Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa — Stabbilimenti turistiċi - Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għandhiex applikazzjonijiet pendenti għal lukandi (hotels), guesthouses, hostels, tourist villages, stabbilimenti turistiċi, eċċ. fil-lokalità tal-Mellieħa? Jekk iva, liema huma dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lilll-Onor. Interpellant li t-tabella ta’ hawn taħt, turi dawk l-applikazzjonijiet li qegħdin pendenti għand l-Awtorità fil-lokalità tal-Mellieħa. Category of Premises Locality No. of new rooms proposed No. of new beds proposed 1 Guesthouse Standard Mellieħa 3 6 2 Guesthouse Standard Mellieħa 8 16

In-Naxxar — Stabbilimenti turistiċi - Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għandhiex applikazzjonijiet pendenti għal lukandi (hotels), guesthouses, hostels, tourist villages, stabbilimenti turistiċi, eċċ. fil-lokalità tan-Naxxar? Jekk iva, liema huma dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella ta’ hawn taħt, turi dawk l-applikazzjonijiet li qegħdin pendenti għand l-Awtorità fil-lokalità tan-Naxxar. Category of Premises Locality No. of new rooms proposed No. of new beds proposed 1 4 Star Hotel Naxxar 61 122 2 Guesthouse Standard Naxxar 13 26

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Sponsorships u donazzjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim-Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fl-2023 u fl-2024 ma ngħatawx sponsorships u donazzjonijiet ta’ iktar minn €2500 mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu. Fir-rigward tal-Ministeru għat-Turiżmu, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. L-informazzjoni fir-rigward tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ma tistax tingħata peress li hija kummerċjalment sensittiva.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Direct Orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2023?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16394.

Studenti ta’ ċittadinanza barranija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20905 u peress li kull student ta' nazzjonalità barranija jrid jgħid f'liema istituzzjoni Maltija se jkun qed jistudja u li jkun ġie aċċettat minnha qabel jingħata l-Visa, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid ma’ liema istituzzjoni edukattiva ngħataw permess u visa biex jistudjaw dawn l-istudenti barranin fl-aħħar għaxar snin? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena u istituzzjoni edukattiva b'istituzzjoni edukattiva?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu ma jżommx din l-istatistika.

Studenti ta’ ċittadinanza barranija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20905, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jaqsam iċ-ċifri ta’ studenti barranin li pprovda fl-istess tweġiba, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istess statistika ġiet revista u emendata minħabba diverġenzi żgħar fin-numri. L-istatistika, li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, tkopri bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u d-29 ta’ Lulju 2024.

Wied il-Għajn — Pjan għat-turiżmu

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4462 u 9420, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk mit-12 ta’ Ġunju 2023 sal-lum il-pjan għat-turiżmu f’Wied il-Għajn huwiex finalizzat? Jekk iva, meta ser ikun ippubblikat?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2251.

Wied il-Għajn — Ix-Xatt - Manutenzjoni u tibdil tal-pavimentar

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 5953 u 8490, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hux issir il-manutenzjoni neċessarja u t-tibdil tal-pavimentar fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Impjegati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm għandu impjegati miegħu preżentement fil-Ministeru bħala: (a) Head of Secretariat; (b) Deputy Head of Secretariat; (c) Private Secretary; (d) Assistant Private Secretary; (e) Head Customer Care Officer; (f) Customer Care Officer; (g) Customer Care Assistant; (h) Communications Secretary; (i) Events Co-ordinator; (j) Co-ordinating Officer; (k) Secretariat Officer; (l) Secretariat Pool; (m) Senior Secretariat Messenger; (n) Secretariat Messenger; (o) Chairwoman; (p) Personal Driver; (q) Security Officer; (r) Advisor; (s) Policy Consultant; (t) Policy Co-Ordinator; (u) Photographer; (v) Person/Position of Trust oħrajn? Jista’ jgħid ukoll x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn l-impjegati, min huma dawn l-impjegati, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f'każ ta' Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x'inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta' kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? Minn dawn l-allowances u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati għal xiex hu intitolat u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli): (i) Disturbance Allowance; (ii) Secretariat Allowance; (iii) Bonus for Overtime Worked; (iv) Communications Allowance; (v) Fully-expensed mobile telephony; (vi) Free telephony; (vii) Pre-Paid top-ups for telephony service; (viii) Internet Service; (ix) Car Allowance; (x) Transport Allowance; (xi) Fuel Vouchers; (xii) Use of car-hired car; (xiii) Use of government-owned car; (xiv) Internet key; (xv) Tablets; (xvi) Laptops; (xvii) Peripherals; (xviii) Expertise allowance; (xix) Disturbance Allowance; (xx) Shift Allowance; (xxi) Xi tip ta' allowance u/jew perkaċċi oħra (speċifika)? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat tal-Ministeru għandu fis-seħħ?

