Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Diċembru 2025?
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Health and Safety Officers
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx Health & Safety Officer fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u jekk iva, kemm?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu li l-Gvern qed jirrapporta dwar ir-riżultati finanzjarji u l-progress tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u kif dawn ir-rapporti jintwerew fil-Parlament?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company. Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.
Kumpanija - Investimenti f’teknoloġija jew proġetti diġitali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet biex il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tinvesti f’teknoloġija jew proġetti diġitali li jtejbu l-effettività u s-sostenibbiltà tal-proġetti tagħha?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company. Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.
Kumpanija - Standards ambjentali u regolatorji - Proġetti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex il-proġetti tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jiġu implimentati b’mod li jaqblu mal-istandards ambjentali u regolatorji f’Malta?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company. Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.
Segretarjat għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari
għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni
, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Novembru 2025?
Jista’ l-Ministru jgħid kif jiġi żgurat li l-proġetti tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ikunu sostenibbli fit-tul u ma jikkontribwixxux għall-pressjoni żejda fuq il-finanzi pubbliċi tal-pajjiż?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company. Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi valutazzjoni dwar l-impatt soċjali u ekonomiku tal-proġetti tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq il-komunitajiet lokali?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company. Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.
Kumpanija - Miżuri ta’ trasparenza u akkontabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ta’ trasparenza u akkontabilità qed jiġu applikati biex il-pubbliku u l-Parlament ikunu infurmati dwar l-operat u l-finanzi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company. Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.
Kumpanija - Programmi ġodda ta’ akkomodazzjoni affordabbli/infrastruttura strateġika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tniedi jew tespandi programmi ġodda ta’ akkomodazzjoni affordabbli jew infrastruttura strateġika?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company. Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.
Jista’ l-Ministru jgħid kif jiġi żgurat li l-finanzjament tal-proġetti tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ma jaffettwax id-dejn pubbliku direttament?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company. Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti attwali li qed jiġu ffinanzjati permezz tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u x’ammont ta’ fondi qed jinħarġu għal kull wieħed minnhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company. Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.
Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Novembru 2025?
Jista’ l-Ministru jgħid meta twaqqfet il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u x’inhuma l-għanijiet strateġiċi tagħha bħalma ġew stabbiliti mill-Gvern?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company. Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31762, fejn intqal li “Sadanittant it-tagħrif għadu qed jinġabar”, jista’ l-Prim Ministru issa jagħti rendikont totali tal-ispiża għall-kampanja ta’ reklamar b’rabta mal-Baġit 2026?
L-Awtorità tal-Akkomodazzjoni Soċjali - Kirjiet qabel is-sena 2022 mingħand il-ġenituri
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33797 u jgħid jekk persuni li wirtu kirja mingħand il-ġenituri tagħhom u li kienu jirrisjedu f’post mikri mingħand l-Awtorità tal-Akkomodazzjoni Soċjali qabel is-sena 2022, iżda wirtu l-kirja wara s-sena 2022, jekk dawn humiex eleġibbli taħt l-iskema Sir Sid ta’ Darek biex jixtru l-post? Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, jista’ jispjega kif din mhix diskriminatorja ma’ persuni oħra li jkunu xtrawha, ġaladarba dan baqa’ l-istess titolu ta’ kirja?
Birkirkara - Triq Ganu - Akkomodazzjoni affordabbli - Proġett
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33691 u jgħid fiex wasal il-proġett ta’ akkomodazzjoni affordabbli (affordable housing) għall-anzjani fi Triq Ganu, Birkirkara?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32887 fejn kien intqal li l-informazzjoni ma tistax tingħata għaliex il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hija ‘public limited company’, jista’ l-Prim Ministru jwieġeb din il-mistoqsija fid-dawl li l-Gvern għandu l-maġġoranza tal-ishma fl-istess kumpanija u ċjoè jgħid jekk din il-kumpanija għandiex debituri? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji tal-ammonti li għandhom f’debitu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company. Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32885 li fiha l-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32283, fejn intqal li l-informazzjoni ma tistax tingħata għaliex il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, hija ‘public limited company’, jista’ l-Prim Ministru jwieġeb din il-mistoqsija fid-dawl li l-Gvern għandu l-maġġoranza tal-ishma f’dik il-kumpanija? Jista’ għaldaqstant jgħid kemm huma stmati t-talbiet tal-kredituri li għandha din il-kumpanija?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni hija Public Limited Company. Għaldaqstant, ma nistax nipprovdi informazzjoni dwarha.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-proġett tal-housing estate li nbena fis-Siġġiewi? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm appartamenti u kemm minnhom huma ta’ kamra tas-sodda waħda (one-bedroom), ta’ żewġt ikmamar tas-sodda (two-bedroom) u ta’ tliet kmamar tas-sodda (three-bedroom) f’dan il-housing estate?