Differenza bejn servizz ta' klinika privata u dak taċ-Ċentru tas-Saħħa
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'differenza hemm fis-servizz tal-emerġenza mogħti fi klinika privata u servizz provdut miċ-Ċentri tas-Saħħa li diġà huma eżistenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-bżonnijiet tal-pazjenti li għandhom jirrikoru fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei jew il-klinika privata msemmija, huma differenti minn dawk ta’ pazjenti li jkollhom bżonn jirrikorru fiċ-Ċentru tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jixtri servizzi u kemm xtara servizzi ta' sodod ġewwa d-djar privati l-gvern matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April 2012 dar b'dar? Jista' jgħid jekk il-budget biex jixtri iktar servizzi jippermettilux jew inkella l-massimu ta' servizzi ta' sodod huwiex milħuq?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm social cases matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April 2012 ġewwa l-Isptar Mater Dei ? Jista' jgħid kemm minn dawn is-social cases reġgħu ġew integrati fis-soċjetà u kemm minnhom marru ġewwa xi home?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx strateġija nazzjonali dwar id-dimenzja? Jista' jgħid din l-istrateġija x'inhi u jispeċifika r-rwol tal-istat x'inhu f'din l-istrateġija u r-rwol tal-individwu x'inhu ukoll?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pjan għall-iStrateġija Nazzjonali tad-Dimenzja qiegħed fi stat avvanzat u jrid jiġi approvat mil-Kabinett. Il-pjan jikkonsisti f’miżuri li jridu jiġu mplementati mill-Istat f’oqsma diversi fil-kura tad-dimenzja. Dawn jinkludu:
1. miżuri biex jiżdied l-għarfien fuq il-kundizzjoni
2. miżuri biex id-djanjosi ssir f’ħin bikri fejn hu possibbli
3. diversi miżuri biex ikun hemm titjib fil-kura għal min ikollu id-dimenzja
4. miżuri biex il-professjonisti kif ukoll ħaddiema oħra li jieħdu ħsieb pazjenti bid-dimenzja ikollhom it-taħrig meħtieġ
5. żvilupp ta’ reġistru tad-dimenzja kif ukoll riċerka epidemioloġika f’dan il-qasam.
L-Istat irid jaħdem id f’id mal-familjari u nies oħra li jipprovdu informal care biex fejn hu possibbli dawn in-nies ikollhom it-taħrig li jkun hemm bżonn, kif ukoll l-għajnuna biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb l-individwi bid-dimenzja.
Jista' l-Minstru jgħid meta jaħseb li x-xogħol fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta jkun lest? Jista' jagħti spjegazzjoni dan ix-xogħlijiet fiex se jkunu jikkonsistu u/jew huwiex se jżomm is-servizzi li hemm jew jekk humiex sejrin jiżdiedu jew jonqsu s-servizzi li kienu jingħataw qabel ma beda x-xogħol?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li x-xogħol fuq iċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta mistenni jkun lest lejn l-aħħar ta’ din is-sena. Ix-xogħol jirrigwarda tisbiħ tal-bini biex isir aktar funzjonali għall-ħtigijiet tal-pazjenti li jagħmlu użu minn dan iċ-ċentru. Wara li jsiru ix-xogħlijiet se jkun hemm il-faċilita’ ta’ teatru żgħir għall-operazzjonijiet taħt anesteżija lokali kif ukoll klinika speċjalizzata fuq il-feriti. Barra minn dawn is-servizzi ġodda, is-servizzi kollha li kienu qegħdin jingħataw miċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta se jibqgħu jingħataw wara li jitlestew ix-xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz tad-dentistrija huwiex se jibda jingħata fil-komunità u allura fiċ-ċentri tas-saħħa jew jekk dan is-servizz huwiex se jibqa' jingħata mill-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li huwa ppjanat li s-servizzi tad-dentistrija ser jerġgħu jinfetħu fiċ-ċentri reġjonali ġodda. Is-servizz ser ikun iffukat fuq prevenzjoni ta’ mard tas-snien, tindif tas-snien u servizz ta’ emerġenza fid-dentistrija. F’ċentru wieħed ser ikun iffukat is-servizz nazzjonali sabiex jieħu ħsieb il-bżonnijiet tad-dentistrija għat-tfal tal-iskejjel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx strateġija nazzjonali biex tnaqqas l-obesità? Fiex tikkonsisti din l-istrateġija nazzjonali, min huwa responsabli tagħha u x'targets għandha? Meta huwa ppjanat li dawn it-targets jintlaħqu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Staff klerikali li għandhom degree mill-Università
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment m’għandux l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
pazjent li jkun irid imur barra minn Malta għall-kura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux sistema ta’ prior authorisation sabiex pazjenti Maltin li huma intitolati jieħdu kura partikolari b’xejn fl-Isptar Mater Dei bħala inpatients, imorru jieħdu din il-kura fi sptar ieħor barra minn Malta f’pajjiż tal-Unjoni Ewropea, ai fini ta’ ħlas għal tali hospitalisation?
