Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li ġabu l-liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31375, 31538 u 31803 u jgħid kemm persuni ġabu l-liċenzja tas-sewqan f’dawn l-aħħar erba’ snin maqsuma kategorija b’kategorija u kemm minn dawn il-persuni kienu ċittadini Maltin?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Fort Campbell

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31747 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jgħid jekk ittieħditx azzjoni biex il-periklu f’Fort Campbell jiġi indirizzat? Jekk iva, x’azzjoni ttieħdet?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Tas-Sliema - Triq tal-Karmnu - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol għamlu l-entitajiet li jaqgħu taħtu fi Triq tal-Karmnu, f’Tas-Sliema?  Jista’ jgħid ukoll meta beda dan ix-xogħol, meta hu ppjanat li jkun lest u kemm hu mistenni li jiġi jiswa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa fi Triq il-Karmnu tas-Sliema għaddejjin xogħlijiet minn entitajiet oħra.  Hekk kif jiġu konklużi, Infrastructure Malta terġa tidħol fil-proċess ta’ tqaxxir u bini mill-ġdid tat-triq. Ix-xogħol f’din it-triq hu previst li jkun lest sa nofs Diċembru 2025. Peress li xogħol għadu ghaddej, m’aħniex f’pożizzjoni li nagħtu ammont tan-nefqa finali.

Birżebbuġa – Promenade - Project Plan għax-xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Project Plan, li jinkludi t-timeline u l-ispejjeż mistennija u l-pjanti relatati max-xogħlijiet tal-promenade ta’ Birżebbuġa, li ser jitlestew sal-31 ta’ Diċembru 2026?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Birżebbuġa – Riklamazzjoni ta’ art – Project Plan

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra Project Plan li jinkludi t-timeline u l-ispejjeż mistennija relatati mal-proġett ta’ riklamazzjoni ta’ art fuq skala kbira ’il barra mill-perimetru tal-Freeport?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Birżebbuġa – Riklamazzjoni ta’ art – Pjanti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti li juru fejn ser issir ir-riklamazzjoni ta’ art fuq skala kbira ’il barra mill-perimetru tal-Freeport?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Birżebbuġa – Riklamazzjoni ta’ art – Studji

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull studju li sar u li wassal għad-deċiżjoni sabiex is-sena d-dieħla jitnieda l-proċess għal proġett fuq skala kbira ta’ riklamazzjoni tal-art ’il barra mill-perimetru tal-Freeport?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Wied il-Għajn – Fast Ferry – Projections

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe rapport li ġie kummissjonat sabiex jiddetermina l-projections u kemm huwa maħsub li ser ikun hemm persuni li jużaw is-servizz tal-fast ferry f’Wied il-Għajn fl-ewwel sena, u kull sena oħra, sa seba’ snin oħra?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31922.

Wied il-Għajn – Fast Ferry – Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe rapport ikkummissjonat dwar is-sostenibbiltà tal-estensjoni tas-servizz tal-fast ferry f’Wied il-Għajn?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31922.

Wied il-Għajn - Proġett tal-ferry

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31768 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-survey ikkummissjonat lill-Professur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, flimkien mal-mistoqsijiet li ġew magħmula u r-riżultati relatati mal-proġett tal-ferry ta’ Wied il-Għajn? Jista’ wkoll iressaq l-assessjar tat-traffiku li sar mill-Gvern sabiex titkejjel iż-żieda ta’ vetturi mistennija bħala riżultat ta’ persuni li jsuqu lejn Wied il-Għajn biex jużaw il-ferry?

Response (BONETT, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument mitlub.

Wied il-Għajn - Proġett tal-ferry

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31767 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji fuq l-impatt ambjentali tal-proġett tal-ferry ta’ Wied il-Għajn? Jista’ wkoll: i.    jipprovdi l-istudji fuq l-impatt ekonomiku, inkluż l-ispiża totali tal-proġett, kif ukoll ir-Return on Investment (ROI), u l-ispejjeż indiretti fuq il-komunità; ii.    iressaq l-istudji li saru u li minnhom irriżulta li Wied il-Għajn kienet l-aħjar lokalità għall-proġett tal-ferry; u iii.    iressaq ukoll l-istudji li saru fuq lokalitajiet alternattivi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudju jinkludi numru ta’ aspetti, fosthom il-fattibilita’ tal-proġett, il-bżonnijiet tal-operat, il-viabilita’ finanzjarja tar-rotot proposti, id-domanda mis-suq għall-proġett u assessment tar-riduzzjoni fit-traffiku, il-kunsiderazzjonijiet ambjentali u benefiċċji ekonomiċi oħra. Minħabba l-fatt li l-kuntratt irid jingħata permezz ta’ tender u l-istudju fih dettalji li jistgħu jagħtu vantaġġ lill-bidders prospettivi, mhuwiex għaqli li dan l-istudju jiġi ippublikat.

