Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #34327 Sitting 473 2012-05-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skejjel tal-Gvern — studenti li ġew excluded

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti li ġew excluded mill-Iskejjel tal-Gvern f’dawn l-aħħar erba' snin? Għal kemm-il ġurnata dawn l-istudenti tkeċċew mill-iskola u għal liema raġuni ġew imkeċċija? Mil-liema skejjel dawn l-istudenti ġew imkeċċija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34339 Sitting 473 2012-05-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

PBS — managers, deputy managers u ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm managers, deputy managers u ħaddiema fil-Public Broadcasting Services qabel ir-ristrutturar? Kemm hemm managers, coordinators u ħaddiema llum? Kemm kien il-massimu tal-paga tal-managers u d-deputy managers qabel ir-ristrutturar? Kemm huma s-salarji tal-manager, wieħed wieħed illum, u kemm huwa s-salarju ta’ kordinatur? Veru li l-kordinaturi huma intitolati għas-sahra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Promozzjonijiet għal Learning Support Assistants

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-promozzjonijiet imwiegħda lill-ħaddiema learning support assistants li għamlu korsijiet apposta fix-xogħol tagħhom matul is-sajf, sal-lum, għadhom ma ħarġux għall-learning supports assistants 2?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li ma saret l-ebda wiegħda ta’ promozzjoni. Ħarġet sejħa għall-LSA II. Applikaw u sar il-proċess ta’ għażla. Ħarġu r-riżultati u meta tasal l-aħħar approvazzjoni għall-impjieg in-numru li hemm bżonn jiddaħħal għax-xogħol.
Leg 11 PQ #33751 Sitting 472 2012-05-14 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

White Rocks — proġett

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-White Rocks?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28974.
Leg 11 PQ #33752 Sitting 472 2012-05-14 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Marsa Sports Village — stadju tal-proġett

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-Marsa Sport Village?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li bħalissa qed tiġi abbozzata sejħa ġdida wara li l-Kunsill Malti għall-Isport (KMS), wara sejħa pubblika, ltaqa’ ma’ investituri potenzjalment interessati fl-iżvilupp tal-kunċett ta’ Villaġġ Sportiv fil-Marsa, biex jisma’ s-suġġerimenti dwar kif jista’ jsir titjib fuq is-sejħa oriġinali.
Leg 11 PQ #33753 Sitting 472 2012-05-14 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Rapporti ta' bullying fuq għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta' bullying fuq l-għalliema matul l-2008, l-2009, l-2010 u 2011? F'liema skola kienu dawn u x'passi ttieħdu biex dawn il-każijiet ma jkomplux?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #33859 Sitting 472 2012-05-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Talba għal Facilitator

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32303, tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ peress li ilha li applikat minn Awwissu 2010 u għadha bla risposta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Din l-applikazzjoni daħlet għand l-Istatementing Moderating Panel f’Jannar 2012 u mhux f’Awwissu 2010 u se tiġi proċessata matul din is-sena skolastika.
Leg 11 PQ #33983 Sitting 472 2012-05-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skejjel primarji u sekondarji — studenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu studenti fil-livell primarju u sekondarju fl-iskejjel tal-Istat sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin separatament f'Malta u Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34289 Sitting 472 2012-05-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — Board of Governors - rwol eżekuttiv

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33338, tista’ l-Ministru tgħid kif id-Direttur Eżekuttiv tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi ħass il-bżonn li jibgħat ittra, datata 29 ta’ Novembru 2011, liż-żewġ persuni in kwestjoni biex jgħarrafhom bid-deċiżjoni li ma setgħux ikomplu jirrappreżentaw lill-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea jekk dawn iż-żewġ persuni, skont it-tweġiba tal-Ministru, fid-19 ta’ Settembru 2011 irrifjutaw l-offerta li jkomplu jaħdmu fuq dawn il-proġetti? Tista’ tikkonferma li ż-żewġ persuni in kwistjoni rrifjutaw l-offerta bil-miktub fid-19 ta’ Settembru 2011?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Iż-żewġ persuni in kwestjoni rrifjutaw verbalment li jaħdmu fuq bażi part-time mal-Istitut. Dan sar fl-istess data indikata, waqt laqgħa li saret mad -Direttur Eżekuttiv, fil-preżenza tal – Viċi Direttriċi ta’ dak iż-żmien. L-ittra li ntbagħtet fid-29 ta’ Novermbru 2011 kienet riżultat ta’ kommunikazzjoni mixtieqa mill-Bord tal-Gvernaturi li ġiet eżegwita mill-istess Direttur Eżekuttiv.
Leg 11 PQ #34291 Sitting 472 2012-05-14 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Statementing Moderating Panel — informazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il applikazzjoni daħlet sena b'sena mill-2008 sal-lum minn ġenituri jew kuraturi ta' tfal lill-iStatementing Moderating Panel? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ingħataw risposta pożittiva għat-talba tal-ġenituri/kuraturi? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ingħataw riposta negattiva għat-talba tal-ġenituri/kuraturi? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet għadhom pendenti? Kemm ilha pendenti l-iktar talba antika li saret minn ġenituri/kuraturi ta' tfal lill-iStatementing Moderating Panel? Kemm hu bħala medja l-ammont ta' żmien li l-iStatementing Moderating Panel jieħu qabel ma jipproċessa u jikkonkludi applikazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34325 Sitting 472 2012-05-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skejjel Primarji u Sekondarji — ħin allokat għall-homework