Jekk hemm sistema ta’
prior
authorisation
fejn għandu wieħed jirrikorri sabiex jikseb tali awtorizazzjoni? Jekk tali sistema teżisti, liema huma dawk is-servizzi mediċi/kura li jaqgħu taħt din is-sistema? Jista' jgħid jekk hemmx sit elettroniku li jagħti tali informazzjoni? Jekk m’hemmx sistema ta’
prior
authorisation
, x’sistema tintuża sabiex tiġi determinata jekk pazjent għandux dritt għall-kumpens għall-kura li huwa ħa fi sptar f’pajjiż tal-Unjoni Ewropea?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Gvern għandu sistema ta’ prior authorisation sabiex pazjenti intitolati imorru jieħdu kura fi sptar ieħor barra minn Malta f’pajjiż tal-Unjoni Ewropeja. Wieħed jirrikorri għal din is-sistema billi jiġi riferut mill-konsulent jew speċjalista kuranti li jaħdem fis-sistema pubblika tas-saħħa. Is-servizzi medici/ta’ kura li jaqgħu taħt din is-sistema huma dawk li jiffurmaw parti mill-pakkett ta` kura li joffri il-Gvern. Din l-informazzjoni tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tas-Saħħa fis-sezzjoni li tittratta dwar kura barra minn Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx jew kienx hemm pazjenti Maltin li marru jieħdu kura f’pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, liema kura huma intitolati għaliha b’xejn hawn Malta, u jekk talbux jew hux qed jitolbu ħlas mingħand il-gvern għal tali kura? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kawżi pendenti l-Qorti rigward din is-sitwazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika speċifikament għal liema perjodu jew żmien qiegħed jalludi jew jirreferi għalih fil-Mistoqsija Parlamentari tiegħu.
Jista' l-Ministru jara jekk tistax tingħata l-karta r-roża lill-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li r-raġel ma jaħdimx għax jinsab marid u m'għandhom l-ebda dħul finanzjarju?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li jekk il-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għandu kundizzjoni kronika li qegħda fil-Ħames Skeda tal-Att tas-Sigurtà Soċjali (emendata 2012), dan jikkwalifika għal kartuna safra u għall-kura b’xejn ta’ dik il-kundizzjoni.
Dwar il-kartuna roża, nitlob lill-Onor. Interpellant jaħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li pazjenti li għandhom bżonn il-mediċina Gerfitini B minħabba l-ċanċer, ma tingħatax lilhom jekk dawn ikunu jpejpu kif ġiet mgħarrfa l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-mediċina Gerfitini B ma teżistix. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-mediċina Gefitinib, din mhix fil-formolarju tal-Gvern, jiġifieri mhix fil-lista ta’ mediċini li jingħataw b’xejn. Skont ir-records tagħna, ma kellna l-ebda applikazzjoni għall-persuna msemmija biex nevalwaw jekk tistax tieħu Gefitinib b’xejn.
