Anti-Racism Strategy lill-Identity Malta u Identità — Taħriġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata taħriġ bħala parti mill-Anti-Racism Strategy lill-Identity Malta u Identità, sena b'sena u lil kemm impjegati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fl-aħħar sena, numru ta’ impjegati tal-Aġenzija Identità attendew għal taħriġ li ndirizza t-tema r-razzi¿mu u l-ġlieda kontrih, fost temi oħra.
Infurmat ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin l-Aġenzija Identità se tkun qed tniedi l-istrateġija tagħha għat-tliet snin li ġejjin. Din l-istrateġija tinkludi pjan ta’ taħriġ, li fost temi oħra jindirizza t-tema tar-razzi¿mu, lill-impjegati kollha tal-aġenzija, kemm dawk pre¿enti kif ukoll dawk futuri. Dan it-taħriġ se jkun wieħed kontinwu għall-ħaddiema kollha.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fuq il-website il-ġdida ta' Identità m’hemmx informazzjoni u/jew il-formoli għal long-term residence, family reunification applications, u residence cards għan-nies li għandhom protezzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li diffikultajiet ta' tranżazzjoni ġew riżolti u l-formoli jinsabu onlajn.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex innominat xi ħadd bħala Punt Fokali tal-Karta (Charter Focal Point) skont l-Istrateġija biex tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-Unjoni Ewropea? Jekk iva, min hi din il-persuna?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Remunerazzoni ta’ individwi
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-individwi fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għandhom pakkett finanzjarju ikbar mill-Ministru nnifsu? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-pakkett annwali, inkluż perkaċċi u bonuses?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferri lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12090.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm taħrikiet fuq tipjip f’postijiet ipprojbiti matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ taħrikiet relatati ma’ tipjip f’postijiet ipprojbiti bejn Jannar 2019 u t-12 ta’ Ottubru 2023, maqsuma sena b’sena, huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt:
2019
2020
2021
2022
Jan - Oct/2023
1218
342
159
125
415
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11797, jista' l-Ministru jgħid x'rank/grad kienu l-uffiċjali korrettivi involuti meta seħħ dan l-inċident u x'tip ta' inċident kien? Jista’ jgħid ukoll jekk il-proċess ta' dixxiplina li skatta kienx biss intern fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jew kienx permezz tal-Public Service Commission (PSC)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi r-rank ta’ l-uffiċjali involuti kien ta’ uffiċjali korrettivi. Fuq dan l-aċċident l-Aġenzija ressqet lil dawn l-uffiċjali quddiem il-bord ta’ dixxiplina fejn ġie deċiż sospensjoni ta’ tlett (3) ijiem kull wieħed.
Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi — Allegazzjonijiet ta' frodi u misappropjazzjoni ta' flus
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11798, jista' l-Ministru allura jgħid għalfejn twaqqaf il-unit tal-procurement jekk ma kien hemm ebda allegazzjoni ta' dan it-tip? Jista' wkoll jgħid jekk l-uffiċjal li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ġiex imwaqqaf jew sospiż jew irriżenjax, u jekk iva x'kienet ir-raġuni għal dan?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi li t-twaqqif tal-unit tal-Procurement sar sabiex jiġu ssimplifikati l-proċessi ġewwa l-aġenzija u sabiex żewġ sezzjonijiet ġew magħquda.
Fir-rigward tal-persuna li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, infurmat mill-Aġenzija li ma kien hemm l-ebda persuna jaħdem b’dawk id-dettalji fiż-żewġ sezzjonijiet li issa ġew f’waħda.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11799, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ma ħarġet l-ebda ċaħda dwar l-inċident imsemmi fil-mistoqsija oriġinali u ċjoè rapport ta' fastidju sesswali u/jew indiċenti ta' fizzjal anzjan tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, liema inċident ġie rappurtat fil-ġurnali f'Diċembru 2022? Jekk dan l-inċident ma seħħx u ma ġiex rappurtat, jista' l-Ministru allura jgħid x'kienet ir-raġuni għas-sospensjoni jew riżenja tal-fizzjal li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi li ma ġiex riċevut rapport skont kif indikat.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – politika dwar is-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux politika għas-saħħa mentali biex is-saħħa mentali tiġi integrata fit-tfassil ta’ kull politika mill-istess Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-pjan li titfassal u tiġi adottata din il-politika (mental health policy)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-Ministeru, bħala parti mis-Servizz Pubbliku, huwa marbut mill-politika ċentrali fuq is-saħħa mentali. Minbarra hekk tajjeb li jingħad ukoll li fil-Ministeru tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri. Dan minbarra s-servizzi offruti mill-Victim Support Agency.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri ta' dixxiplina fil-konfront tal-Assistent Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament dwar l-illegalitajiet, abbużi u mġiba ħażina li wettaq matul iż-żmien li dam iservi fil-Korp tal-Pulizija?