Response (BORG, IAN)

Kif weġibt f'diversi istanzi, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Xiri ta’ MacBooks

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu li nxtralhom MacBook minn fondi pubbliċi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jiswa kull MacBook u jgħid jekk il-MITA oġġezzjonatx għall-użu ta’ dawn il-MacBooks għax teknikament ma tagħtix support għalihom?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat illi preżentament hemm żewġ macbooks għall-użu ta' staff fis-segretarjat tiegħi. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-amministrazjoni pubblika hija dejjem miftuħa għal kull teknoloġija speċjalment f’xogħloijiet speċifiċi li jirrikjedu teknoloġija differenti. Infurmat illi l-MITA mhux talli ma toġġezjonax għax-xiri ta’ dan l-apparat, talli qiegħda f’diskussjoni biex tara li jkun offrut servizz ta’ sapport ċentrali għal dan it-tip ta’ apparat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Impjegati li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg fuq kuntratt definit, jew fuq service contracts, u meta ġew ingaġġati u f'liema grad? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 21444 u 21453.

San Pawl il- Baħar — Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23141 u 23354 u jgħid kemm hemm lukandi, jew stabbilimenti turistiċi reġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, fil-lokalità ta’ San Pawl il- Baħar? Kemm hu n-numru ta’ kmamar u sodod, rispettivament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għadhomx kollha joperaw u jekk le, liema minn dawn m’għadhomx joperaw? Kemm hemm stabbilimenti/kmamar/sodod approvati mill-MTA f'San Pawl il-Baħar, li għad iridu jibdew joperaw?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ stabbilimenti turistiċi ġewwa San Pawl il-Baħar, inkluż in-numru ta’ kmamar u sodod, li bħalissa huma liċenzjati mill-MTA huwa s-segwenti: KategorijaAmmontBedrooms / Self catering unitsSodod Hotels39583112296 Guest Houses10141316 Fir-rigward tal-mistoqsijiet l-oħra, l-MTA m’għandhiex dik l-informazzjoni.

Il-Mellieħa — Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23142 u 23355 u jgħid kemm hemm lukandi, jew stabbilimenti turistiċi reġistrati mal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, fil-lokalità tal-Mellieħa? Kemm hu n-numru ta’ kmamar u sodod, rispettivament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għadhomx kollha joperaw u jekk le, liema minn dawn m’għadhomx joperaw? Kemm hemm stabbilimenti/kmamar/sodod approvati mill-MTA fil-Mellieħa, li għad iridu jibdew joperaw?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ stabbilimenti turistiċi ġewwa l-Mellieħa, inkluż in-numru ta’ kmamar u sodod, li bħalissa huma liċenzjati mill-MTA huwa s-segwenti: KategorijaAmmontBedrooms / Self catering unitsSodod Hotels1124615013 Guest Houses22040 Hostels11627 Tourist Village1168738 Fir-rigward tal-mistoqsijiet l-oħra, l-MTA m’għandhiex dik l-informazzjoni.

In-Naxxar — Lukandi/stabbilimenti turistiċi Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23143 u 23356 u jgħid kemm hemm lukandi, jew stabbilimenti turistiċi reġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, fil-lokalità tan-Naxxar? Kemm hu n-numru ta’ kmamar u sodod, rispettivament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għadhomx kollha joperaw u jekk le, liema minn dawn m’għadhomx joperaw? Kemm hemm stabbilimenti/kmamar/sodod approvati mill-MTA fin-Naxxar, li għad iridu jibdew joperaw?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ stabbilimenti turistiċi ġewwa n-Naxxar, inkluż in-numru ta’ kmamar u sodod, li bħalissa huma liċenzjati mill-MTA huwa s-segwenti: KategorijaAmmontBedrooms / Self catering unitsSodod Guest Houses678160 Fir-rigward tal-mistoqsijiet l-oħra, l-MTA m’għandhiex dik l-informazzjoni.

Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Konsulenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21939 u 22501 u jagħti rendikont ta’ kemm-il konsulent ġie maħtur mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tul is-snin 2023 u 2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid min huma dawn il-konsulenti, fuq liema kriterji ntgħażlu u x’rata ta’ remunerazzjoni għandhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Konsulenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21940 u 22500 u jagħti t-total tal-ħlas għal-konsulenti maħtura mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tul l-2023 u l-2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Konsulenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21941 u 22498 u jgħid kemm minn dawn il-konsulenti maħtura mill-Ministeru tiegħu u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) nħatru wara sejħa pubblika u kemm minnhom ma ntgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Kuntratti ta’ Kera

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21944 u 22497 u jgħid kemm-il kuntratt ta’ kera għandu l-Ministeru u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u jagħti n-nefqa annwali fuq kera għas-snin 2023 u 2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12044 u 18985 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għall-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-kategorija Operational and Maintenance Expenses fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Impjegati ġodda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru wara l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22282.