Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #26535 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħruġ ta' ċertifikat tal-mewt

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk huwiex possibbli li jinħareġ ċertifikat tal-mewt tal-individwu, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Huwa sewwa li minħabba inkjesta, iċ-ċertifikat tal-mewt ma joħroġx? Japprezza l-Ministru li l-ħruġ taċ-ċertifikat tal-mewt ma jtellef xejn mill-inkjesta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fuq il-każ li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpllant, kien ħareġ ċertifikat tal-mewt provvissorju stante li r-rapport finali mill-esperti nominati mill-Qorti għadu mhux konkluż.
Leg 11 PQ #26538 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — ħlas għal servizzi u xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pendenzi/ħlasijiet li għandu jħallas lill-gvern għan-nom tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għal servizzi u xogħlijiet li saru fl-istess faċilità? X'inhuma dawk il-ħlasijiet li għandhom jitħallsu fil-fondi allokati lill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin stess?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għandha kontijiet pendenti li jammontaw għall-€39,239 li jkopru servizzi u provvisti li se jitħallsu mill-Vot tad-Dipartiment.
Leg 11 PQ #26538 Sitting 359 2011-06-06 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — ħlas għal servizzi u xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pendenzi/ħlasijiet li għandu jħallas lill-gvern għan-nom tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għal servizzi u xogħlijiet li saru fl-istess faċilità? X'inhuma dawk il-ħlasijiet li għandhom jitħallsu fil-fondi allokati lill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin stess?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin għandha kontijiet pendenti li jammontaw għall-€39,239 li jkopru servizzi u provvisti li se jitħallsu mill-Vot tad-Dipartiment.
Leg 11 PQ #26357 Sitting 358 2011-06-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — faċilitajiet għall-inmates

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet hemm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin sabiex l-inmates ikunu jistgħu jaraw lil uliedhom minuri?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-policy li titħaddem fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin tirrikjedi illi minħabba n-natura tal-post huwa meħtieġ illi tfal minuri jkunu dejjem akkumpanjati minn adult meta jiġu jagħmlu vista fil-faċilità.
Leg 11 PQ #26358 Sitting 358 2011-06-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Inmates — korsijiet u ċertifikati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm inmates li waqt it-terminu ta' priġunerija segwew korsijiet u anke ottjenew ċertifikati akkademiċi f'dawn l-aħħar sentejn kull sena separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi f'dawn l-aħħar sentejn kien hemm diversi priġunieri li segwew korsijiet u anke ottjenew ċertifikati akkademiċi kif spjegat fit-tabella t'hawn taħt:- Sena Numru ta' Priġunieri li attendew Korsijiet Tip ta' Kors Istituzzjoni Rimarki 2009 24 ECDL ETC kollha ottjenew ċertifikat 4 Spray Painting u Panel Beating ETC kollha ottjenew ċertifikat 2 Air-Conditioning u Refrigeration ETC Ottjenew ċertifikat 2010 32 ECDL ETC kollha ottjenew ċertifikat 1 Baker ETC Ottjena ċertifikat 2 Electrician & Plumbing ETC Għaddew mill-eżami u ser jingħataw il-liċenzja 2 Air-Conditioning u Refrigeration ETC Ottjenew ċertifikat 2 Catering ITS Ottjenew certifikat 1 Antrapologija Universita' ta' Malta Il-Kors għadu għaddej Total 70
Leg 11 PQ #26360 Sitting 358 2011-06-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Investigazzjonijiet dwar reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet dwar reati kontra l-Kap 210? Kemm tressqu l-Qorti u kemm instabu ħatja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #26424 Sitting 358 2011-06-02 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tribunal Ekklesjastiku Melitensi — annullamenti ta' żwieġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi ta' annullament ta' żwieġ quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku Melitensi xahar b'xahar bejn Jannar u April 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Qrati Maltin ma tinżammx statistika ta' kawżi ta' annullament ta' żwieġ li jsiru quddiem it-Tribunal Ekklesjastiku Melitensi.
Leg 11 PQ #26439 Sitting 358 2011-06-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Wied il-Għajn — Bajja ta' San Tumas - Ronda tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni fil-Bajja ta' San Tumas, Wied il-Għajn qatt ma jidhru pulizija jagħmlu ronda regolari u ta' spiss, speċjalment fiż-żminijiet tas-sajf, biex jaraw li mhux qed isir ksur ta' liġijiet, speċjalment minn żgħażagħ taħt l-età ta' 17-il sena li jixorbu xorb alkoħoliku?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll dawk tal-mobile squad, jagħmlu ronda regolarment fil-lokalità msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #25878 Sitting 356 2011-06-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Birkirkara — Triq Mons. A. Mifsud - carwash illegali

Question

Kif jista' l-Ministru jispjega l-fatt li minkejja d-diversi rapporti li saru lill-pulizija kif ukoll minkejja li mhix topera bil-permessi meħtieġa, l-car wash illegali li hemm fi Triq Mons. A. Mifsud, Birkirkara baqgħet titħalla topera f’dawn l-aħħar tliet snin b’inkonvenjent kbir għar-residenti tal-inħawi mit-8.00 a.m. sa 8.00 p.m.?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjonijiet regolari li tagħmel il-Pulizija ma jirriżultax li l-car wash li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membri qiegħdha topera. Infurmat ukoll illi l-Pulizija kienet ħadet passi quddiem il-Qorti kontra l-operatur ta' din l-istess car wash, u b'sentenza tat-22 ta' Frar 2011 huwa nstab ħati u ġie kkundannat multa ta' elf u mitejn Euro (€1,200) u ħames (5) xhur priġunerija sospiżi għal sentejn (2).
Leg 11 PQ #26354 Sitting 356 2011-06-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ordnijiet ta' protezzjoni mill-Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ordnijiet ta' protezzjoni mill-Qrati ta' Malta u f'Għawdex separatament f'din l-aħħar sena kull xahar separatament kif ukoll kemm ingħataw ordnijiet ta' trattament fil-każijiet ta' vjolenza domestika fl-istess żmien?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tabella t'hawn taħt turi f’din l-aħħar sena kemm ingħataw ordnijiet ta’ protezzjoni skont l-artikolu 412C (Kap 9) u ordnijiet tal-trattament skont l-artikolu 412D (Kap 9) mill-Qorti tal-Magistrati (Malta u Għawdex) bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali fil-kawżi kriminali tal-familja.
Leg 11 PQ #26355 Sitting 356 2011-06-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Każijiet ta' serq u vjolenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' serq u vjolenza fil-konfront ta' anzjani f'dawn l-aħħar sentejn u kemm minnhom tressqu l-qorti u kemm minnhom ġew deċiżi jew għadhom pendenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #26412 Sitting 356 2011-06-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

reklutaġġ ieħor ta' Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jseħħ reklutaġġ ieħor ta' Pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi peress li l-proċess ta’ għazla għad-dħul f’kors ta’ taħriġ għall-kuntistabbli rġiel u nisa, skont sejħa għall-applikazzjonijiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern tat-8 ta’ April 2011, għadu għaddej. Infurmat ukoll illi għalissa m’hemmx il-ħsieb illi jerġa' jkun hemm sejħa għall-applikazzjonijiet sabiex jiġu ingaġġati Pulizija ġodda.
Leg 11 PQ #26413 Sitting 356 2011-06-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

użu mill-mounted police

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar f'liema lokalitajiet isir użu mill-mounted police matul ix-xhur tas-sajf b'mod regolari?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul ix-xhur tas-sajf it-Taqsima tal-Kavallerija tal-Pulizija tagħmel ronda f’Wied il-Għajn, Birżebbuġia, Tas-Sliema u Buġibba.
Leg 11 PQ #25803 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Detention Services — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-ħaddiema tad-Detention Services mhux se jibqgħu kkunsidrati bħala każwali temporanji?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema ingaġġjati mis-Servizz ta’ Detenzjoni huma regolati mill-kundizzjonijiet tas-sejħa għall-applikazzjonijiet li taħtha ġew ingaġġjati u mil-liġijiet ġenerali applikabbli dwar impjieg u xogħol. Infurmat ukoll li qed jittieħdu passi biex ikun assigurat li, f’kull waqt, il-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema jkunu konsistenti ma' dawn il-Liġijiet.
Leg 11 PQ #26213 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Valuri tat-tenders

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur tat-tenders kollha li ngħataw matul is-sena 2010 u 2011 ta' servizzi klerikali li ħareġ il-gvern? Jista' f'kull każ jgħid liema kienet il-kumpanija li rebħet it-tender?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma ngħatawx tenders ta' servizzi klerikali mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern.
Leg 11 PQ #26261 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Każijiet ta' oil spills