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-guidelines mogħtija lill-Kapijiet tal-Iskejjel tal-Primarji u tas-Sekondarji tal-Istat rigward il-ħin allokat għall-homework mill-għalliema lill-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kapijiet tal-Iskejjel tal-Primarja u tas-Sekondarja huma nfurmati, permezz ta’ Ċirkulari DCM 67/05, li l-iskejjel għandhom joħorġu linji gwida dwar il-homework bħala parti mill-politika tal-iskola. Dan bil-għan li l-iskejjel jassiguraw li l-istudenti ma jispiċċawx jew ma jingħatawx biżżejjed homework jew jingħataw iż-żejjed. Iċ-ċirkulari msemmija wkoll tagħti nformazzjoni dwar ir-rwol tal-homework fit-tagħlim u dwar ir-rwol tal-ġenituri f’dan il-qasam.

ETC — Call centre Agent

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ beħsieba tniedi l-kors ta' taħriġ għall-call centre agent u jekk hemmx xi data meta dawn se jinbdew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ qed tfassal numru ta’ tenders għal kumpaniji li joffru servizzi ta’ taħriġ fuq numru ta’ korsijiet li fosthom jinkludu dak tal-call centre agents. Peress li l-proċess li jinvolvi t-tenders jieħu ż-żmien tiegħu, l-Korporazzjoni qed tantiċipa li dan il-kors ser jibda bejn Awwissu u Settembru ta’ din is-sena. Tajjeb li ngħidu li permezz tal-Employability Programme, li huwa proġett ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew, 120 persuna ġew imħarrġa bħala call centre agents . 68% ta’ dawn il-persuni kienu nisa, filwaqt li 32% kienu rġiel. Huwa fl-interess tal-korporazzjoni li tħarreġ aktar nies f’dan il-qasam speċjalment jekk is-suq tax-xogħol juri li hemm id-domanda għal persuni li jaħdmu bħala call centre agents .
Leg 11 PQ #34343 Sitting 472 2012-05-14 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Wied il-Għajn — nuqqas ta' teacher fl-iskola

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jintbagħat replacement għal teacher tal-year 2 li ma baqgħetx tgħallem il-klassi tagħha fl-iskola primarja ta' Wied il-Għajn? Taqbel il-Ministru li b'mod urġenti t-tfal ta' din il-klassi għandhom jingħataw teacher bla ebda dewmien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-għalliema in kwistjoni kienet sostitwita b’effett mit-8 ta’ Mejju 2012. Din l-għalliema ħarġet bil-Leave tal-Maternita u l-klassi damet mingħajr għalliem regolari għal erbat-ijiem biss li waqthom l-iskola għamlet arranġamenti nterni.
Leg 11 PQ #34364 Sitting 472 2012-05-14 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

PBS — servizzi fuq pjanijiet u proġetti tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba minn Ottubru 2011 s'issa fl-aħbarijiet tal-Public Broadcasting Services, kien hemm servizzi dwar pjanijiet u progretti tal-Gvern? Tista' din l-informazzjoni tingħata f'forma ta' breakdown xahar b'xahar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma tinżammx statistika dwar dak li talab l-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #34367 Sitting 472 2012-05-14 Oral · Interim From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

PBS — aħbarijiet

Question

Tista' l-Ministru telnka kemm-il darba fl-aħbarijiet tal-Public Broadcasting Services minn Ottubru 2011 s'issa, ttieħdu kummenti tal-Ministru u Segretarji Parlamentari u Assistenti Parlamentari? Kemm ittieħdu kummenti minn kelliema tal-Partit Laburista fl-istess perjodu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li din il-mistoqsija tirrikjedi ħafna xogħol l-informazzjoni mitluba ma tistax tinġabar fi ftit jiem.

Skola Primarja ta' Birżebbuġia — Learning Support Assistant

Question

Tista' l-Ministru tara x'qed iżomm lid-diriġenti tal-iskola Primarja ta' Birżebbuġia milli tassessja u eventwalment tappunta learning support assistant mal-istudent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament u dan in vista tal-fatt li huwa evidenti li dan is-servizz hu meħtieġ u li t-talba ilha pendenti għal aktar minn sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iskola ta’ B’Bugia irċeviet ir-rapporti meħtieġa biex tkun tista’ timtela l-applikazzjoni għall-istatementing f’Marzu 2012. L-applikazzjoni mtliet u ntbagħtet lill-istatementing board fid-9 ta’ Mejju 2012. L-istatementing board se jara l-każ u jiddeċiedi skont il-ħtiġijiet tal-istudent fl-aqsar żmien possibli.

