Tista' l-Ministru tgħid kemm studenti li spiċċaw is-sekondarja matul l-2011 għaddew mill-annual tal-iskola fejn kienu jattendu u kemm minnhom m'għaddewx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Studenti tas-sekondarja — eżamijiet li m'għaddewx minnhom
Question
Tista' l-Ministru tgħid dawk l-istudenti li spiċċaw is-sekondarja matul is-sena 2011, minn liema suġġetti m'għaddewx fl-eżamijiet tal-annuals tal-iskola tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 27566.
Tista' l-Ministru tgħid kemm matul l-aħħar sena, dik tal-2011, tfal m'għaddewx mill-eżamijiet tal-iskola tagħhom stess? Kemm tfal weħlu mill-eżamijiet tal-ewwel sena, tieni sena, tielet sena, raba' sena u ħames sena sekondarja tagħhom? Tista' tgħid minn liema suġġetti weħlu u f'liema suġġetti marru ħażin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 27566.
Tista' l-Ministru tgħid hux qed tikkonsidra li jsir arranġament mal-kumpanija li qed tipprovdi s-servizz tat-trasport pubbliku, l-Arriva, sabiex tipprovdi tariffi orħos għall-istudenti Maltin u Għawdxin, issa li t-tariffa ġiet ferm ogħla għal diversi studenti? Tikkonsidra li jinħareġ pass apposta sabiex ma jkunx hemm abbużi mis-sistema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kumpanija Arriva qed toffri l-‘Student Saver Card’ lil studenti bejn 11 u 16 sena li jattendu l-iskola u oħrajn li qed jattendu għal xi kors ta’ mill-inqas tlett xhur f’xi istituzzjoni edukattiva reġistrata mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — spazji tal-bjut tal-binjiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-gvern fid-dipartimenti/agenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells? X'titjib kien hemm minn sentejn u nofs 'il hawn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm postijiet vakanti f'kull livell u grad fid-Direttorati tal-Edukazzjoni u vakanzi fil-postijiet ta' kapijiet u assistenti kapijiet tal-kulleġġi kollha ta' Malta u Għawdex, skola bi skola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu stmat li nonfqu ras għal ras fis-settur statali fuq kull tifel u tifla 1) fil-kindergarten, 2) fil-primarja u 3) fis-sekondarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-nefqa medja ras għal ras fis-settur statali fuq kull tifel u tifla, mill-Kindergarten sal-livell Sekondarju huwa ta’ €23.77 għal kull ġurnata skolastika.
Fondazzjoni tal-Iskejjel ta' Għada — infiq fil-kulleġġi
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul l-aħħar tliet snin kemm nefqet il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada f'kull kulleġġ ta' Malta u Għawdex fuq bini ta' skejjel ġodda, fuq żvilupp ta' faċilitajiet ġodda fl-iskejjel u fuq xogħol ta' riabilitazzjoni ta' skejjel separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
dokument finali tal-kurrikulu nazzjonali l-ġdid — informazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li jkun lest id-dokument finali tal-kurrikulu nazzjonali l-ġdid, meta huma ppjanati li jkunu lesti s-sillabi li jmorru ma' dan il-kurrikulu l-ġdid u meta hu ppjanat li jiddaħħlu fl-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif tħabbar meta kien imniedi d-draft tal-Kurrikulu Nazzjonali d-dokument finali tal-Kurrikulu Nazzjonali l-ġdid huwa maħsub li jitlesta wara li tintemm it-tielet fażi ta’ konsultazzjoni ta’ dan id-dokument. It-tielet fażi li ssejħet “Riflessjoni fuq l-Azzjoni” tibda f’Novembru 2011 u tkompli sa Diċembru 2011.
Huwa ppjanat li t-tibdil li jiġi rakommandat jiġi msawwar fil-Kurrikulu Nazzjonali sal-aħħar ta’ Marzu 2012.
Is-sillabi l-ġodda li jmorru ma dan il-Kurrikulu huma ppjanati li jitlestew sa Mejju 2012. Dawn is-sillabi huma dawk tat-tieni sena tas-Sekondarja kif ukoll dawk mil-Year 1 sal-Year 6. Dawn mistennija jidħlu fis-seħħ fl-iskejjel f’Settembru 2012.