Ta’ Qali - Picnic area - Dokumentazzjoni dwar il-kwalità tal-materjal

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dokumentazzjoni teknika dwar il-kwalità tal-materjal li ntuża biex inksiet iż-żona tal-picnics f’Ta’ Qali?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ħal Qormi – Triq il-Belt Valletta - Xogħlijiet

Question

Peress li bosta residenti Qriema qed jilmentaw dwar l-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq?  Jista’ jgħid ukoll x’xogħol hu ppjanat li jsir?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fit-triq imsemmija għalissa ġie pospost minħabba raġunijiet ta’ traffic management.

Persuni li ġabu l-liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31375 u 31538 u jgħid kemm persuni ġabu l-liċenzja tas-sewqan f’dawn l-aħħar erba’ snin maqsuma kategorija b’kategorija u kemm minn dawn il-persuni kienu ċittadini Maltin?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

San Pawl il-Baħar - Menqa - Parati biex jitniżżlu d-dgħajjes

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31471 u 31593 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu u jieħu l-passi neċessarji biex il-parati ta’ ħdejn il-Menqa f’San Pawl il-Baħar, jiġu rranġati biex ikunu jistgħu jintużaw aħjar minn dawk il-persuni li jtellgħu d-dgħajjes tas-sajd tagħhom minn dawk in-naħat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ttieħdet nota u ser jiġu investigati ċ-ċirkostanzi u jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex is-sit jiġi rranġat kif xieraq.

Iż-Żejtun - Bajja ta’ San Tumas

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji ta’ dak li qiegħed isir fil-parti tal-ġnien fil-Bajja ta’ San Tumas, iż Żejtun u kemm ser iddum magħluqa din il-parti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddej proġett ta' tisbieħ u ristrutturar tal-ġnien tal-Fajtata, fil-bajja ta' San Tumas, Marsaskala. Ix-xogħol jinkludi bini mill-ġdid tal-passaġġi, upgrade tat-toilets, bandli u gym ġodda, aċċess ġdid għall-persuni bi bżonnijiet speċjali biex ikunu jistgħu jaċċessaw il-parti ta' mal-baħar. Il-proġett ser ikun jinkludi finishes, street furniture u dwal ġodda. Ix-xogħol hu mistenni li jitlesta qabel is-Sajf li ġej.

Xatt ta’ Wied il-Għajn - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħlijiet li qegħdin isiru fix-xatt ta’ Wied il-Għajn?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa Infrastructure Malta għaddejja b’xogħol ta' bini mill-ġdid u rinfurzar ta' partijiet mill-promenade u mollijiet, kif ukoll strutturi kostali li partijiet minnhom huma ikkundannati. F'dawn l-aħħar snin kien hemm żewġ istanzi fejn ċedew partijiet mill-istrutturi. Ser ikun qed isiru ukoll interventi lokaliżżati biex jiġu rranġati l-livelli tat-triq f'żoni magħrufa li jegħrqu f'ċerti ċirkostanzi.  Dan fil-limiti impost mil-livelli  tal-bini eżistenti li ovjament ma jistax jitmiss. Barra minn hekk dan il-proġett jinkludi wkoll upgrading tal-bandli.

Baġit 2025 - Intelligent Traffic Management System

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-“Intelligent Traffic Management System” imħabbra fil-baġit tal-2025? Jista’ jgħid ukoll jekk hix qiegħda tiġi operata b’tali mod li tnaqqas it-traffiku mit-toroq tagħna?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Riforma fit-Trasport

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28079, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-riformi li tħabbru fit-trasport f’Marzu li għadda, humiex kollha ser jiġu wkoll attwati u implimentati ġewwa Għawdex, u jekk iva, kemm minnhom ġew implimentati s’issa, liema minnhom ġew implimentati u meta ser jkomplu jiġu implimentati?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29573.