Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid – Ċentru tas-Saħħa – ħajt għoli

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonsidra, wara diversi ilmenti minn residenti ta’ Triq Mater Boni Consilii u Triq is-Sorijiet f’Raħal Ġdid u li jirrisjedu biswit il-bini ġdid taċ-Ċentru tas-Saħħa, li l-ħajt għoli diversi sulari li jistona mal-kumplament, ikun mgħotti bi pjanti li jixxebilku ‘l isfel, b’mod li l-ħajt jinkesa bi ħdura naturali u jnaqqas il-kruha tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ser isir land scaping fil-madwar taċ-Ċentru Reġjonali Vincent Moran.

Sptar Mater Dei — Geneticists

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm geneticists reġistrati u jaħdmu l-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Geneticists reġistrati li jaħdmu l-Isptar Mater Dei hemm 3.

Riċerka dwar ċertu mard

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux qed issir riċerka biex ċertu mard jiġi evitat jew jinqabad mill-bidu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi ħdan id-Dipartiment tal-Patoloġija, trabi jiġu skrinjati għal tliet mardiet konġenitali bħala parti mill-programm nazzjonali ta’ skrinjar tat-trabi tat-twelid. Dan jgħin biex jiġu identifikati fi stadju bikri dawk t-trabi tat-twelid li jistgħu jiġu affettwati minn ċertu kundizzjonijiet.

L-Imġarr – bini mill-ġdid tal-ħajt taċ-Ċimiterju

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jittella' l-ħajt imwaqqa' taċ-ċimiterju, fl-Imġarr, (Malta), wara li ilu f'dan l-istat għal aktar minn tliet snin u meta minn żmien għal żmien ir-residenti tal-Imġarr kienu mwiegħda li dan ix-xogħol se jsir?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi talba għall-kwotazzjonijiet biex tiġi rranġata l-parti mill-ħajt tal-perimetru taċ-Ċimiterju tal-Imġarr li waqgħet minħabba maltempata qawwija fi tmiem il-ġimgħa bejn is sitta u għoxrin u sebgħa u għoxrin ta' Novembru tal-2022, ħarġet fuq istruzzjonijiet tad-dipartiment tal-kuntratti.

Unformijiet għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10380, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex tobba, infermiera u Allied Health Professionals jingħataw numru ta' uniformijiet fis-sena li jvarja bejnithom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull professjoni għandha l-uniformijiet tagħha skont il-ftehim li jkun sar.

San Pawl il-Baħar – ftuħ ta’ berġa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10244, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-sit minn fejn għandha topera l-berġa li kellha tinfetaħ fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, ġiex identifikat? Jekk iva, fejn jinsab?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 10244.

Birżebbuġa — Berġa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta u fejn ser tinfetaħ il-Berġa fil-lokalità ta' Birżebbuġa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjan hu li l-Berġa fil-lokalità ta' Birżebbuġa tinfetaħ lejn l-aħħar ta’ din is-sena.

Persuni li kellhom l-HIV fl-2022

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jgħixu bl-HIV u jirċievu trattament fl-2022? Jista’ jagħti l-ġeneru ta' dawn il-persuni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni li kienu qed jgħixu bl- HIV u jirċievu trattament fil- perjodu li talbet hi kien to 568 persuni.

Irwejjaħ u trabijiet minn impjant

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux qed isir assessjar fuq l-irwejjaħ u t-trabijiet li ġejjin mill-impjant tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jistgħu jkunu għad-detriment tas-saħħa għar-residenti li joqogħdu fl-inħawi tal-istess impjant, fosthom l-Iklin, il-Mosta, in-Naxxar u anke l-Għargħur?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qiegħed f’kollaborazzjoni mal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar dan.

Mediċina Butatedetine out of stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-mediċina Butatedetine hijiex fil-preżent out of stock? Jista’ jagħti lista sħiħa ta’ mediċini li huma fuq il-lista li jingħataw u li bħalissa huma out of stock?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina Bumetanide kienet recalled internazzjonalment. Flokha qed tingħata l-mediċina Frusemide.

Sptar Mater Dei – każi ta’ scabies

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu rrapportati każi ta’ scabies fl-Isptar Mater Dei bejn l-1 ta’ Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, xahar b’xahar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda każ ta’ Scabies ma ġie rrapportat fl-Isptar Mater Dei fil-perjodu msemmi minnu.

Ministeru għas-Saħħa — rata ta’ pagi lill-ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet ir-rata tal-paga fis-siegħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol imħallsa lill-ħaddiema kollha (elenkati skont ix-xogħol jew kif ġew ippubblikati l-offerti) li huma impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u jipprovdu servizz għall-Ministeru u l-awtoritajiet kollha, entitajiet tal-Gvern u kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10188.

Ministeru għas-Saħħa – Direct Orders

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ingħataw direct orders u kemm kien l-ammont totali tal-valur tagħhom, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2022, xahar b'xahar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Allied health professionals fi skala 6 — xogħol kliniku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-allied health professionals fi skala 6 hux ser jaħdmu xogħol kliniku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol tal-Allied Health Professionals ikun skont il-job description li ġie ppubblikat mas-sejħa.

Appuntamenti għal MRI

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li qed jistennew data għal appuntament tal-MRI u meta hu n-next available appointment għal MRI?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru medju ta’ riferti għall-MRI riċevuti fil-ġimgħa fl-Isptar Mater Dei huwa ta’ 895. Bħalissa hemm 8791 persuna li qed jistennew data għal appuntament tal-MRI.

Ħlas lil kuntratturi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjan dwar kif se jitħallsu l-kuntratturi li għandhom jieħdu l-flus minn meta l-Isptar Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kienu mmexxija minn kuntratturi barranin (Vitals/Steward)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 10149.

Ministeru għas-Saħħa — persuni li għandhom car allowance

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom car allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 9592, ninformah li hemm 9 persuni li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.

Ministeru għas-Saħħa — Rwol ta' individwu

Question

Jista’d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru/Segretarju Parlamentari? Jekk iva, liema hu l-bord, x’inhu r-rwol ta’ dan l-individwu, x’inhuma l-kwalifiki li għandu biex ikun fuq il-bord imsemmi u kemm qed jitħallas fis-sena biex ikun fuq dan il-bord?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-individwu li qed tirreferi għalih hi mhu fuq ebda bord fil-Ministeru tiegħi.

Statistika dwar mard newroloġiku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk tinżammx statistika dwar il-mard newroloġiku u jekk iva fejn u kemm hemm postijiet fejn hemm l-ikbar inċidenza ta’ mard newroloġiku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-istatistika ma tinżammx.