Is-sillabu tal-ewwel sena sekondarja daħal fis-seħħ f’din is-sena skolastika imma għandu jiġi irfinut abbiżi tal-Konsultazzjoni Nazzjonali fuq il-Kurrikulu.
Is-sillabi tal-Forms 3 sa 5 mistennija jitlestew sa Mejju 2013 u jidħlu fl-iskejjel f’Settembru 2013.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tobba li ngħataw borża ta' studju bl-iskema MGSS biex ikomplu l-PhD tagħhom minkejja li ilhom snin twal fix-xogħol tagħhom, għandhom mezzi finanzjarji żgur iżjed minn żgħażagħ li ghadhom se jibdew il-ħajja u għandhom bżonn serju ta' sostenn finanzjarju biex ikomplu l-istudji tagħhom? X'sens jagħmel li ż-żgħażagħ qed jinqabżu u jibqgħu bla boroż ta' studju biex jieħduhom persuni li jistgħu jistudjaw bla bżonn tal-MGSS?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din is-sena, hemm tliet tobba li ngħataw borża ta’ studju bl-iskema MGSS biex ikomplu l-PhD.
L-iskemi ta’ boroż ta’ studju huma miftuħa għal kulħadd, indipendenti mid-dħul finanzjarju tal-applikant, l-età jew il-kariga li dan jokkupa.
borża ta' studju mogħtija lil persuni f'karigi għolja f'dipartimenti u ministeri tal-gvern
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni f'karigi għolja f'dipartimenti u ministeri tal-gvern li ngħataw borża ta' studju bl-iskema MGSS biex ikomplu l-PhD tagħhom u qabżu żgħażagħ li issa ma jistgħux ikomplu bl-istudji tagħhom għax m'għandhomx il-mezzi neċessarji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hemm żewġ persuni li huma fi Skala 5 jew aktar li ngħataw borża ta’ studju bl-iskema MGSS biex ikomplu l-PhD.
L-iskemi ta’ boroż ta’ studju huma miftuħa għal kulħadd, indipendenti mill-età, mill-kariga li jokkupaw jew mill-mezzi finanzjarji.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-eżamijiet tar-resits fl-MCAST għal dawk li fallew li jgħaddu minn xi suġġett finali għamluhom il-bieraħ, jiġifieri l-istess ġurnata meta bdiet sena skolastika ġdida? Ma tarax li b'hekk studenti li mhux se jgħaddu mir-resit, se jkun qed jitilfu l-opportunità li jagħżlu suġġett ieħor għax is-sena skolastika bdiet? Dawk l-istudenti li ma jgħaddux mir-resit se jitħallew barra għal sena sħiħa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhuwiex minnu li l-eżamijiet tar-resits fl-MCAST għal dawk li fallew li jgħaddu minn xi suġġett finali għamluhom fis-26 ta’ Settembru, jiġifieri l-istess ġurnata meta bdiet is-sena akkademika ġdida. Dawn l-eżamijiet saru bejn l-ewwel u s-sittax ta’ Settembru u l-istudenti kollha setgħu japplikaw għal korsijiet ġodda fl-MCAST matul it-tieni sejħa li saret bejn is-26 u t-28 ta’ Settembru. Numru kbir ta’ studenti ħadu din l-opportunità biex japplikaw u jibdew jew ikomplu l-istudji tagħhom f’xi wieħed mill-għaxar istituti tal-Kulleġġ.
