Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2743 u jgħid għaliex jeżisti l-police record? Jista’ jgħid għaliex il-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u kumpaniji serji għandhom id-dritt li jsaqsu għall-police record anke dettaljat ta’ potenzjal ħaddiem li għadu kemm għamel intervista magħhom, mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija stess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-police Criminal records, dan huwa r-reġistru tal-kundanni kriminali ta' persuni li jkunu nstabu ħatja mill-Qrati u miżmum skont il-provedimenti tal-artikli tal-Kapitolu 77 (Ordinanza Dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta) tal-liġijiet ta' Malta. Dwar l-entità li d-dettalji li ngħataw separatament u d-dritt li jsaqsu għall-police record (Police criminal record), ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq dan is-suġġett il-Pulizija hija gwidata bil-provediment tal-istess liġi, u speċifikament ir-Raba’ Skeda, fejn hemm elenkat lista tal-awtoritajiet kompetenti li għandhom id-dritt li jitolbu reġistru sħiħ tal-kundanni kriminali mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija. L-entità li tagħha ngħataw id-dettalji mhix waħda minn dawn l-Awtoritajiet. Madankollu persuna għandha dritt titlob reġistru sħiħ tal-kundanni kriminali tagħha skont il-provedimenti tal-artiklu 21 tal-Kap 440 Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Subject Access Request).
Persuni akkużati fuq ksur ta’ Artikolu 338(l) tal-Kodiċi Kriminali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata fil-Qorti bi ksur tal-Artikolu 338 (l) tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè li approfittat ruħha mill-bluha ta' ħaddieħor bi ħsieb ta' qligħ, ġiegħlet min jemmen li hija tista' tindovina jew li tista' tkun taf x'għandu jiġri jew li tista' tfisser il-ħolm, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'liema lokalità saret il-kontravvenzjoni, kemm mill-imsemmija persuni nstabu ħatja u x'kienet il-piena mposta mill-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li kien hemm persuna waħda li fil-perjodu ta’ bejn is-sena 2013 u l-aħħar ta’ Awwissu 2018 ġiet akkużata fil-Qorti bi ksur tal-Artikolu 338 (l) tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè li approfittat ruħha mill-bluha ta' ħaddieħor bi ħsieb ta' qligħ, ġiegħlet min jemmen li hija tista' tindovina jew li tista' tkun taf x'għandu jiġri jew li tista' tfisser il-ħolm. Dan kien fis-sena 2016.
Moviment Graffitti — Passi kontra uffiċjali u membri tal-Korp tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew se jittieħdu fil-konfront tal-uffiċjali u membri tal-Korp tal-Pulizija, inkluż membri tar-Rapid Intervention Unit (RIU), li użaw forza eċċessiva deskritta wkoll mill-Prim Ministru bħala heavy-handed, ma' attivisti tal-Moviment Graffitti u tal-Kamp Emerġenza Ambjent waqt protesta li kienet qed issir fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Furjana nhar il-Ħamis 13 ta' Settembru 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant ġie riferut lill-Independent Police Complaints Board imwaqqaf bis-saħħa ta' Kap 164 Att dwar il-Pulizija. Dan huwa Bord indipendenti u wieħed irid jistenna l-eżitu ta' din l-investigazzjoni.
Moviment Graffitti — Ordni biex attivisti jitneħħew b’użu ta’ forza eċċessiva
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kien l-uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija li ta l-ordni biex attivisti tal-Moviment Graffitti u tal-Kamp Emerġenza Ambjent jitneħħew bl-użu ta' forza eċċessiva minn membri tal-Korp tal-Pulizija, inkluż membri tar-Rapid Intervention Unit (RIU), waqt protesta li kienet qed issir fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Furjana nhar il-Ħamis 13 ta' Settembru 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li kif diġà semmejt fi tweġiba għal mistoqsija oħra, il-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant ġie riferut lill-Independent Police Complaints Board imwaqqaf bi-saħħa ta' Kap 164 Att dwar il-Pulizija. Fost oħrajn il-Bord irid jevalwa jekk intużatx forza eċċessiva, u jekk fl-affermattiv, min wettaqha.
Korp tal-Pulizija – membri li għandhom inqas minn 40 sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom età ta’ inqas minn 40 sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fl-1 ta’ Ottubru 2018, fil-Korp tal-Pulizija kien hemm elf, tliet mija u disgħa u sebgħin (1379) membru li għandhom età ta’ inqas minn 40 sena.
