Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12940 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — Investigazzjoni fuq appartati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12270 u jgħid kemm tiswa lill-Gvern kull investigazzjoni ta' a) MRI? b) CT? ċ) X-ray?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12941 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12271 u jgħid: a) liema ċentri tas-saħħa qed jibqgħu miftuħa 24 siegħa kuljum? b) x'inhu l-ammont totali li l-Gvern qed jonfoq fuq dawn iċ-ċentri tas-saħħa? ċ) kemm minnhom huma pagi, allowances, bonuses u overtime? d) kemm jiswewlu dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am biex jinżammu miftuħa kuljum jew kull xahar? e) kemm żaruhom nies dawn iċ-ċentri tas-saħħa mis-7.00 pm sas-7.00 am kull xahar fl-aħħar sitt xhur?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12942 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Residenza San Vinċenz de Paule — dħul ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jwieħeb mistoqsija parlamentari 12273 u jara li jitmexxa l-każ ta' missier, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, u li fuq talba tiegħu qiegħed jitlob biex ibnu jiddaħħal fir-Residenza San Vinċenz De Paule fuq parir ta' professur, peress li huma puplettiku/trux/mutu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12943 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Saħħa — audits

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12498, 12249 u 11035 u jgħid l-audits ta' kemm jiswew is-servizzi li jagħti d-Dipartiment tas-Saħħa, humiex lesti? Il-Gvern se jippubblika r-riżultati tal-eżerċizzju li sar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li ma saru l-ebda audits fid-Dipartiment tas-Saħħa. Naħseb li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-"Costing Exercise" li sar fl-iSptar Mater Dei. Dan l-eżerċizzju huwa komplut u r-riżultati se jiġu ppubblikati iktar 'il quddiem.
Leg 11 PQ #12956 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — spezzjoni tal-partijiet komuni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12586 u jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar tagħmilx spezzjoni tal-partijiet komuni tal-post li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fuq talba li saritilha minn xi inkwilini xi ġimgħat ilu dwar allegati abbużi u rregolaritajiet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

homes tal-anzjani — membri tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba nbidlu l-membri tal-bord li jagħżlu liema homes privati għandhom jingħataw anzjani u jħallas għal-lodging tagħhom il-Gvern u liema homes ma ngħatawx matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 11908.
Leg 11 PQ #12397 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dħul ta' persuna ġo dar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, biex tidħol f'dar tal-anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-persuna konċernata kienet ġiet approvata bħala High Priority mill-Bord tal-Admission fl-1 ta' Settembru 2009.
Leg 11 PQ #12887 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — selection panel

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-selection panel fl-Awtorità tad-Djar li jirregolaw l-għoti tad-djar u appartamenti tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Bord Panel huwa iffurmat minn tliet membri li tnejn jirrapreżentaw l-Awtorità tad-Djar u persuna oħra li tirrapreżenta lill-Ministeru tiegħi.
Leg 11 PQ #12899 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kunċett tal-paga privileġġjat

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, kemm-il darba ġie użat il-kunċett tal-paga privileġġjat kif stabbilit fil-liġi tal-kundizzjonijiet tal-impjiegi? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li bbenefikaw mill-ammont ta' €1,300 (Lm600), liema fond hu intitolat għalih kull ħaddiem?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-kunċett tal-paga privileġġjata fl-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg tipprovdi għall-jedd ta’ kull impjegat għal massimu ta’ tliet xhur paga u kumpens għal-leave li l-impjegat jista jkollu jedd għalih mill-prinċipal. Dan huwa provediment li jista jintuża f’każi ċivili u għaldaqstant ma hux possibli li tinżamm statistika f’dan ir-rigward. Ma jeżisti l-ebda fond li jintitola lil kull ħaddiem għal l-ammont ta' €1,300.
Leg 11 PQ #12900 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — pensjonijiet tar-romol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-pensjonijiet tar-romol matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12902 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — Benefiċċju tal-allowances tat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-benefiċċju tal-allowance tat-tfal matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12903 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — benefiċċju tar-relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għal relief/benefiċċju waqt il-qgħad matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12906 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — sistema tal-punti

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta l-kopja l-antika tas-sistema tal-punti li kienet tuża l-Awtorità tad-Djar qabel ma din ġiet riveduta? Jista' jippreżenta wkoll il-verżjoni kompleta tas-sistema tal-punti eżistenti għax jidhirli li dik li ġiet ippreżentata riċentement kienet is-sommarju? Jista' jgħid meta kienet mibdula l-aħħar is-sistema tal-punti, min kien irrakkmanda dan it-tibdil u min għamilhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12907 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — bdil fis-sistema tal-punti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien qed ipoġġi fuq il-panel tas-selezzjoni ta' l-Awtorità tad-Djar meta nbidlet is-sitema tal-punti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12908 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — kopja tal-punti tal-allokazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-punti ta' l-allokazzjonijiet li saru mill-Awtorità tad-Djar mill-1 ta' Diċembru 2007 sat-8 ta' Marzu 2008? Jista' jikkonferma jekk l-allokazzjonijiet li saru f'dan iż-żmien humiex kollha bl-ogħla punti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12909 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — units lesti għall-allokazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm units lesti għall-allokazzjoni mill-Awtorità tad-Djar fil-preżent?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-Awtorità tad-Djar għandha għaxra ċwievet ta' postijiet li jistgħu jiġu allokati.
Leg 11 PQ #12933 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Gamma Department

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12644 u jgħid: a) Kemm sewa lill-Gvern il-bini tad-dipartiment tal -gamma scan ? b) Kemm swiet kull gamma machine? ċ) Kemm jiswa lill-Gvern l-appart tal-X-Ray Department kull sena? d) Kemm jiswa lill-Gvern l-operat ta' kull MRI, CT, X-Ray, Angiogram u Mammogram? X'fatturi jieħu in konsiderazzjoni l-Gvern meta jagħmel l-audits ta' kemm tiswa kull proċedura? e) Kemm huwa stamt li ser jiswa lill-Gvern, kull mammogram meta dawn jibdew isiru mill-Belt taħt l-iskema l-ġdida?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12934 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nefqa tal-Gvern fuq is-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12647 u 12261 u jgħid x'inhi l-ispiża totali li l-Gvern nefaq fuq is-saħħa, eskluża l-ispiża fuq id-djar u sptarijiet tax-xjuħ, fl-aħħar 15-il sena sena b'sena? Kemm min din l-ispiża kienet: a) fuq mediċini inpatients? b) fuq mediċini outpatients? ċ) salarji? d) bonuses? e) overtime? f) ikel?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12935 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Polyclinics — spiża tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12650 u 12264 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11043, jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkula li tħallsu bonuses u special allowances fl-ewwel għaxar xhur tal-2009 f'kull poliklinika imsemmija?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.