Irid jingħad ukoll li l-Kulleġġ għadu sa dan il-ħin jilqa’ talbiet individwali mingħand studenti li juru interess sabiex isegwu kors mal-MCAST, biex kemm jista’ jkun, dawk li jkunu jixtiequ jibdew kors
full-time
, ma jitħallewx jistennew sas-sena d-dieħla.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-awtoritajiet jistgħux jieħdu l-passi neċessarju peress li f'Rue D'Argens, Msida, partikolarment in-naħa t'isfel, hemm ħafna djar qodma abbandunati u fi stat perikoluż?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar m’għandhiex propjetà tagħha fi triq imsemmija, imma toffri diversi skemi għal sidien u inkwilini ta’ djar substandard jew fi stat perikoluż.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se jitwaqqaf secure unit għal dawk iż-żgħażagħ taħt it-18-il sena li huma delinkwenti minflok ma jibqgħu jintbagħtu l-ħabs?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lil Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tara li titmexxa t-talba li saret lill-Awtorità tad-Djar biex l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, u li huwa nieqes mid-dawl, jingħata l-għajnuna mill-aktar fis possibbli?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar irċeviet l-applikazzjoni fis-16 ta’ Settembru 2011, liema applikazzjoni qed tiġi proċessata skont il-proċeduri tal-iskema relatata. Fil-ġranet li ġejjin, occupational therapist għandu jżur lill-applikant sabiex jara l-ħtiġijiet neċessarji tal-individwu.
Billi ftit ġimgħat ilu ħarġet applikazzjoni biex jingħaqdu persuni mal-gvern u/jew mal-privat li jistgħu jaħdmu reduced hours u jkomplu bit-taħriġ sportiv tagħhom fil-ħinijiet l-oħra jekk ikunu verament sportivi f'dixxiplini partikolari, tista' l-Ministru tgħid kemm għandu ħsieb il-gvern jakkomoda nies fil-kuntest ta' din is-sejħa ta' applikazzjonijiet u kemm applikaw sportivi s'issa? Minn liema dixxiplini ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
M'hemm ebda limitu kemm impjegati mis-settur pubbliku jistgħu jibbenefikaw mill-iskema 20/20 Sports Training Leave Scheme li fiha atleti nazzjonali jingħataw sa massimu ta’ 20 siegħa fil-ġimgħa b’leave bi ħlas biex ikunu jistgħu jagħmlu t-taħriġ tagħhom.
Bħala parti mill-iskema 20/20 Sports Training Leave Scheme għal impjegati li jaħdmu fis-settur privat, il-Gvern alloka €150,000 fis-sena biex minnhom titħallas il-paga tal-atleti fil-ħin li jkunu għat-taħriġ waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom.
Sal-lum, għall-istaġun 2011/2012, hemm seba' (7) atleti li jaħdmu mas-settur pubbliku u żewġ (2) atleti li jaħdmu mas-settur privat li qed jibbenefikaw mill-iskema ta’ 20/20 Sports Training Scheme. Hemm ukoll żewġ atleti oħra li jaħdmu mas-settur pubbliku li l-applikazzjoni qed tiġi evalwata.
L-atleti ġejjin mid-dixxiplini tal-atletika,
football
, ibburdjar,
triathlon,
canoe
u sparar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien il-complement tal-ħaddiema mal-Public Broadcasting Services u TVM mis-sena 2008 sal-lum?
L-għadd ta’ ħaddiema mal-istazzjon tal-istat mistenni jiżdied jew jonqos matul din is-sena finanzjarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-complement ta’ ħaddiema mal-PBS Ltd kien
2008: 74
2009: 69
2010: 70
2011: 73
Il-kumpanija bħalissa qed tiddiskuti pjan għall-futur u għadha mhix f’pożizzjoni tiddikajra jekk in-numru ta’ ħaddiema hux se jiżdied matul din is-sena.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — informazzjoni dwar ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu ħaddiema u f'liema grad huma u kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm minnhom huma impjegati maċ-ċivil direttament mal-Ministeru u entitajiet fid-dikasteru tagħha matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
numru ta' studenti li se jkomplu jistudjaw fil-livell ta' sixth form
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li hu mistenni li jkomplu jistudjaw fil-livell ta' sixth form din is-sena, kemm f'dawk li huma skejjel tal-gvern kif ukoll f'dawk li huma skejjel privati/tal-Knisja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tagħti l-ismijiet tal-kumpaniji li hemm joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija? Tista’ tgħid x’inhu l-ġeneru tal-operat tagħhom? Tista’ tgħid meta bdew joperaw f’dan il-Qasam Industrijali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.