Korp tal-Pulizija – membri ta’ età bejn 40 u 60 sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom età ta’ bejn 40 sena u 60 sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi sal-1 ta’ Ottubru 2018, fil-Korp tal-Pulizija kien hemm seba’ mija u tnejn u sittin (762) membru li għandhom età ta’ bejn 40 sena u 60 sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għases tal-pulizija li fihom sar investiment ta’ modernizzar, upgrading u tiġdid fis-sena 2018? Jista’ jgħid liema kienu dawn l-għases u kemm kienet l-ispiża ta’ investiment f’kull waħda minn dawn l-għases, waħda waħda?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien hemm ħamsa u għoxrin (25) għassa tal-pulizija li fihom sar investiment ta’ modernizzar, upgrading u tiġdid, liema xogħol jibqa’ għaddej. L-għases huma dawk elenkati fit-tabella t’hawn taħt li ħdejhom hemm stima ta’ kemm kienet l-ispiża ta’ investiment f’kull waħda. Sar ħafna xogħol mit-Taqsima tas-Snajja fi ħdan il-korp barra minn xogħol ieħor li sar mill-kuntratturi. Dawn l-ispejjeż u x-xogħol ma jinkludix dak li sar f’sezzjonijiet oħra tal-Korp.
Reġjun A
Valletta
Eur. 1900
Qormi
Eur. 2516
Żebbuġ
Eur. 1800
Raħal Ġdid
Eur. 1900
Fgura
Eur. 1450
Bormla
Eur. 530
Ħaż-Żabbar
Eur. 800
Żejtun
Eur. 2500
Ħal Għaxaq
Eur. 2300
Birżebbuġa
Eur. 1200
Żurrieq
Eur..1900
Reġjun B:
Sliema
Eur. 1500
Msida
Eur. 1300
San Ġiljan
Eur. 7500
San Ġwann
Eur. 1000
Ħamrun
Eur. 800
Rabat
Eur..4200
Birkirkara
Ongoing
Balzan
Eur..1800
Naxxar
Eur. 9500
Qawra
Eur. 7500
San Pawl il-Baħar
Eur. 2300
Mellieħa
Eur. 3200
Għawdex
Rabat Għawdex
Eur.1500
Żebbuġ
Eur. 800
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li llum għandhom u jistgħu jagħmlu użu minn body cameras fil-ħidma tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li hemm tlieta u għoxrin (23) membru fil-Korp tal-Pulizija li għandhom u jistgħu jagħmlu użu minn body cameras fil-ħidma tagħhom. Dan hu proġett pilota qabel ħafna aktar membri tal-korp jingħataw din il-faċilita’ fix-xhur li ġejjin.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — car leasing
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa’ taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b’sena? F’kull każ jista’ jgħid liema kienu b’direct order?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ntefqux flus f’car leasing mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-lum minn kull entità li taqa’ taħt dan il-Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' rapporti ta' persuni reqdin barra, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid għal kull każ f'liema lokalità seħħ, ta' liema sess u nazzjonalità kienet il-persuna nvoluta u x'passi ttieħdu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi kien hemm ħamsa u għoxrin każ fejn hemm rapporti lill-pulizija, dwar sebgħa u għoxrin persuna li kienu reqdin barra, mis-sena 2013 sal-aħħar t’Awwisu 2018 kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Ħames każi kienu jirrigwardaw l-istess persuna li anke tressqet il-Qorti. Ħlief għal żewġ persuni li kienu nisa, l-oħrajn kienu kollha rġiel. Fost ħdax-il persuna li dwarhom ittieħdu proċeduri l-Qorti, tnejn kellhom il-Proċedimenti eżawriti – tnejn ġew illiberati – tnejn oħra ġew illiberati b’kundizzjoni skont il-Kap 446 artiklu 22 – persuna waħda ngħatat probation u l-każ ta’ erbgħa persuni għadu sub-judice. F’erba’ każi nstabet akkomodazzjoni – persuna ntbagħtet għall-kura fi sptar u kien hemm ħdax-il persuna li ma ttieħdux passi kontrihom.
Sena
2013
2014
2015
2016
2017
2018
sa Awwissu
Total
Numru ta’ Każi
1
3
1
8
6
6
25
Numru ta’ persuni
1
3
1
10
6
6
27
Lokalità u nazzjonalità
Qormi x 1
Qormi x 3
Żebbuġ x 1
Qormi x 1
Valletta x 1
Kemuna x 1
Isla x 1
Qawra x 5:
San Pawl x 1
Qormi x 2
Marsa x 2
San Pawl X 2
Qormi x 3
San Pawl x 3
Persuni akkużati fuq ksur ta’ Artikolu 338(w) tal-Kodiċi Kriminali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata fil-Qorti bi ksur tal-Artikolu 338 (w) tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè li għexet ħajja ta’ għażż u ta’ vagabundaġġ, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'liema lokalità saret il-kontravvenzjoni, kemm mill-imsemmija persuni nstabu ħatja u x'kienet il-piena mposta mill-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2013 u s-sena 2018 kien hemm tmintax (18)-il persuna li ġiet akkużata fil-Qorti bi ksur tal-Artikolu 338 (w) tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè li għexet ħajja ta’ għażż u ta’ vagabundaġġ kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. F’erbgħa minn dawn il-każijiet kien hemm l-istess persuna involuta.