Passi fil-konfront tal-Eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu fil-konfront tal-Eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija li ismu u kunjomu qegħdin jingħataw separatament dwar l-illegalitajiet, abbużi u mġiba ħażina li wettaq matul iż-żmien li dam iservi fil-Korp tal-Pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi jekk jirriżulta lok ta’ passi dixxiplinari jew passi oħra li jirrigwardaw kull membru tal-Korp, dawn dejjem ittieħdu.
San Ġiljan, Gżira, Tas-Sliema, San Ġwann u Swieqi – Ċitazzjonijiet għal ħruġ ta’ skart mhux skont l-iskeda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-uffiċjali tal-komunità fuq ħruġ ta’ skart mhux skont l-iskeda, minn Ġunju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ġewwa San Ġiljan, il-Gżira, Tas-Sliema, San Ġwann u s-Swieqi, maqsuma lokalità lokalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li n-numru ta’ taħrikiet dwar skart minn Ġunju sal-lum huwa hekk kif ġej:
San Ġiljan
34
Gżira
54
Sliema
210
San Ġwann
199
Swieqi
13
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-għassa tal-Pulizija ta’ San Ġwann tkunx miftuħa u jekk ikunx hemm pulizija preżenti? Jekk le, jista’ jgħid fejn wieħed jista’ jkollu aċċess għall-pulizija f’din il-lokalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bħalissa qed isir xogħol ta’ rinnovazzjoni u manutenzjoni fl-għassa ta’ San Ġwann.
Paceville, San Ġiljan, Tas-Sliema u l-Gżira – Rapporti ta’ storbju eċċessiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta’ storbju eċċessiv wara l-11.00 p.m. ġewwa Paceville, San Ġiljan, Tas-Sliema u l-Gżira minn Ġunju 2023 sal-ġurnata li fiha mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma lokalità b’lokalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ storbju eċċessiv wara l-11.00 p.m. li daħlu ġewwa Paceville, San Ġiljan, Tas-Sliema u l-Gżira minn Ġunju sas-6 ta’ Settembru 2023 huwa ta’ 21.
Ir-Rabat — Triq Santa Rita - Azzjoni kontra pparkjar ħażin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tittieħed azzjoni biex ma jibqax isir double parking fi Triq Santa Rita, ġewwa r-Rabat, minn quddiem l-għassa sa Triq Tabija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi dwar double parking fi Triq Santa Rita, ġewwa r-Rabat, minn quddiem l-għassa sa Triq Tabija, tittieħed azzjoni regulari kemm mill-Pulizija kif ukoll mill-Uffiċjali tal-Komunità biex dawn in-nuqqasijiet jiġu evitati. Dan isir permezz ta’ ronda u meta jkun il-każ jinħarġu taħrikiet relatati. Bejn Jannar 2023 u 9 ta’ Ottubru 2023 inħarġu mitejn u tnejn u erbgħin (242) taħrika marbuta ma’ diversi kontravenzjonijiet tat-traffiku minn uffiċjali taż-żewġ aġenziji, u dan barra diversi twissijiet li ngħataw fl-istess perjodu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema pajżana jaħdmu fi ħdan il-Forzi Armati ta' Malta (AFM) u x’inhu r-rwol tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qegħda tiġi riprodotta fit-tabella t’hawn taħt:
Rwol
Numru ta’ Pajżana
Clerk
6
Officer in Grade 13
11
Officer in Grade 15
1
Officer in Grade 11 (Assistant Manager HR)
1
Senior Operative Group IV
18
Senior Tradesman
5
Social Assistant (Telephone Operator)
1
Group II General Hand
2
Group I (Driver)
1
Total
46
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm suldati sospiżi mill-qadi ta’ dmirijiethom minħabba li għandhom proċeduri pendenti l-Qorti? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma r-reati li bihom jinsabu akkużati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Forzi Armati ta’ Malta għandha żewġ persuni sospiżi mill-qadi ta’ dmirijiethom minħabba proċeduri pendenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija sospiżi mill-qadi ta’dmirijiethom fi ħdan il-Korp tal-Pulizija minħabba proċeduri pendenti l-Qorti? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma r-reati li bihom jinsabu akkużati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ Pulizija li bħalissa huma sospiżi mill-qadi ta’ dmirijiethom fi ħdan il-Korp tal-Pulizija minħabba proċeduri pendenti l-Qorti, huma tnejn u ħamsin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili sospiżi mill-qadi ta’ dmirijiethom minħabba proċeduri pendenti l-Qorti? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma r-reati li bihom jinsabu akkużati?