Għawdex — nies li jridu jiċċanċellaw il-kartuna s-safra
Question
Peress li issa individwu li għandu karta roża ma jistax ikollu kartuna safra u vice versa għal min ikun diabetiku, peress li dawn in-nies Għawdxin qed jintalbu jmorru Malta biex jikkanċellaw il-kartuna s-safra fl-Isptar San Luqa Malta u peress li dan huwa inkonvenjent żejjed u jista' jsir Għawdex, jista' l-Ministru jara li dan il-proċess isir Għawdex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dijabete Mellitus hija waħda mill-kundizzjonijiet kroniċi li qabel kienet tingħata l-kura b’xejn permezz tal-kartuna r-roża u li issa żdiedet mal-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V. Il-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V daħħlet fis-seħħ fis-27 ta’ Marzu 2012 kif ġie stabilit fl-avviż legali 81 tal-2012.
Pazjenti li jieħdu l-kura tad-dijabete permezz tal-kartuna r-roża jistgħu jagħżlu jekk ikomplux jieħdu l-kura meħtieġa tad-dijabete permezz tal-kartuna safra jew roża. Persuna li tagħżel li tapplika għall-kartuna s-safra mhux qed tintalab il-kartuna r-roża lura peress li jista’ jkun li din il-persuna jkollha l-kartuna r-roża għaliex tikkwalifika għaliha minħabba t-test tal-mezzi. Il-kartuna s-safra tintalab lura biss jekk tinħareġ kartuna safra oħra li fuqha jkollha mniżżel l-istess mediċina.
Il-persuni kollha li jiġu avżati li jridu jirritornaw kartuna safra biex tinħarġilhom waħda ġdida jistgħu jagħmlu dan billi jibagħtu l-kartuna s-safra l-antika bil-posta lill-Medicines Entitlement Unit, Sptar San Luqa, Gwardamanġia. Il-kartuna l-ġdida imbagħad tintbagħat lill-persuna bil-posta.
Għaldaqstant, nies Għawdxin jistgħu jibagħtu l-kartuna s-safra bil-posta biex tiġi kkanċellata minflok ma jmorru huma fl-Isptar San Luqa Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk skont l-informazzjoni li tana huwa stess fil-Parlament il-flus li qed jintużaw biex jitħallsu kliniċi privati li pazjenti qed jagħmlu użu minnhom bħala emergenza bħal ngħidu aħna ġewwa l-Isptar St James kienu sejrin jintużaw biex inaqqsu l-waiting list għall-operazzjonijiet, allura kemm huwa kkalkulat li se jsiru inqas interventi biex issa jitħallas dan is-servizz? Jista' dan in-nuqqas jiġi kwantifikat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-vot tal-waiting list hemm fondi allokati għaż-żewġt inizjattivi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jistennew biex jidħlu ġewwa xi dar tal-anzjani? Jista' jagħti din l-inforamzzjoni dar b'dar u kemm ilhom jistennew?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-riżultat tal-intervista li kienet saret għall-ingaġġ ta’ casual social assistants ħariġx? Jekk ħareġ meta u kemm ġew impjegati casual social assistants ġodda minn dawk li kkwalifikaw minn dak l-eżami? Jekk ir-riżultat għadu ma ħariġx, għaliex? Meta mistenni joħroġ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet qed taħdem l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? F'kull lokalità fejn qed titħaddem, kemm-il spiżerija qed tipparteċipa u kemm-il pazjent qed jibbenefika? Meta hu maħsub li tibda titħaddem f'lokalitajiet oħra u fejn? X'inhuma l-pjani biex din l-iskema tkun imħaddma ma' Malta u Għawdex kollu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward ta' pazjenti 'l fuq minn 35 sena, jista' l-Ministru jgħid jekk il-glucose strips tad-demm qed jibdew jingħataw b'xejn lill-pazjenti kollha fuq l-insulina jew dawk li żviluppaw id-diabete biss fiċ-ċokon (Type 1)? Fil-fatt kemm hemm persuni li jieħdu l-insulina b'mod regolari u x'inhi l-età tagħhom? Kemm minnhom bdew jieħduha fi ċkunithom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V ġiet emendata uffiċjalment fis-27 ta’ Marzu 2012 kif ġie stabbilit fl-avviż legali 81 tal-2012.