Sena
2013
2014
2015
2016
2017
2018
sa Awwissu
Total
Ammont
1
3
2
2
6
4
18
Lokalità
Qormi x 1
Qormi x 3
Lokalitajiet varji x 1
Żebbuġ x 1
Qormi x 1
Rabat x 1
Lokalitajiet varji x 2
Valletta x 1
Qormi x 2
Marsa x 1
Valletta x 1
Qormi x 3
Minn dawn kien hemm tliet (3) ka¿i fejn il-proċedimenti ġew e¿awriti – ¿ewġ (2) ka¿i fejn il-persuni ma nstabux ħatja – ¿ewġ (2) ka¿i b’sentenza ta’ priġunerija – ¿ewġ (2) ka¿i ta’ sentenza sospi¿i u multa – ka¿ (1) bi priġunerija u multa - erbgħa (4) ka¿i sub judice – tliet ka¿i (3) fejn ġew liberati taħt kundizzjoni u ka¿ (1) ta’ probation.
Persuni akkużati fuq ksur ta’ Artikolu 338(x) tal-Kodiċi Kriminali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata fil-Qorti bi ksur tal-Artikolu 338 (x) tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè li f’xi post pubbliku immolestat in-nies biex titlob il-karità, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'liema lokalità saret il-kontravvenzjoni, kemm mill-imsemmija persuni nstabu ħatja u x'kienet il-piena mposta mill-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2013 u Awwissu 2018 kien hemm erbatax (14)-il persuna li ġiet akkużata fil-Qorti bi ksur tal-Artikolu 338 (x) tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè li f’xi post pubbliku immolestat in-nies biex titlob il-karità, kif jidher fit-tabella t’hawn taħt :
Sena
2013
2014
2015
2016
2017
2018
sa Awwissu
Total
Ammont
1
3
5
2
2
1
14
Lokalità
Mqabba x 1
Valletta x 3
Żurrieq x 1
Gżira x 1
Sliema x 2
Valletta x 1
Qormi x 1
Rabat x 1
Rabat x 1
Gżira x 1
Qormi x 1
Minn dawn kien hemm każ (1) fejn il-persuna ġiet imwissija u mċanfra – sebgħa (7) każi fejn il-persuni ġew liberati b’kundizzjoni – tliet (3) każi fejn il-proċedimenti ġew eżawriti/preskritti – każ (1) sine die – każ (1) fejn tħallset multa u każ (1) għadu sub-judice.
Korp tal-Pulizija – membri li telqu mill-Korp qabel għalqu 25 sena servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li rriżenjaw u telqu mill-Korp mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 2018 u li kienu għadhom ma għalqux 25 sena ta’ servizz fil-Korp?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Awissu 2018 spiċċaw sbatax (17)-il membru tal-Korp li rriżenjaw u telqu u li ma kinux għadhom għalqu l-25 sena servizz.
Korp tal-Pulizija – membri li telqu mill-Korp wara li għalqu 25 sena servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li telqu mill-istess Korp mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Awwissu 2018 wara li għalqu l-25 sena servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar 2018 u l-31 t’Awwissu 2018 spiċċaw disgħa u tletin (39) membru tal-Korp wara li għalqu l-25 sena servizz.
Korp tal-Pulizija – membri li telqu mill-Korp qabel għalqu 25 sena servizz fl-2017
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li rriżenjaw u telqu mill-Korp fl-2017 u li kienu għadhom ma għalqux 25 sena ta’ servizz fil-Korp?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fis-sena 2017 kien hemm erbgħa u għoxrin (24) membru full time fil-Korp tal-Pulizija, li rriżenjaw u telqu mill-Korp u li kienu għadhom ma għalqux 25 sena ta’ servizz.
Korp tal-Pulizija – Membri li għandhom aktar minn 25 sena servizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija preżentement li għandhom aktar minn 25 sena servizz fil-Korp?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi sat-28 ta’ Settembru 2018, fil-Korp tal-Pulizija kien hemm mija u tlieta u disgħin (193) membru li għandhom aktar minn 25 sena servizz fil-Korp.