembru 2009 għaliex it-tariffi kienu aktar baxxi milli fil-fatt irriżulta li kien is-suq.
It-tariffi ta’ Marzu 2009, meta saret l-aħħar reviżjoni, irriżultaw aktar baxxi mis-suq għaliex meta saret ir-reviżjoni f’Marzu 2009 l-ekonomija dinjija kienet għada fl-eqqel tal-krizi ekonomika u l-krizi finanzjarja. L-“outlook” – u allura l-previżjonijiet li kien hemm dak iż-żmien kienu negattivi ħafna. Fil-fatt, iżda, irriżulta illi l-bidu tar-“recovery” kien aktar mgħaġġel milli kien maħsub bil-konsegwenza li l-prezzijiet bażiċi li jeffetwaw it-tariffa tal-elettriku żdiedu b’ritmu ħafna aktar mgħaġġel milli kien prevedibbli f’Marzu 2009.
Il-prezzijiet taż-żejt illum u dawk li qed jagħtu s-swieq għas-sena d-dieħla huma:
Illum
Q1 2010
Q2 2010
Q3 2010
Q4 2010
Crude Oil
$76.00/bbl
$78.26/bbl
$79.91/bbl
$81.21/bbl
$82.34/bbl
Fuel Oil
$469.75/MT
$484.00/MT
$493.00/MT
$506.00/MT
$519.00/MT
Gas Oil
$632.00/MT
$661.00/MT
$680.00/MT
$698.00/MT
$716.00/MT
L-Enemalta hi mistennija li titlob żieda fit-tariffa għas-sena d-diehla kemm għaliex is-sena l-oħra t-tariffi ma kienux biżżejed biex ilaħħqu mal-ispiza tagħha kif ukoll għaliex is-swieq qed jindikaw illi fl-2010 il-prezz taż-żejt se jkollu tendenza biex jogħla anki aktar.
L-ispejjes rikorrenti l-oħra tal-Eenmalta – pagi, sahra, amministrazzjoni, “unbilled units”, deprezzament etc - qiegħdin jitrazznu kemm jista jkun u barra li qed naraw titjieb fuq diversi oqsma għall-iskop tar-reviżjoni tat-tariffa qed jiġu kalkulati fuq l-istess bazi bħas-sena l-oħra.
Il-problema principali tibqa l-prezz taż-żejt u meta tikkonsidra li x-xiri taż-żejt jsarraf fi 62 % tal-ispiża totali tal-Enemalta mal-ewwel tittendi kemm tnaqqis marġinali f’oqsma oħra – għalkemm bżonnjuż – ftit se jkollu effett fuq it-tariffi.
Infakkar illi kull reviżjoni issir fuq il-bażi ta’ set ta’ prinċipji li r-regolatur tal-elettriku – il-Malta Resources Authority – kienet fasslet wara konsultazzjoni pubblika u kull proposta li tagħmel l-Enemalta hi suġġett għall-iskrutinju sħiħ tar-Regolatur. Jien ċert li l-Onor. Interpellant jiftakar illi meta saret l-aħħar reviżjoni f’Marzu 2009 il-proċess li kien intuża kien, li l-Enemalta ssotomettiet il-proposta tagħha lir-Regolatur li kien mexxa l-proċess ta’ skrutinju permess ta’ awdituri appuntati minnu. Dan l-istess proċess – li wara kollox hu l-proċess prefiss fil-liġi – jiġi segwit din id-darba wkoll.
Infakkar ukoll illi waqt li l-Enemalta trid bilfors tiġbor l-ispejjeż kolla li tagħmel biex tixtri ż-żejt u tipproduċi l-elettriku, il-Gvern xorta jista jgħin lill-konsumatur individwali permess ta’ sussidju tant li hemm mal-28,000 account holder illi jgawdu min energy benefit li jitħallas mill-Ministeru tal-Politika Soċjali. Dan is-sussidju, mogħti lill-persuni fil-bżonn u li ma jifilħux iħallsu ż-żieda, ilu jingħata u se jibqa jingħata.
Fl-aħħar nett, ż-żieda fiż-żejt teffetwa negattivament lill-Korporazzjoni tas-Servizz tal-Ilma u hu mistenni li bil-prezzijiet indikati qabel l-ispiża għall-elettriku tal-KSI sejra tiżdied b’ċirka €5,000,000 fis-sena. Spiża oħra ġdida għall-KSI hi l-ispiża rikorrenti għall-impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ tal-Mellieħa u ta’ Barkat (meta jibda jaħdem is-sena d-dieħla) li huma stmati li se jiżdiedu fuq is-sena li għaddiet b’ċirka l-€4,000,000.
Pembroke — Triq Pietro Darmanin - Provista ta' dawl
Question
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni li waslet biex tinqata' l-provista tad-dawl fi Triq Pietro Darmanin, Pembroke? Jaf li din l-azzjoni ilha ġimgħatejn, partikolarment fil-pjazza ta' quddiem il-bini tal-Gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — financia instruments
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi financial instruments mill-European Investment Bank fejn pajjiżna informa li mhux ser ikun qed jipparteċipa għall-perjodu 2007/2013? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li ta l-Onor. Prim Ministru f'Mistoqsija Parlamentari Nru 11743.
Peress li meta tagħmel ix-xita hemm diversi bnadi ta’ Malta u Għawdex fejn joħroġ id-drenaġġ u dan iħalli riħa qawwija fit-toroq, jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu biex isiru proġetti biex din il-problema titneħħa jew almenu tittaffa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet Update tal-Master Plan għas-sistema tad-drenaġġ f'Malta u Għawdex li jinkludi programm ta' xogħlijiet li mistenni jsiru fuq medda ta' għaxar snin li permezz tagħhom ser ikunu mnaqqsa l-problemi bħalma semma l-Onor. Interpellant.
Irid jingħad li ta' l-anqas, parti mill-kawża tal-problema li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hi konnessjonijiet illegali mas-sistema tad-drenaġġ bħal per eżempju l-konnessjonijiet ta' katusi li jiġbru l-ilma tax-xita minn fuq il-bjut.