Id-Dijabete Mellitus hija waħda mill-kundizzjonijiet kroniċi li qabel kienet tingħata l-kura b’xejn permezz tal-kartuna r-roża u li issa żdiedet mal-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V. Pazjenti li kienu jieħdu l-kura tad-dijabete permezz tal-kartuna r-roża ser ikunu jistgħu jagħżlu jekk ikomplux jieħdu l-kura meħtieġa tad-dijabete permezz tal-kartuna safra jew roża.
Il-pazjenti dijabetiċi kollha tat-Tip I li japplikaw għall-kartuna s-safra skont l-emendi tas-Skeda V fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali (Kap 318) ser jiġu ntitolati għall-‘blood glucose sticks’ mingħajr limitu fuq l-eta’
Ma tinżammx statistika ta’ kemm hemm persuni li jieħdu l-insulina b’mod regolari.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta' serq mid-Djar tal-Anzjani matul il-perjodu 2008 sa Frar 2012, xahar b'xahar u home b'home? Kemm kien hemm anzjani effettwati? X'investigazzjonijiet saru dwar ir-rapporti ta' serq? X'riżultati nkisbu mill-investigazzjonijiet li saru? Kien hemm implikazzjonijiet fuq staff tal-homes in kwestjoni jew implikazzjonijiet oħra? X'miżuri ttieħdu biex jiġu evitati aktar serqiet mingħand l-anzjani f'dawn il-homes? Id-dipartiment għandu policy dwar dan l-abbuż? Jekk iva jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din il-policy? Jekk le għaliex m'għandux policy?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ħafna mill-informazzjoni mitluba f`din il-Mistoqsija Parlamentari, diġà ngħatat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari preċedenti, numru 32418.
Miżura li kienet diġà ttieħdet biex jiġu evitati serqiet minn l-anzjani fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern
,
hija li kull anzjan u anzjana ġew provduti b’faċilità li tissakkar fil-kamra rispettiva tagħhom. Il-
policy
tad-Dipartiment dwar dan l-abbuż, hija li kull allegat ta' serq jiġi mmedjatament irrapurtat lill-pulizija.
Ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul ittieħdu tminn miżuri:
1. Il-bieb prinċipali tar-Residenza qed jingħalaq fid-9.00 p.m. Dawk il-viżitaturi li jiġu wara l-ħin tal-ftuħ għandhom ikollhom permess speċjali jew inkella l-uffiċċjal tas-sigurta’ jċempel fis-sala ħalli jieħu permess min-
nurse-in-charge
.
2. Wara l-ħinijiet tal-ftuħ, jiġifieri fit-8.00 p.m., il-bibien sekondarji ta' kull sala qed jinżammu magħluqin u l-bibien prinċipali ta' kull blokk biss qed jinżammu miftuħin, liema bibien ikunu normalment quddiem in-
nurses station
. Avviz twaħħal ma’ kull bieb sekondarju.
3. Qed isiru aktar rondi mill-uffiċċjali tas-sigurta’, kif ukoll aktar spezzjonijiet ta' karozzi u persuni ħergin mir-residenza, dan jidher ċar fin-numru ta' qabdiet fl-aħħar sentejn. Ukoll bdejna nirreferu lill-pulizija kull każ ta' serq.
4. Reġgħu inħarġu l-permessi tal-vetturi li jistgħu jidħlu ġewwa r-Residenza u b'hekk ikun hemm aktar kontroll tal-vetturi li jidħlu ġewwa r-Residenza.
5. Ingħalaq l-aċċess għall-vetturi ġewwa l-btieħi l-iktar fuq in-naħa tal-punent u lvant tar-Residenza.
6. Ġew miżjuda aktar
cameras
madwar il-kċina u l-ispizerija.
7. Ġiet mnhedija l-
policy
kontra l-abbuż tal-anzjani.
8. Ġiet mnhedija l-politika għal ġestjoni aħjar tal-kumplament tal-pensjoni u b'hekk iċ-ċekkijiet tar-residenti imorru l-bank jew għand persuna nkarigata mir-resident. Dan fl-aħjar interess tar-residenti, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli.