Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għoti ta’ art lil kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ġiet mogħtija l-art tal-isptarijiet u artijiet oħrajn lill-kumpaniji, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jekk hux permezz ta’ riżoluzzjoni parlamentari, permezz ta’ direct allocation jew permezz ta’ tender? Jekk permezz ta’ tender, jista’ jgħid kemm kien hemm tenders u min tefa’ l-offerta?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nistieden lill-Onor. Interpellanta tindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Konċessjoni tas-servizzi lil kumpaniji

Question

B’referenza għall-konċessjoni tas-servizzi lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jista’ l-Ministru jgħid b’liema regoli ngħatat din il-konċessjoni, u jekk hux permezz ta’ concession regulations? Kemm kien hemm tenderers u min kienu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nistieden lill-Onor. Interpellanta tindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Għoti ta’ konċessjoni lil kumpaniji

Question

Fid-dawl tal-konċessjoni li jidher li ngħatat lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatatx a tenur tal-Concession Contracts Regulations (S.L. 601.09) jew kenitx konċessjoni ta’ art mid-Dipartiment tal-Artijiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nistieden lill-Onor. Interpellanta tindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Xemxija, San Pawl il-Baħar – permess fuq is-sit tal-Mistra Village

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni ttieħdet mill-Awtorità tal-Ippjanar jew mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar il-permess PA6747/18 fuq is-sit tal-Mistra Village, Xemxija, San Pawl il-Baħar, hekk kif ix-xogħol inbeda fuq is-sit, minkejja li għad hemm każ pendenti l-Qorti dwar dan is-sit?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-permess PA6747/18 maħruġ fl-1 ta’ Frar 2019 huwa effettiv u mhux sospiż.

Xemxija, San Pawl il-Baħar – permess fuq is-sit tal-Mistra Village

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx sottomessi d-dokumenti kollha sabiex seta' jinbeda x-xogħol fuq il-permess PA6747/18 fuq is-sit tal-Mistra Village, Xemxija, San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid jekk sarux ispezzjonijiet fuq is-sit sabiex jiġi żgurat li d-dokumenti meħtieġa kollha twaħħlu ma' dan is-sit? Jekk iva, meta saru dawn l-ispezzjonijiet u xi rriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 7794.

Xemxija, San Pawl il-Baħar – permess fuq is-sit tal-Mistra Village

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux ispezzjonijiet fuq is-sit relatat mal-permess PA6747/18 tal-Mistra Village, Xemxija, San Pawl il-Baħar, sabiex jiġi vverifkat ix-xogħol li qed isir? Jekk iva, meta saru dawn l-ispezzjonijiet u xi rriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-commencement notice ġiet sottomessa fil-21 ta’April 2022 u li d-dokument hu validu. Saru tlett spezzjonijiet fuq is-sit: Fit-12 ta’ Mejju 2022 – ma ġewx innutati xogħlijiet Fit-8 ta’ Ġunju 2022 – ma ġewx innutati xogħlijiet Fit-28 ta’ Marzu 2023 – Xogħlijiet jikkonsistu minn tħammil ta’ materjal inert u tindif tas-sit minn veġetazzjoni u materjal ieħor. Ġie innutat ukoll, li fuq barra tas-sit twaħħlet l-ewwel paġna tal-permess biss. Għaldaqstant ġew mogħtija istruzzjonijiet lill-perit responsabbli mill-proġett sabiex titwaħħal kopja tal-permess kollu fl-intier tiegħu.

Binja – żvilupp

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7052, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar ikkonfermatx li l-iżvilupp tal-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament huwiex earthquake proof? Fid-dawl ta’ numru ieħor ta’ żviluppi high rise, jista' jgħid jekk hemmx xi policy fuq is-sigurtà ta’ dawn il-binjiet fl-eventwalità ta’ terrimot? Jekk le, jista’ jgħid jekk huwiex iż-żmien li nkunu proattivi u jkollna policy/guidelines/regoli fuq dan?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Paceville, San Ġiljan – approvazzjoni ta’ żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-aħħar żvilupp li ġie approvat ġewwa Paceville, San Ġiljan, mill-applikant li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex earthquake proof?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Sit fix-Xemxija – permess mill-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar tatx il-kunsens tagħha sabiex fl-aħħar ġimgħat jinbeda xogħol fuq is-sit fix-Xemxija (PA 6747/18) fejn qabel kien hemm il-kumpless turistiku tal-Mistra Village fid-dawl tal-fatt li l-istess applikazzjoni għad għandha każ pendenti quddiem il-Qrati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistqosija parlamentari 7792.

Sit fix-Xemxija – spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat sarux spezzjonijiet minn uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq is-sit fix-Xemxija (PA 6747/18), fejn snin ilu kien hemm il-kumpless turistiku tal-Mistra Village? Jekk saru, x’kien l-eżitu ta’ dawn l-ispezzjonijiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 7794.

Sit fix-Xemxija – Minuti tas-seduta tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Minuti tas-seduta tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li saret nhar l-24 ta’ Jannar 2019 fuq l-applikazzjoni fuq is-sit fix-Xemxija (PA 6747/18) fejn snin ilu kien hemm il-kumpless turistiku tal-Mistra Village?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti Minuti tas-seduta tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li saret nhar l-24 ta’ Jannar 2019 fuq l-applikazzjoni fuq is-sit fix-Xemxija (PA 6747/18). Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni hija disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku http://eapps.pa.org.mt

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’din il-Leġiżlatura jekk u meta sar xi safar barra mill-pajjiż u jipprovdi l-informazzjoni dwar kemm sar użu minn roaming u kemm kien il-ħlas rispettiv għal tali użu, kemm għall-Ministru kif ukoll għall-istaff tiegħu b'mod rispettiv għal kull persuna u kull safra?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li infurmat li kien hemm spiża ta’ darba li tammonta għal €31.20.

Sit — permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kien in-numru tal-aħħar permess u x'tip ta' permess kien li nħareġ mill-Awtorità tal-Ippjanar għas-sit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mid-dettalji li ngħataw separatament ma nstabet l-ebda informazzjoni.

Kalkara — Proġett fix-Xatt

Question

B’referenza għall-proġett li qed isir fix-Xatt tal-Kalkara, peress li t-triq li tagħti mill-Mina tal-Kalkara sax-Xatt ilha magħluqa għal dawn l-aħħar xahrejn jew iktar, jista’ jgħid meta din it-triq se terġa’ tinfetaħ għat-traffiku sabiex ma tibqax tirrenja l-konfużjoni li qed ikun hemm fix-Xatt?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nistieden lill-Onor. Interpellanta tindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Kalkara – Proġett fix-Xatt

Question

B’referenza għall-proġett li qed isir fix-Xatt tal-Kalkara, b’mod partikolari għall-parti tax-Xatt fejn hemm l-ispiżerija u l-Każin tal-Banda, fejn din il-parti tax-xatt ilha b’aċċess ristrett ħafna ta’ madwar pied u nofs wisa’ għal tal-inqas xahrejn u peress li l-ispiżerija tax-Xatt tal-Kalkara hija l-unika waħda li hemm fil-lokalità u dawk kollha, inkluż anzjani u morda, li bilfors iridu jinqdew minn din l-ispiżerija qed ikollhom jgħaddu minn dan il-passaġġ perikoluż ta’ madwar pied u nofs wisa’ u b’tul ta’ madwar 100 pied, jista’ l-Ministru jindika meta ser jingħalaq il-gandott li hemm mitfuħ tul dan il-passaġġ u jkun hemm aċċess diċenti b’rispett lejn ir-residenti tal-Kalkara?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nistieden lill-Onor. Interpellanta tindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Kalkara – Proġett fix-Xatt

Question

B’referenza għall-proġett tax-Xatt tal-Kalkara, jista’ l-Ministru jgħid, skont it-tender/letter of acceptance, meta għandu jintemm ix-xogħol? Jista’ jikkonferma jekk ix-xogħol huwiex qiegħed skont l-iskeda jew le? U jekk le, jista’ jgħid għaliex? Jista' jgħid meta effettivament se jintemm il-proġett kompletament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nistieden lill-Onor. Interpellanta tindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Fgura – Triq il-Karmelitani – restawr tal-knisja l-qadima u tal-kunvent

Question

B’referenza għall-knisja l-qadima li tinsab fi Triq il-Karmelitani, il-Fgura, u li nbniet fil-bidu tas-snin 50 fuq pjanti tal-Perit Ġużè D’Amato, jista’ l-Ministru jikkonsidra li l-faċċata ta’ din il-knisja u l-kunvent aġġunt jiġu restawrati peress li dawn huma landmark ewlenin tal-lokalità?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nistieden lill-Onor. Interpellanta tindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Xemxija, San Pawl il-Baħar – permess fuq is-sit tal-Mistra Village

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’dokumenti waslu għand l-Awtorità tal-Ippjanar matul din is-sena dwar il-permess PA6747/18 fuq is-sit tal-Mistra Village, Xemxija, San Pawl il-Baħar? Meta wasal kull wieħed minn dawn id-dokumenti? Jista' jqiegħed kopja ta' dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-unika sottomissjoni li ntbagħtet lill-Awtorità tal-Ippjanar, din is-sena (sa nofsinhar tat-28 ta’ Marzu 2023), dwar il-permess PA/06747/18 fuq is-sit tal-Mistra Village, Xemxija, San Pawl il-Baħar. Dan jikkonsisti f’rapport, li jifforma parti minn programm ta’ monitoraġġ ambjentali, sottomess fit- 8 ta’ Frar 2023.

Mina mis-Swieqi/Pembroke għal Paceville

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4620 u 7031, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġew riferuti lilu, u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3866, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju msemmi minnu f’din it-tweġiba? Jista’ jgħid jekk hux informat li biex l-iżvilupp mill-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, iseħħ, l-Awtorità tal-Ippjanar għamlet din il-mina bħala kundizzjoni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-ewwel parti ta’din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat, filwaqt li nitlob kjarifika dwar it-tieni parti, ladarba d-dettalji ma nstabux separatament.

Building Construction Agency – periti mqabbda biex jirrevedu l-method statements

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4092, 5154 u 7033 u jgħid min huma l-periti u/jew ditti tal-periti li huma mqabbdin mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) sabiex jirrevedu l-method statements li jiġu sottomessi u jekk humiex imqabbdin permezz ta’ direct orders jew b’mod ieħor, kif ukoll ir-rata ta’ remunerazzjoni tagħhom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tindika d-ditti ta’ periti jew periti li ġew ingaġġati wara proċess ta’ tender. Tajjeb li wieħed ifisser li fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, l-ewwel kolonna turi l-lista ta’ periti jew ditti tal-periti li huma mqabbdin mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) sabiex jirrevedu l-method statements li jiġu sottomessi. Dan it-tender inħareġ fis-sena 2020. Fit-tieni kolonna hemm indikat kif dawn il-periti jew ditti tal-periti ġew imqabbdin, b’tender li kien maqsum f’seba’ lots. Ix-xogħol rikjest f’kull lot huwa dan li ġej: Lot 1: Major projects less than 3000sqm Lot 2: Major projects more than 3001sqm Lot 3: Buildings not more than 10 metres in height Lot 4: Buildings less than 13.50 metres in height Lot 5: Buildings more than 13.51 metres in height Lot 6: Additional floor/s Lot 7: Alterations and additions to existing dwellings Is-seba’ ditti tal-periti li tefgħu l-offerti tagħhom ġew kollha ingaġġati. Is-servizzi tagħhom għadhom jiġu utilizzati bir-rati sottomessi u dan wara li l-ingaġġ tagħhom ġie estiż. Ir-rata indikata fit-tielet kolonna hija r-rata ta’ remunerazzjoni li kull ditta titħallas għal kull fajl. Għal kull applikazzjoni għal clearance jinfetaħ file. Kull file tista’ ssir reviżjoni tiegħu aktar minn darba, skont jekk il-perit li jagħmel ir-reviżjoni tal-method statements ikunx sab nuqqasijiet fl-ewwel reviżjoni u fis-sottomissjonijiet sussegwenti. Il-perit jitħallas bir-rata indikata fit-tielet kolonna għal kull fajl u mhux għal kull reviżjoni. Fl-aħħar tat-tabella hemm indikati periti li ġew ingaġġati wara li kienet ħarġet Espressjoni ta’ Interess fejn żewġ ditti ta’ periti u periti qed jitħallsu bir-rata indikata għal kull siegħa li jgħamlu jirrevedu l-method statements. Dan ix-xogħol qiegħed isir ukoll minn impjegati tal-Awtorità.