Talba għall-facilitator

Question

Tista' l-Ministru tinvestiga l-problema tal-istudenta b'diżabilità li d-dettali dwarha qed jingħataw separatament li kellha tieqaf mill-kors tagħha fl-MCAST minħabba li ma ġiex provdut lilha facilitator u għalhekk bdiet taqa' lura u dan minkejja diversi talbiet li l-familja tagħha resqu lid-Dipartiment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istudenta partikolari kienet irreġistrata mal-Inclusive Education Unit (IEU) nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju 2011. Hija bdiet il-kors MCAST Foundation Certificate in Business – Level 2 nhar it-Tnejn 4 t’Ottubru 2011. L-istudenta msemmija dejjem ingħatat is-sapport intitulat għaliha waqt l-eżamijiet u dejjem kellha ħin addizzjonali ta’ 25%, skriba u prompter . L-istudenta flimkien ma’ ommha avviċinaw l-IEU nhar l-Erbgħa 4 ta’ Jannar 2012 fejn ġie diskuss il-progress akkademiku tagħha kif ukoll il-bżonn ta’ sapport minn LSA. Wara din il-laqgħa saru l-arranġamenti min-naħa tal-IEU sabiex tingħata sessjoni addizzjonali u individwali ta’ siegħa fil-Ġimgħa fejn l-LSA kienet se tkun qed tgħinha fis-suġġetti tal-Malti, Ingliż u Matematika. Din l-LSA partikolari kienet assenjata magħha partikolarment minħabba li hija wkoll ikkwalifikata fil-qasam tan-negozju u l-kummerċ u għalhekk kienet se tkun tista’ tgħinha fis-suġġetti vokazzjonali wkoll. Għaldaqstant l-istudenta kien se jkollha l-possibilità li tirċievi sapport mhux biss fil-Ħiliet Bażiċi (i.e. Malti, Ingliż u Matematika) imma wkoll fis-suġġetti Vokazzjonali (i.e. Business Awareness, General Business, Finance (1), Finance (2), People in Business u Human Resources ). Din is-sessjoni addizzjonali kienet skedata għal kull nhar ta’ Tlieta mis-2:30pm sat-3:30pm eżattament wara li l-istudenta tispiċċa l-lezzjonijiet tal-ġurnata. L-arranġamenti għal din is-sessjoni kienu finalizzati fil-ġimgħa ta’ bejn is-17 u l-20 ta’ Jannar. L-istudenta kienet infurmata mmedjatament. Iżda dan is-sapport ġie rrifjutat minħabba li kif stqarret hi, il-kundizzjoni tagħha ma tippermettilhiex li ssostni l-attenzjoni tagħha sat-3:30pm minkejja l-fatt li kien hemm ġranet oħra fejn kienet tispiċċa l-lezzjonijiet tagħha fl-4.30pm. L-istudenta rriżenjat mill-kors nhar is-27 ta’ Jannar 2012 bil-ħsieb li tiffoka aktar l-istudju tagħha fuq l-O levels.

Readers fl-iskejjel għat-tfal li huma visually impaired

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm readers fl-iskejjel tagħna għat-tfal li huma visually impaired u tgħid f'liema skejjel qegħdin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa hawn 14-il student li għandhom visual impairment li jingħatalhom is-support ta’ persuna bħala reader. Dawn qegħdin fl-iskejjel hawn taħt imsemmija; § 2 Birzebbugia Primary § 2 Our Lady Immaculate Hamrun § 1 St Ignatius College Boys’ Secondary § 1 St Ignatius College Girls’ Secondary § 1 Xewkija Primary § 1 San Gorg Preca College Boys’ Secondary § 1 St. Clare College Boys’ Secondary § 1 St Joseph Sliema § 1 St. Theresa College Boys’ Secondary § 1 Theresa Nuzzo Marsa § 1 St. Thomas Moore College Boys’ Secondary § 1 St. Monica School Gzira.

Learning Support Assistant — dewmien tal-appelli

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm se jdumu ma jsiru l-appelli mid-deċiżjonijiet tal-Istatementing Board biex it-tfal jingħataw learning support assistant?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Deċiżjonijiet mill-Bord tal-Appell jittieħdu regolarment skont il-lista ta’ appelli li għandu quddiemu l-bord. L-aħħar laqgħa tal-bord saret il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju 2012 u l-każijiet pendenti qed jiġu diskussi mill-Bord tal-Appell.
Leg 11 PQ #33843 Sitting 471 2012-05-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

talba għal facilitator

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tat-tifel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jbati minn ADHD u għadu qed jistenna biex jiġi magħżul biex jingaħat facilitator?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-tifel diġà deher quddiem l-Istatementing Moderating Panel f’Jannar 2012 u l-Bord irrakkmanda Shared Support. Dan it-tifel jattendi skola Indipendenti u għalhekk il-ġenituri, flimkien mal-iskola, jridu jimpjegaw l-LSA u jimxu skont il-proċeduri stabbiliti fir-rigward skejjel indipendenti.