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-każijiet ta' oil spills fil-baħar rappurtati lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar matul l-2007, l-2008, 2009, 2010 u l-2011 sal-aħħar sa Marzu? X'passi ttieħdu min-naħa tal-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili jew xi entità oħra li taqa' taħt l-istess Ministeru f'dawn il-każijiet (b'mod ġenerali, mhux każ b'każ)?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili investiga il-każijiet ta' tniġġis ta' żjut fil-baħar kif indikat hawn taħt:- Sena Numru ta' Każijiet 2007 1 2008 5 2009 1 2010 6 2011 1 Infurmat ukoll illi f'każijiet bħal dawn, tijm mis-sezzjoni marittima fi ħdan dan id-dipartiment imur jinvestiga u jekk jikkonferma li hemm żejt tittieħed deċiżjoni dwar x'għandu jsir skont il-karetteristika taż-żejt.
Leg 11 PQ #26266 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Żieda ta' Patrols

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif jiżdied matul ix-xhur tas-sajf in-numru tal-pulizija li jkunu xogħol fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk f'dan il-perjodu jkunx hemm ukoll żieda f'dawk li huma patrols?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ilha għal diversi snin impenjata sabiex issaħħaħ l-infurzar tal-Liġijiet u regolamenti konnessi max-xtajtiet u l-baħar, billi torganizza ronda regolari matul ix-xhur tas-sajf, f’postijiet u bajjiet turistiċi kemm fuq ix-xtajtiet kif ukoll fuq il-baħar. Fost il-postijiet fejn qed isiru dawn ir-rondi hemm ukoll il-lokalitajiet ta' Buġibba / Qawra u San Pawl il-Baħar. Dawn ir-rondi jsiru kemm permezz ta’ muturi tat-traffiku, kif ukoll permezz ta’ Pulizija fuq il-bicycle flimkien ma' dawk tal-klieb u kavallerija.
Leg 11 PQ #26293 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serq fil-Park and Ride tal-Blata l-Bajda

Question

B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 26065, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-pulizija mhix f’sitwazzjoni li tgħid kemm-il serqa kienet rapportata lilhom li saret fil-Park and Ride tal-Blata l-Bajda?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni miġbura fir-rapporti li jkunu saru lill-Pulizija ma tinkludix sezzjoni speċifikament relatata mal-post fejn ikun seħħ reat jew inċident iżda fuq it-tip ta' reat u fuq il-lokalita'. Għalhekk il-kumpilazzjoni tal-informazzjoni biex tiġi mwieġba din id-domanda tirrirkjedi ammont sostanzjali ta' ħin u ta' riżorsi sabiex tiġi kompilata.
Leg 11 PQ #26313 Sitting 352 2011-05-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Liċenzja ta' security guard

Question

Jista' l-Ministru jara li tinħareġ il-liċenzja ta' security ta' individwu, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, fejn dan kien diġà kellu l-liċenzja u skadietlu, issa peress li sab xogħol ta' security għamel ir-refresher course u qed jistenna li jkollu l-liċenzja biex jibda? Huwa mar id-Depot u qalulu li l-liċenzja tieħu ż-żmien biex toħroġ, bil-konsegwenza li jekk din il-liċenzja ma tkunx għandu fi żmien qasir, dan jista' jitlef din l-opportunità tax-xogħol.

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-persuna msemmija kellha l-liċenzja skaduta sa mis-7 ta’ April tal-2010. Infurmat ukoll illi fit-18 ta’ Mejju ta’ din is-sena huwa għamel ir-refresher course, u ssottometta ċ-ċertifikat ta' dan il- course fl-uffiċċju tal-liċenzji tal-Pulizija, fit-23 ta’ Mejju, 2011. Din it-talba għat-tiġdid tal-liċenzja qed tkun pproċessata skont il-Liġi.

Avukati impjegati mal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati impjegati mal-gvern ċioe dawk li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u entitajiet governattivi, kemm jekk b'kuntratt, kemm jekk fuq bażi indefinità, kif ukoll bħala konsulenti, li jitħallew jeżerċitaw il-professjoni tagħhom privatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar Avukati impjegati mal-Gvern fi ħdan dan il-Ministeru li jitħallew jeżerċitaw il-professjoni tagħhom privatament.